Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15685 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti – tagħlim mitluf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex l-istudenti jirkurpaw it-tagħlim mitluf matul din is-sena skolastika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li matul din is-sena, wara li l-iskejjel kollha għalqu fit-13 ta’ Marzu, it-tagħlim kompla b’mod diġitali. Il-parti l-kbira tal-għalliema flimkien mal-mexxejja tal-iskejjel għamlu ħilithom kollu sabiex it-tagħlim jitkompla fuq pjattaformi diġitali, għall-istudenti kollha. Twaqqfu żewġ websajts sabiex ikunu ta’ għajnuna għall-għalliema, studenti u ġenituri – www.digitalliteracy.skola.edu.mt u https://teleskola.mt li flimkien ma’ www.curriculum.gov.mt offrew riżorsi diġitali lill-istudenti kollha. Għas-sena skolastika li ġejja qegħdin isiru tħejjijiet sabiex l-għalliema jingħataw gwida għat-tagħlim. Qegħdin jitħejjew dokumenti gwida għal kull suġġett, għal kull sena (primarja u sekondarja) li jgħinu lil għalliema sabiex l-ewwel jaraw il-wellbeing tal-istudenti u wara jkomplu bit-tagħlim kemm fil-klassi kif ukoll onlajn, skont il-ħtieġa. Il-Matsec Board ukoll qiegħed jirrevedi s-sillabi tas-SEC, IM u A sabiex jirrispondi għaċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu fihom. Matul dan is-sajf qegħdin jiġu offruti lezzjonijiet b’xejn fis-suġġetti prinċipali lill-istudenti tal-Form 5, bit-tħejjija għas-SEC li se jsir f’Settembru.

SportsMalta – sit f’Ħal Luqa lil Valletta FC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta SportsMalta ser tgħaddi s-sit f’Ħal Luqa (li kellu jgħaddi għand SportMalta mingħand Malta Industrial Parks fl-2019) lil Valletta FC biex il-club ikun jista’ jibda x-xogħlijiet tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett ta’ żvilupp tal-istadium u faċilitajiet anċillari

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq lis-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li fis-sena kurrenti ma ġiet riċevuta ebda talba għal għajnuna finanzjarja da parti ta' "Għajta Waħda".

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 14949.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol- Open Data — datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (BONNICI, OWEN)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Leg 13 PQ #114 Sitting 346 2020-06-22 Written · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għawdex — Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Mejju 2020 f'Għawdex? Kemm minnhom kienu jirreġistraw fuq Part I u kemm minnhom kienu jirreġistraw fuq Part II tar-Reġistru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex fl-aħħar t’April 2020, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, kien ta’ 306 persuni; 284 persuna kienu qed jirreġistaw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, filwaqt li 22 persuna kienu qed jirreġistaw fuq it-tieni parti tar-reġistru.

Persuni gainfully occupied

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15272 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u jgħid kemm kien hemm persuni gainfully occupied f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar, minn Ġunju 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom (numri u persentaġġ) kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kienu full-time u kemm part-time?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm persuni jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, xahar b’xahar minn Ġunju 2019 sa Novembru 2019 (l-aħħar ċifri ppublikati), maqsuma f’irġiel u nisa.

Virtual Learning Platform – ħidma tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14900 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-ħidma tal-Gvern biex fis-sistema edukattiva, tiddaħal il-Virtual Learning Platform fl-iskejjel pubbliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilu jagħmel użu minn VLE fl-iskejjel tiegħu mill-2011. B’dan il-mod il-MEDE għadu qed jinvesti biex jipprovdi VLE ta' livell u funzjoni għall-ħtiġijiet tal-lum. Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant li peress li l-Istitut għall-Edukazzjoni dejjem kellu l-online delivery u remote learning fl-istrateġija tiegħu, u peress li diġà kellu l-Virtual Learning Platform, kien ukoll ħarreġ lil-letturi tal-Istitut biex it-tagħlim u l-assessjar mill-Istitut isir online. Għalhekk kien possibli li l-korsijiet jibqgħu għaddejjin online u jinħolqu iktar sessjonijiet mhux akkreditati kemm għall-edukaturi u kemm għall-ġenituri/guardians minn fuq il-platform tal-Istitut. L-Istitut għall-Edukazzjoni f'Mejju offra lill-għalliema Award for Digital Citizenship and Digital Tools for Education f'livell tal-MQF 5 (2 ECTS) li huwa kors akkreditat. Dan ġie offrut online fuq l-online platform tal-Istitut stess. L-Istitut ħareġ ukoll espressjoni t'interess biex jiġu żviluppati tliet modules akkreditati fuq l-Online learning and Assessment, il-Flipped classroom approach u Supporting learning through Digital technology biex kull edukatur ikollu l-opportunità li jagħti esperjenza ta' tagħlim valida lill-istudenti tiegħu/tagħha meta juża l-Virtual Learning Platform. Min-naħa tiegħu l-MCAST qed jagħmel użu mis-sistemi indikati hawn taħt: · Classter MIS hija sistema li permezz tagħha l-istudenti jirċievu korrispondenza, notifiki, assignments u marki. L-istudenti jistgħu jaraw ukoll il-marki li jkunu ngħataw flimkien mal-attendenza tagħhom. · Microsoft Teams hija s-sistema li qed tintuża u li tikkontribwixxi għall-Ambjent ta' Tagħlim Virtwali li huwa bbażat fuq Moodle. Moodle u Teams flimkien jipprovdu s-soluzzjonijiet kompleti lill-istudenti. Il-materjali jiġi mtellgħa f’Moodle u l-assignments jintbagħtu permezz ta’ Moodle wara li jgħaddi minn Unicheck. Jintużaw il-Microsoft Teams għal-lezzjonijiet virtwali.
Leg 13 PQ #15494 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għaqdiet Volontarji f'Malta

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15140, jista’ l-Ministru jgħid f’liema oqsma qed jaħdmu il-1559 organizzazzjonijiet b’VO number?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-1559 organizzazzjoni volontarja li huma skritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji li għandhom numru tal-VO jaħdmu f’dawn l-oqsma: · Filantropija · Avvanz tal-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni fiżika u l-isports · Avvanz tar-Reliġjon · Avvanz tas-Saħħa · Avvanz soċjali u komunitarju, inkluża l-promozzjoni tal-aspetti etiċi, edukattivi u soċjali ta’ professjoni jew sengħa partikolari, iżda ma tinkludix il-promozzjoni ta’ xi interess privat ekonomiku; · Avvanz tal-kultura, l-arti u l-patrimonju nazzjonali; · Avvanz tal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, inkluż il-ħarsien tal-annimali; · Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ir-riżoluzzjoni tal-konflitti, id-demokrazija u r-rikonċiljazzjoni; · Il-promozzjoni jew il-ħarsien tal-interessi ta’ organizzazzjonijiet oħra ta’ benefiċċju pubbliku, inklużi federazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet bħal dawk; · It-twettiq ta’ attivitajiet intiżi sabiex jinġabru fondi għas-sostenn ta’ xi benefiċċju pubbliku ieħor, ta’ organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt jew volontarji jew għas-sostenn tas-settur tal-volontarjat inġenerali jew ta’ partijiet minnu permezz tal-applikazzjoni, l-għotja, it-trasferiment jew permezz tad-disponibilità tal-fondi hekk miġbura lilhom jew għall-benefiċċju tagħhom; jew · Kull skop ieħor li jista’ jkun ordnat mill-Ministru b’regolamenti magħmulin bis-saħħa tal-Att dwar Organizzazzjonijijiet Volontarji (Kapitolu 492 tal-Liġijiet ta’ Malta). · M’għandhiex tinkludi skop politiku

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gardening Section tad-Dipartiment tal-Operat fil-MEDE ħawlet 46 siġra fl-iskejjel. Is-siġar imħawla ngħataw minn Infrastructure Malta u huma tal-għargħar, ħarrub, żebbuġ u tal-lewż. Mill-entitajiet fi ħdan il-MEDE, minn Jannar 2020 s'issa, l-Università ta' Malta fid-diversi siti tagħha ħawlet total ta’ 67 siġra u 33 arbuxella. Dawn jinqasmu f'32 siġra u 30 arbuxella li tħawlu fil-kampus tal-Università f’Tal-Qroqq, 30 siġra u 3 arbuxelli li ġew imħawlin fil-Junior College, u 5 siġriet li ġew imħawwla fl-Argotti Gardens and Resource Centre. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ħawlet siġra waħda, ‘Metrosideros Excelsa’ ħdejn l-uffiċċji tagħha l-Ħamrun. Ir-risposti mill-enitajiet l-oħra fil-MEDE kienu 'xejn'. Madankollu, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) fix-xhur li ġejjin, se tħawwel siġar fl-iskola primarja ġdida tal-Qawra.

Ta’ Qali – Open Air Gym — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-manutenzjoni li hemm bżonn isir fl-Open Air Gym f'Ta' Qali jsir mill-aktar fis, peress li dan qed jikkawża periklu għal min qed jagħmel użu minnu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-outdoor gym equipment f’Ta’Qali ser jiġi mibdul. Hemm abbozz għal tender li qiegħed jiġi finalizzat u vvetjat mid-dipartiment tal-GPP biex ikun jista’ jiġi pubblikat. L-ammonti ta’ spejjeż magħmula fuq dan l-outdoor gym f’dawn l-aħħar tliet snin huma kif ġej: 2017 - €5,615.00 2018 - €4,548.77 2019 - € 980.11 2020 - € 701.93

In-Naxxar — Bini ta' Futbol Grawnd

Question

Jista' l-Ministru jgħid, ladarba ħareġ il-permess għall-bini ta' futbol grawnd fin-Naxxar, jekk dan il-bini hux se jippreġudika l-kamra tan-nar ta' Ħal Lija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat mit-tekniċi tal-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru li l-pitch ġie rilokat b'mod li d-distanza mitluba mil-liġi ġiet rispettata. Naturalment il-qasam tal-Ippjanar ma jifformax parti mill-Ministeru tiegħi, u għalhekk għall-kompletezza nistieden lill-Onor. Interpellant jinterponi d-domanda tiegħu ukoll lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14670 u 14316 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Senior Policy Officer, ħames Task Officers, Research Officer, żewġ Coordinators, sitt Support Officers u Customer Care Assistant, bi spiża ta’ €388,970.00 fis-sena.
Leg 13 PQ #15470 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema — Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu nieqes is-segretarju eżekuttiv għall-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema? X’inhu jżomm li jimtela dan il-post?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-post ta’ Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill tal-Professjonisti tal-Għalliema jinsab vakanti peress li dak preċedenti llum jinsab ingaġġat man-NCFHE. Ser ikun qiegħed jinstab Segretarju Eżekuttiv idoneu għal dan il-Kunsill ukoll.
Leg 13 PQ #15143 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST Għawdex – studenti li qed isegwu kors fl-Inclusive Education – research proposal

Question

B’referenza għall-istudenti li jaħdmu bħala LSEs u li qed isegwu kors fl-Inclusive Education fl-MCAST ta' Għawdex fejn dawn f'Lulju 2019 ġew mitluba biex jissottomettu r-Research Proposal tagħhom, anke jekk ma ġewx assenjati tutors, f'Marzu 2020 reġgħu ġew mitluba jippreżentaw proposal oħra mingħajr spjegazzjoni għaliex kien qed jintalab dan, u issa xahrejn u nofs wara, fejn mhux l-istudenti kollha rċevewha flimkien, irċevew risposta, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid għaliex: 1) mhux l-istudenti kollha ġew infurmati flimkien bid-deċiżjoni dwar il-proposta tagħhom? 2) għaliex fil-bidu wħud kienu infurmati li l-proposta tagħhom ġiet aċċettata u issa qed jintalbu jibdlu l-proposta tagħhom u qed jingħataw biss ġimgħa biex jagħmlu dan? u 3) kemm hu mistenni li jdumu biex jirċievu l-approval għall-proposta ġdida tagħhom dawn l-istudenti u dan peress li huma jridu jippreżentaw id-dissertation tagħhom sa mhux aktar tard minn Jannar 2021 u jridu jagħmlu x-xogħol fuqha matul is-sajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-risposti, fl-istess ordni numeriku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej: 1) L-istudenti ġew infurmati bid-deċiżjoni dwar il-proposta tagħhom f’perjodu ta’ żmien qasir minn mindu ntbagħtu l-ewwel risposti. Ma setgħetx tintbagħat risposta ġenerali minħabba li kull tweġiba kienet tinkludi informazzjoni għal kull persuna speċifika. 2) L-istudenti ntalbu jissottomettu tliet kompiti biex jiġu assessjati; id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni kienet waħda minn dawn it-tlieta msemmija. Id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni tkun assessjata mill-Bord tal-Etika biex ikun assigurat li kollox jimxi kif suppost. Kull persuna li rċeviet risposta bil-kodiċi A setgħet tipproċedi bir-riċerka. Kull persuna li rċeviet risposta bil-kodiċi B għandha tagħmel tibdiliet żgħar, filwaqt li dawk li rċevew risposta bil-kodiċi C , huma meħtieġa li jimxu skont ir-rakkomandazzjonijiet li ġew mibgħuta lilhom. F’dan ir-rigward, matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 2020, speċifikament nhar l-4 u l-5 ta’ Ġunju saru laqgħat mal-persuni konċernati sabiex jiġi mfisser dan il-proċess. 3) Huwa mistenni li dawk li jimxu mar-rakkomandazzjoni tal-Bord, jirċievu risposta sal-15 ta’ Ġunju, 2020.
Leg 13 PQ #15438 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftuħ ta’ Childcare Centres u Skolasajf – risk assessments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 15169 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessments li saru meta tħabbar il-ftuħ taċ-childcare centers u Skolasajf? Jista’ jgħid ukoll id-dati ta’ meta saru u minn min saru dawn ir-risk assessments?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar il-ftuħ taċ-Childcare Centres qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
Leg 13 PQ #15439 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti assenti fit-tagħlim li qed jingħata online

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14254, jista’ l-Ministru jippubblika statistika, ta’ kemm studenti kienu assenti fit-tagħlim li qed jingħata online f’xi forma jew oħra, li kien informa lil din il-Kamra li qed tinġabar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.