ARMS – verifiki tal-kontijiet tal-elettriku lil terzi persuni
Question
Peress li l-proċedura tal-ARMS hi li ma tagħtix informazzjoni lill-membri tal-istess familja dwar verifika tal-kont tal-elettriku, imma tobbliga li l-persuna li jkollha l-kont reġistrat fuqha biex hi biss tistaqsi, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-proċedura tinbidel, meta nafu li hemm sezzjoni ta’ nies li jitolbu għajnuna ta’ ħaddieħor biex jitkellmu f’isimhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija ARMS Ltd hija obbligata li timxi mal-liġi tad-data fejn kwalunkwe informazzjoni fuq il-kontijiet tingħata biss lil sid il-kont u mhux lil terzi persuni.
Tista’ pero ssir prokura jew
authoristation letter
flimkien ma’ kopja tal-ID
card
minn sid il-kont, u dak li jkun ikollu aċċess sabiex jitkellem f’isimhom.
Jista l-Ministru jgħid jekk hemm xi xogħlijiet għaddejjin taħt l-art fil-viċinanzi ta' The Gardens, San Ġiljan? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u kemm ser idumu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema triq qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li għamlu użu mill-ilma msoffi tad-drenaġġ għall-biedja magħruf bħala New Water, maqsuma lokalità lokalità? Jista’ jikkunsidra li jinkrew bowsers biex dan l-ilma jitqassam bi prezz issussidjat lill-bdiewa li huma ’l bogħod mid-distribution points, l-aktar minħabba n-nixfa li għaddejna minnha din ix-xitwa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-kirja tal-bowsers, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Stabilimenti u operaturu fil-qasam turistiku f'Għawdex — liċenzji ta' pools
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-liċenzji tal-pools għas-sena 2020 jiġu waived għall-istabilimenti u operaturi kollha fil-qasam tat-turiżmu f'Għawdex u dan in vista tal-fatt li prattikament din is-sena dawn l-istabilimenti u operaturi mhux ser jaħdmu kif ukoll in vista tal-fatt li nofs l-ekonomija ta' Għawdex tiddependi fuq it-turiżmu (ferm aktar minn Malta) u jekk dan is-settur ma jerġax jieħu r-ruħ se jkun hemm problemi kbar fl-ekonomija Għawdxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma l-Gvern diġa ħa ċertu miżuri, din tista’ tiġi studjata skont l-evoluzzjoni tal-kriżi preżenti.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-ilma — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12853 u 12589, u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 12589.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport Preventive Action Plan and Emergency Plan li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mis-Security of Gas Supply Regulation?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ix-Xgħajra — Triq il-Fabbriki u Triq il-Mullett - arbli tad-dawl
Question
Billi fi Triq il-Mulett u parti minn Triq il-Fabbriki fix-Xgħajra hemm arbli tad-dawl li minflok fuq il-bankina qegħdin fit-triq, jista' l-Ministru jara mal-awtoritajiet li dawn l-arbli ma jibqgħux ikunu ta' inkonvenjent u periklu u li flok arbli, cables jgħaddu minn taħt l-art speċjalment fi Triq il-Mulett billi t-triq għadha fil-proċess li qed issir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi ġie investigat u l-Enemalta kienet diġa fil-proċess biex iċċaqlaq l-arbli msemmija minn nofs tat-triq għall-ġenb biex tneħħi l-inkonvenjent li rriżulta bi ‘new alignment’ tat-triq. Barra minn hekk, peress li fuq in-naħa tax-xellug ta’ Triq il-Mulett l-iżviluppaturi ppreparaw ‘culvert’ kif meħtieġ skont il-proċedura tal-bini ġdid, Enemalta ser tagħmel arranġamenti biex is-servizzi fuq din in-naħa tat-triq jitgħaddew minn taħt l-art u tnaqqas l-arbli meħtieġa. Fir-rigward tan-naħa tal-lemin, Enemalta taddotta l-istess proċedura jekk jiġi ppreparat culvert simili bħal tax-xellug.
Għajnsielem Għawdex — Misraħ il-Fliegu - xogħlijiet għat-trinek għas-substation
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma sarux ix-xogħlijiet meħtieġa ta' trinek għas-substation il-ġdida ġewwa Misraħ il-Fliegu f'Għajnsielem Għawdex biex tissaħħaħ u titjieb il-provvista ta' dawl ġewwa partijiet tal-lokalità ta' Għajnsielem Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-kuntrattur magħżul oriġinarjament biex jagħmel ix-xogħlijiet ma onorax il-ftehim li kellu, Enemalta qegħda f’diskussjonijiet ma’ kuntrattur ieħor magħżul mill-Kunsill Lokali biex jibda x-xogħlijiet relatati tat-trinek f’Misraħ il-Fliega f’Għajnsielem.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persentaġġ tal-Enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa – penali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienet il-penali li pajjiżna ħallas minħabba li ma rnexxilux jilħaq il-mira tal-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa, u meta tħallsu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miri tad-Direttivi Ewropej huma stabbiliti għas-sena kurrenti (2020) u għalhekk jekk pajjiżna jilħaqx dawn il-miri jew le ikun stabbilit wara li tgħaddi din is-sena.
Persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa – ħlas mill-Istati Membri
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kull meta jsir il-ħlas mill-Istati Membri li ma jkunux rnexxilhom jilħqu l-persentaġġ tal-enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tal-Kummisjoni Ewropeja dwar il-livell ta’ enerġija rinovabbli milħuq mill-Istati Membri isir wara l-għeluq tas-sena kurrenti, 2020.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra, x’kien il-persentaġġ li Malta naqset milli tilħaq fil-mument li weħlet il-penali għax naqset milli tilħaq il-miri stabbiliti tal-enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miri tal-Unjoni Ewropea għall-enerġija rinovabli huma stabiliti għas-sena 2020. Mill-informazzjoni li għandna turi li Malta ser tilħaq dawn il-miri sal-aħħar ta’ din is-sena bl-użu tal-faċilitajiet li jippermettu d-Direttivi Ewropej, u għalhekk pajjiżna m’għandu jeħel l-ebda penali mingħand l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-impjant tal-ilma f'Ħondoq ir-Rummien? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan l-impjant? Jista' jgħid min għamel l-istudji dwar kif l-operat ta' dan l-impjant ser jaffettwa l-baħar tal-madwar? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-istudji u l-konklużjonijiet taghhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħol relatat mar-restawr tal-binja u bini intern huwa fi stadju avvanzat ħafna u għaddej skont il-pjanijiet. Il-partijiet mill-impjant relatati mal-proċess ta’ desalazzjoni bdew jaslu għalkemm qed nistennew impatt minħabba s-sitwazzjoni preżenti. Għaldaqstant dan jaf ikollu effett fuq id-data finali tat-tlestija tal-proġett.
L-istudji ta’ kif l-operat se jimpatta l-area tal-madwar sar fl-istadju tal-applikazzjoni fejn il-konklużjonijiet kienu li l-impatt se jkun negliġibbli. Fil-fatt l-applikazzjoni ġiet aċċettata kemm mill-ERA u kif ukoll mill-PA. Ta’ min wieħed ifakkar li dan il-proġett se jagħti ħajja, u jsebbaħ area li sa ftit ilu kienet fi stat ta’ abbandun u tistona mal-ambjent pittoresk ta’ din il-bajja popolari ma’ ħafna. Minħabba raġunijiet ta’ sigurta tal-infrastruttura dan l-istudju ma jistax jiġi ppublikat.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma – eżenzjoni ta’ penali għall-anzjani vulnerabbli
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-pagamenti tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma ta' dawk l-anzjani li huma vulnerabbli għax għandhom iktar minn 65 sena, u li m’għandhomx il-faċilità li jħallsuhom online, humiex se jiġu eżentati minn penali jew interessi jekk iħallsu l-kontijiet tagħhom meta jingħataw il-permess li jerġgħu jibdew joħorġu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS għandha sistemi differenti ta’ ħlasijiet mingħajr il-bżonn li l-konsumatur imur personalment l-uffiċini tagħha. L-ARMS qed tesplora wkoll il-possibiltajiet kollha kif f’dawn iż-żminijiet diffiċli tkun tista’ tgħin lill-konsumatur. Min ikollu xi diffikulta jista’ jagħmel kuntatt mal-customer care permezz tal-freefone 8007 2222 jew tintbagħat e-mail fuq customercare@arms.com.mt
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13504 u jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13348 (dik il-parti dwar id-dettalji tas-safar lejn il-Montenegro)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt;
Data
Akkumpanjat minn persuni fil-Ministeru/Segretarjat Privat
Settembru 2014
Segretarju Privat
Ottubru 2014
Segretarju Privat, Enemalta Official
Frar 2015
Enemalta Official
Ġunju 2015
Enemalta Official & Advisor
Lulju 2015
Enemalta Official
Ottubru 2015
Segretarju Permanenti,
Segretarju Privat,
Advisor, Enemalta Official
Novembru 2015
Advisor
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12258 u jgħid kemm hemm ġibjuni tal-ilma tax-xorb f'Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid kemm jesa' kull ġibjun? Jista' jgħid meta saret manutenzjoni l-aħħar darba fuq kull ġibjun minn dawn? Jista' jispjega għaliex il-faċċata ta’ ċertu ġibjuni, bħala dak tan-Nadur, tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġibjuni tal-ilma tax-xorb ġewwa Għawdex huma sebgħa (7) u jinsabu fl-irħula tas-Sannat, Xagħra, Żebbuġ u Nadur. II-volum tal-ilma ta’ kull ġibjun huwa kif jidher hawn taħt :
Ċenċ 1- 0.75 Million Gals
Ċenċ 2- 0.25 Million Gals
Ċenċ 3- 4.587 Million Gals
Ċenċ 4- 5.569 Million Gals
Xagħra - 1.006 Million Gals
Żebbuġ - 0.25 Million Gals
Nadur - 0.25 Million Gals
Il-manutenzjoni fil-ġibjuni tinkludi prinċipalment it-tindif tal-akwati tal-ġibjun li dan isir madwar tliet darbiet fis-sena u manutenzjoni fuq il-valvi, pompi u pajpijiet skont il-bżonn.
Rigward il-ġibjun tan-Nadur, dan ingħata manutenzjoni strutturali minn barra għaxar snin ilu fil-parti fejn jinħażen l-ilma. Preżentement għaddejjin il-preparazzjonijiet meħtieġa biex isiru wkoll xogħolijiet fuq il-faċċata tal-propjetà.
Għaddejjin ukoll preparamenti ta’ studji sabiex jiġi evalwat ix-xogħol.
Għawdex – toroq li ma għandhomx servizz ta’ katusi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa, Għawdex (raħal b'raħal) li għad m’għandhomx servizz ta’ katusi biex minnhom jgħaddi d-drenaġġ? Jista’ jindika wkoll xi pjanijiet u soluzzjonijiet għandu l-Gvern biex dan is-servizz jibda jingħata matul is-sena 2020 jew jekk le f'liema sena hu ppjanat li jibda jingħata dan is-servizz essenzjali triq bi triq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tat-toroq ġewwa Għawdex li hemm djar residenzjali u li għadhom bla sistema tad-drenaġġ tinsab hawn taħt. Fill-maġġoranza tagħhom hemm problemi ta’ pendil negattiv. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel ħilitha sabiex jiġi pprovdut servizz fiż-żona ta’ Rinota ġewwa l-Munxar u fit-triq Stellini ġewwa x-Xagħra peress li m’hemmx problemi ta’ pendil. Dawn huma ppjanati għas-sena 2021.
Raħal
Toroq
Raħal
Toroq
Nadur
Qortin
Xagħra
Sqaq Ġorf
Zrajk
Stellini
Emigranti
Buskett
Rabat
San Leonardu
Daħlet Qorot
Munxar
Ta Rinota’ area
Xewkija
Gruwa
Gorġun
San Lawrenz
Parti minn Rokon
Lorenzo Haber
Kerċem
Għajn Tuta