Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Kummissjoni Maltija tal-Films – Rifjuti ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin għal finanzjament jew appoġġ mill-Kummissjoni Maltija tal-Films li ġew irrifjutati fl-aħħar tliet snin, u għal liema raġunijiet ewlenin?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix strateġija nazzjonali speċifika, b'miri u fondi ddedikati, biex tiżdied il-produzzjoni ta' films u serje Maltin li jirrakkontaw l-istorja u l-kultura tagħna, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kummissjoni Maltija tal-Films struttura ta’ governanza formali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqaf bord jew struttura ta' governanza formali fi ħdan il-Kummissjoni Maltija tal-Films?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Maltija tal-Films hija regolata b’KAP 478 tal-liġijiet ta’ Malta u kwalunkwe struttura u l-governanza tagħha hija regolata bl-istess Att.
Kummissjoni Maltija tal-Films – Rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kummissjoni Maltija tal-Films hux se jiġu implimentati fi żmien speċifiku u jekk iva, jipprovdi timeline ċar ta' meta dawn se jiġu implimentati?
Produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni – Skemi ta’ appoġġ/finanzjament
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi, speċifikament għal skemi ta' appoġġ jew finanzjament ta' produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni, fl-aħħar ħames snin, meta mqabbel mal-infiq totali fuq avvenimenti promozzjonali u marketing?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1041 fl-intier tagħha u jgħid, għal kull installazzjoni tal-pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, x’inhu d-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġew installati, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ħames binjiet hemm total ta’ 886 pannella li bejniethom iġġeneraw total ta’ 560,195.47 kWh ta’ enerġija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?
Meditterane Film Festival 2025 – Tender għall-organizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid id-data eżatta li fiha ġie ffirmat jew mogħti t-tender għall-organizzazzjoni tal-edizzjoni tal-2025 tal-Mediterrane Film Festival, meta mqabbla mad-data tal-avveniment innifsu?
Mediterrane Film Festivals 2025 u 2026 – Rendikont tal-ispiża
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont sħiħ u dettaljat tal-ispiża tal-edizzjonijiet tal-2025 u l-2026 tal-Mediterrane Film Festival, maqsum item b'item, inkluż kull kuntratt individwali u l-valur tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie allokat b'kollox mill-fondi pubbliċi bħala rebates lil produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta fl-aħħar ħames snin, u kemm minn dan l-ammont mar għand kumpaniji rreġistrati barra minn Malta?
L-industrija tal-films – Skema ta’ rebates – Analiżi komparattiva
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi analiżi komparattiva, f'termini ta' rata u kundizzjonijiet, bejn l-iskema tar-rebates fl-industrija tal-films f'Malta, u skemi simili offruti minn pajjiżi kompetituri fil-Mediterran u fl-Ewropa?
Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri annwali sħaħ (mhux kumulattivi) tal-Bilanċ Fiskali tal-Kummissjoni Maltija tal-Films bejn l-2018 u l-2025, maqsuma sena b’sena, inkluż is-sena 2024 fejn ġie rreġistrat bilanċ negattiv?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 926 u 1116 u jgħid jekk sarx rapport tekniku jew stħarriġ strutturali dwar il-kundizzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta sar u x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li s-Sovrintendenza għal Wirt Kulturali dejjem tħeġġeġ ir-restawr u l-konservazzjoni tal-Patrimonju Kulturali, ġejt infurmat li ġie kkonfermat li l-binja msemmija mhijiex propjeta’ tal-Gvern.
Kummissjoni Maltija tal-Films – Kontijiet awditjati – Dewmien
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kontijiet awditjati tal-Kummissjoni Maltija tal-Films għas-snin 2020, 2021 u 2022 ħadu bejn 13 u 32 xahar biex jiġu ffinalizzati, u x'passi konkreti ttieħdu biex jiġi żgurat li dan id-dewmien ma jerġax jiġri għas-snin finanzjarji sussegwenti?
Rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” – Verifika/reviżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” (Marzu 2026) ġiex sottomess għal xi forma ta' verifika jew reviżjoni minn parti terza indipendenti qabel ma tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, għaliex?
Jista' l-Ministru jipprovdi l-metodoloġija sħiħa u d-data bażika (raw data) użata biex jasal għaċ-ċifra ta' €1.5 biljun bħala kontribut ekonomiku "value added" tal-industrija tal-films, inkluż liema assunzjonijiet speċifiċi ntużaw fil-mudell użat?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi strateġija formali, approvata mill-Kabinett jew mill-Ministeru, biex jissaħħu t-taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet tekniċi fost il-crew Malti fl-industrija tal-films, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?