Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser ikollha sodod id-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll jekk l-ammont ta’ sodod ser ikun qed jiżdied, huwiex ser ikunu qed jiċkienu l-kmamar tas-sodda, u dan peress illi huwa stess ikkonferma għal aktar minn darba li l-bini eżistenti mhux ser ikun qed jiżdied la fil-volum u lanqas ser jinbnew sulari ġodda?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11456, ninformaha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se tassigura li jkunu osservati l-istandards maħruġa mill-SCSA biex jingħata l-aqwa servizz ta’ kura lir-residenti.
Dar tal-Anzjani f’Bormla — Rilokazzjoni tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew rikolati l-128 resident li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla? Jista’ jgħid ukoll jekk kull rilokazzjoni saritx skont l-ewwel preferenza ta’ kull anzjan jew anzjana?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġew rilokati ġewwa djar residenzjali kif ġej:-
L-ewwel preferenza – 101
It-tieni preferenza – 16
It-tielet preferenza – 3
Ir-raba’ preferenza - 6
Dawk l-anzjani li ma ngħatawx l-ewwel u t-tieni preferenza kellhom l-għażla li jiġu rilokati ġewwa djar oħra fl-istess akwati u li setgħu jipprovdu għall-eżiġenzi li xtaqu. Oħrajn fejn ġew rilokati fir-raba’ preferenza kienu dawk il-każijiet li l-għażla tagħhom ma kinitx adegwata skont il-ħtieġa tal-kura li għandhom bżonn.
Ir-residenti li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġew rilokati fid-djar li ġejjin. Il-maġġoranza tar-residenti ġew rilokati fl-ewwel sitt residenzi imsemmija.
Dar l-Annunzjata
Ghigo Residence
Residenza San Guzepp
St. Thomas Community Living
Casa Paola
SVP
Mellieħa Home
Casa Arkati
Casa San Paolo
Imperial
Imtarfa Home
Casa Pinto
Roseville
Villa Messina
Vivan
Żejtun Home
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9635 u 10318, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u jgħid kemm kien hemm li rċevew liċenzja Good Manufacturing Practice (GMP) mill-Awtorità dwar il-Mediċini?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2003 sal-lum il-ġurnata hemm erba’ u ħamsin (54) liċenzja maħruġa fuq bażi ta’ Good Manufacturing Practice (GMP).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninsab infurmat li hemm 1665 ħaddiema f’dan l-Ministeru li 1595 minnhom huma ċittadini Maltin.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 10188.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla? Jista’ jara li x-xogħol tant bżonjuż fuq il-kappella mal-istess dar ikun inkluż fil-programm ta’ xogħlijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Kif spjegajt f’dan il-Parlament, id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ma kenitx tilħaq il-livelli li jixirqu għall-anzjani fid-dinja tal-lum, tant li kien hemm problemi infrastrutturali u perikli bl-awtoritajiet ma setgħux jieħdu riskji.
Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-sejħiet għall-offerti bil-għan li wara li dawn is-sejħiet joħorġu u jkunu aġġudikati, ix-xogħol jibda minnufih.
F’dan il-perjodu l-anzjani ġew rilokati fi djar oħra biex tkun jingħataw servizz tal-ogħla livell u tkun żgurata s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qiegħed u se jibqa’ jieħu inizjattivi bil-għan li din it-tranżizzjoni tkun waħda li l-anzjani jgħixuha bl-aħjar mod.
Rigward il-kappella, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li din ma tagħmilx parti mid-Dar ta’ Bormla u lanqas hi proprjetà jew responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru jew tal-Gvern.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 15-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kunratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija separatament mhuwiex fuq bord li jaqa’ taħt r-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se titlesta d-Dar tal-Anzjani tal-Imsida, u jekk fl-affermattiv jista’ jgħid meta?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani tal-Imsida ma kenitx tilħaq l-istandards moderni u xierqa biex fihom tilqa’ l-anzjani. Għalhekk, saret il-wegħda elettorali li Gvern Laburista ġdid jibni dar ġdida fl-Imsida. Sa issa, diġà sar xogħol ta’ twaqqigħ u skavar bi tħejjija għal meta tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti li ser tinħareġ fix-xhur li ġejjin, u b’hekk ix-xogħol ikun jista’ jibda mingħajr telf ta’ żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani resident f’shelter u kemm ma ġewx aċċettati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tħaddem servizz ta’ Night Shelters li fihom l-anzjani jingħataw kenn sikur għal matul il-lejl biss. Għaldaqstant ma hemmx residenti f’dawn ix-Shelters.
Bħalissa hemm 13-il persuna li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Mill-ewwel ta’ din is-sena sal-lum kien hemm 7 applikanti li ma ġewx aċċettati minħabba li ma kinux jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw is-servizz.