Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w406.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33991, 34338 u 34645 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34847.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946, 34260 u 34644 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Imġarr, Malta - Skola Primarja - Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34100 u 34615 u jgħid jekk l-Iskola Primarja tal-Imġarr, Malta għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34831.

Il-Mellieħa - Skola Primarja - Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34099 u 34614 u jgħid jekk l-Iskola Primarja tal-Mellieħa għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34831.

Il-Qawra - Skola Primarja - Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34098 u 34613 u jgħid jekk l-Iskola Primarja tal-Qawra għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34831.

AIMS - Vjaġġi minn uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali varji tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ wkoll jindika kemm kienet in-nefqa u min kienu l-uffiċjali li attendew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34163 u 34618 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34097 u 34612 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33764, ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejja pre-konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ inklużjoni fis-settur edukattiv. Din ser tkun qed tara fost oħrajn, din il-materja.

Każ dwar ħanut bi prodotti tas-CBD - Kronoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kommunikazzjoni jew azzjoni saret bejn id-dekasteru tiegħu u entitajiet oħra kompetenti dwar ħanut tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kronoloġija bid-dati tal-passi meħuda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

MCAST - Wellness Hub - Ingaġġ ta’ social worker

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32859, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi ingaġġat social worker fil-Wellness Hub tal-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li dan il-proċess beda sabiex isir dan ir-reklutaġġ.

MCAST - Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-istudy units u credit levels tal-kors tas-social work fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta’ Malta - Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-istudy units u credit levels tal-kors tas-social work fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Mejju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28811.

School based Occupational Therapy

Question

B’referenza għal EMP 272, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar l-istatus attwali tas-servizzi ta’ Occupational Therapy ibbażati fl-iskejjel (school-based OT) ta’ Malta u ta’ Għawdex, inkluż jekk dawn is-servizzi humiex qed jiġu pprovduti b’mod sħiħ fl-iskejjel kollha, u jekk hemm xi nuqqasijiet, jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet jew skedi ta’ żmien biex dawn is-servizzi jiġu estiżi għall-kulleġġi kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Università ta’ Malta - Studenti tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tas-social work fl-Università ta’ Malta f’kull sena akkademika (l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar sena)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena ta’ studju Numru ta’ studenti L-ewwel sena ta’ studju 18 It-tieni sena ta’ studju 11 It-tielet sena ta’ studju 15 Ir-raba sena ta’ studju 13 Il-ħames sena ta’ studju / Is-sitt sena ta’ studju 3

MCAST - Ranking globali tal-universitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-MCAST biex anke din l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tibda’ tiġi kklassifikata fir-ranking globali tal-universitajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-MCAST huwa istituzzjoni nazzjonali ewlenija fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u professjonali (VPET), b’mandat distint li jiffoka fuq tagħlim applikat, Work-Based Learning u kollaborazzjoni mill-qrib mal-industrija u s-soċjetà. Il-klassifikazzjonijiet globali tal-universitajiet jużaw metodoloġiji differenti u jqisu firxa ta’ kriterji, fosthom ir-riċerka u l-pubblikazzjonijiet, iżda wkoll ir-reputazzjoni fost min iħaddem, l-internazzjonalizzazzjoni, il-proporzjon bejn staff akkademiku u studenti, il-kwalità tal-esperjenza tal-istudent u l-impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija. Dawn il-kriterji mhux kollha huma mfassla primarjament għal istituzzjonijiet vokazzjonali, iżda numru minnhom huwa relevanti wkoll għal MCAST. F’dan il-kuntest, l-MCAST qed jaħdem fuq diversi aspetti li jikkontribwixxu għal tisħiħ tal-profil u r-rikonoxximent internazzjonali tiegħu. Dawn jinkludu: ·    it-tisħiħ tal-Work-Based Learning u s-sħubijiet mal-industrija, li jsaħħu r-reputazzjoni tal-istituzzjoni fost min iħaddem; ·    l-espansjoni tal-internazzjonalizzazzjoni permezz ta’ mobilità, kollaborazzjonijiet Ewropej u sħubijiet ma’ istituzzjonijiet barranin; ·    investiment kontinwu fil-kwalità tat-tagħlim, infrastruttura moderna u servizzi ta’ appoġġ biex titjieb l-esperjenza tal-istudent; ·    u l-iżvilupp tar-riċerka applikata u l-innovazzjoni, inkluż l-MCAST Journal of Applied Research and Practice, rivista akkademika li tippromwovi pubblikazzjoni ta’ riċerka applikata u xogħol xjentifiku marbut mal-oqsma vokazzjonali u professjonali Barra minn hekk, l-istituzzjoni qed tkompli ssaħħaħ il-governanza, l-monitoraġġ, u l-assigurazzjoni tal-kwalità, fatturi li huma dejjem aktar meqjusa fil-valutazzjonijiet istituzzjonali internazzjonali. Filwaqt li l-prijorità strateġika tibqa’ li MCAST iwettaq il-missjoni tiegħu li jipprovdi edukazzjoni vokazzjonali u professjonali ta’ kwalità għolja u rilevanti għas-suq tax-xogħol, l-istituzzjoni se tkompli tħares lejn opportunitajiet li jsaħħu l-kredibilità u l-viżibbiltà tagħha fuq livell Ewropew u internazzjonali, b’mod konsistenti mal-identità u r-rwol distint tagħha fis-sistema edukattiva Maltija.