Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien iż-żmien medju, massimu u minimu li ħadet il-Malta Enterprise biex inħarġu ċertifikati tal-Micro Invest?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.
Ħaż-Żebbuġ — Triq ġdida li tagħmel ma’ Triq l-Indipendenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għamilx komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet sabiex jikkonferma jekk it-triq ġdida li tagħmel ma’ Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbug (Malta), (id-dettalji tal-post eżatt qegħdin jingħataw separatament), u li sal-ġurnata tal-lum din it-triq għadha mingħajr isem, hix privata jew pubblika, u allura jgħid jekk din it-triq hijiex pubblika jew privata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sabiex tingħata risposta preċiża, għandha tiġi provduta plan li tindika preċiżament is-sit li qed tirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avukat hemm li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet? Għal kull avukat, jista’ l-Ministru jispeċifika b’liema metodu ġie ingaġġat u meta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent l-Awtorità tal-Artijiet tħaddem 11-il avukat, li wieħed minnhom jokkupa l-kariga ta’ Chief Audit Officer (CAO)
Fil-każ tas-CAO l-ingaġġ tiegħu sar wara sejħa pubblika mill-Amministrazzjoni Ċentrali tas-Servizz Pubbliku. Il-persuna magħżula ġiet ingaġġata fit-18 t’April 2022.
L-għaxar kandidati l-oħra ġew impjegati b’diversi sejħiet mill-Awtorità tal-Artijiet kemm interni u esterni. Il-Kandidati ġew impjegati fis-sussegwenti dati:
1-28/08/17,
1-08/11/2017,
1-15/01/2018,
3-01/06/2020,
2-09/02/2022,
1-16/08/2023,
1-28/08/2023.
Kumpaniji li ġew stralċjati – Attiv li għadda f’idejn il-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji li ġew stralċjati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji u ddikjarati bħala kumpaniji li ma joperawx (defunct companies) u dan skont l-artikolu 325 tal-Att dwar il-Kumpaniji, Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta, kellhom attiv li għadda f’idejn il-Gvern mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont kull sena li għadda f’idejn il-Gvern?
Awtorità tal-Artijiet – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess, jista’ jindika l-isem tal-istabbiliment, it-triq li jinsab fih, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u bi preċiżjoni, hemm bżonn ta’ aktar żmien.
Belt Valletta – Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika – Encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’encroachments hemm fi Triq il-Merkanti u fi Triq ir-Repubblika, ġewwa il-Belt Valletta, fid-dawl li l-imwejjed u s-siġġijiet qegħdin jagħmluha diffiċli għall-pubbliku biex jgħaddi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq ir-Repubblika hemm għaxar (10) konċessjonijiet filwaqt li fi Triq il-Merkanti hemm tnejn u tletin (32) konċessjoni għall-imwejjed u siġġijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ġew stralċjati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji minħabba li dawn ġew iddikjarati bħala kumpaniji li ma joperawx (defunct companies) u dan skont l-artikolu 325 tal-Att dwar il-Kumpaniji, Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta mis-sena 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10089.
Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-lum
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11815 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10338, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ u jgħid x'inhu l-book value illi l-Gvern qiegħed juża għal finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment ser ikun qed iħallas il-Gvern? F'każ illi ma jistax jagħti din l-informazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid għaliex?
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10267 u ċjoè: Peress li t-terminu tal-programm ta’ fondi Ewropej wasal biex jiġi fi tmiemu, u nbeda jew ħa jinbeda wieħed ġdid, jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti spiċċaw u dawk li għadhom għaddejjin jew ħa jinbdew f’kull Ministeru minn dawn il-fondi? Kemm intefqu flus għal dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10460 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta’ art jew bini sar f’Għawdex u Kemmuna sena b’sena minn Novembru 2016 sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’kull każ x’kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f’kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f’kemm-il każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru 34 esproprazzjoni li ġew stmati €2,228,193.74. Minn dawn, ħamsa aċċettaw il-prezz li jammonta għal €85,063.00. Il-każijiet l-oħra għadhom fil-proċess ta’ qbil.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8396, jista’ l-Ministru jgħid x’passi għandu intenzjoni li jieħu l-Gvern fir-rigward tal-proprjetajiet li skont investigazzjoni li saret fl-2019 mill-Awtorità tal-Artijiet dwar il-Fortizza ta’ Bengħajsa, għadhom okkupati illegalment u mingħajr titolu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt lill-Awtorità tal-Artijiet sabiex tiġbor l-informazzjoni kollha fuq dan il-każ sabiex ir-risposta tkun tista' tiġi provduta f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika għal liema raġuni nħareġ kull permess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t'hawn taħt.
Imwejjed u SiggijietBillboardsKoncessjonijiet OhraBCRS
Sena: 2023 (Substations, digital kiosks, vending machines, tower cranes, iron gratings)
Jannar114119
Frar3340
Marzu8040
April2050
Mejju8050
Ġunju4240
Lulju4130
Awwissu8002
Settembru51524
Ottubru2500
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit ġie mġedded mill-Awtorità tal-Artijiet fl-2023, u jindika għal liema skop kienu mġedda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-encroachment permits li tagħti l-Awtorità jiġġeddu minn sena għal sena b’mod awtomatiku sakemm ma jkunx hemm raġuni validu biex jitwaqqfu. Dan il-proċess isir sabiex tkun evitata burokrazija żejda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għotjiet bħala għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji matul l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma kumpaniji Maltin u kemm minnhom huma barranin, maqsuma wkoll skont il-valur tal-għotjiet u l-valur totali ta’ kemm minnhom ġejjin minn fondi nazzjonali u kemm minnhom minn fondi Ewropej?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jispeċifika għal liema għotjiet qed jirreferi.
Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm daħlu applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċnus skont SKEMA 19? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati u kemm hemm minnhom li għadhom qed jiġu proċessati u x’qed iżomm milli l-każijiet pendenti jitlestew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8402 u 9013, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ artijiet pubbliċi li nbiegħu jew inkrew lil terzi mill-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Jannar tal-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika għal kull art jekk inkrietx jew inbiegħetx, permezz ta’ liema proċess sar il-kiri jew il-bejgħ u lil min ingħataw, għall-artijiet li nkrew jgħid kemm hija l-kirja li titħallas fis-sena, u għall-artijiet li nbiegħu jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern irċieva għal tali bejgħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.