Ix-Xewkija Għawdex — Żona Industrijali - site plan
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan taż-Żona Industrijali fix-Xewkija Għawdex, kif ukoll jindika fuq din is-site plan l-areas li għad baqa mhux żviluppati u li jistgħu jiġu żviluppati fihom fabbriki u/jew garaxxijiet industrijali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onoervoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tingħata fis-seduta li jmiss.
Malta Enterprise — Wage suppliment għal chefs f'suoermarkets
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14683 u jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage supplement mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14273 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni gainfully occupied f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar, minn Ġunju 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom (numri u persentaġġ) kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kienu full-time u kemm part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat
Persuni li naqsulhom is-sigħat ta’ ħidma minħabba COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li naqsilhom in-numru ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa, tul il-perjodu tal-COVID-19, mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qed tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14342 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rċevew l-assistenza ta’ €800 bħala għajnuna fuq ix-xogħol, tul ix-xhur ta’ Marzu u April 2020 separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlas lill-persuna
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tiegħu jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu jista’ jagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li ma kien hemm l-ebda persuna impjegata fis-Segretarjat tal-Ministru li rrizenjat mill-kuntratt fid-dati imsemmija. Għaldaqstant NIL reply għal din il-PQ.
Malta Enterprise – kumpaniji li ngħataw Letter of Intent
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14311, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet approvata u jagħti l-ismijiet ta’ dawk li huma pubbliċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji ż-Żgħar – impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew konsulenza jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi din il-persuna msemmija m’għandiex impjieg, konsulenza jew kuntratt ta’ebda xorta mal-ministeru jew xi entità li taqa' taħtu.
COVID-19 – għajnuna mill-Gvern lil individwi, negozji jew kumpaniji fil-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm individwi, negozji jew kumpaniji fil-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex applikaw għall-għajnuniet imħabbra mill-Gvern biex tilqa’ għall-effetti tal-imxija ta’ COVID-19? Sal-jum li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm mill-applikanti għad ma’ rċevewx tali għajnuniet, totalment jew parzjalment? Jista’ jgħid ukoll sa meta dawn l-għajnuniet ser ikunu qed jitqassmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14315 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenti.
Hemm ukoll ingaġġati Coordination & Logistics Officer fi ħdan il-korporazzjoni Malta Enterprise u Office Coordinator fi ħdan il-Privitisation Unit, bi spiża ta’ €30,218 fis-sena.
Kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min kien imwiegħed li ser jieħu refund fi żmien ħames ġimgħat mill-Airmalta għaliex kellu jħassar is-safar tiegħu f’Marzu li għadda minħabba l-miżuri tal-COVID-19, hux fil-fatt se jieħu dan ir-refund jew le, speċjalment jekk l-għażliet li tawh l-Airmalta ma kenux jgħoddu aktar għalih, għaliex is-safar tiegħu kien marbut ma’ attività partikolari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-talbiet għall refunds huma numerużi, u dawn qed jiġu proċessati.