Legislature:
Category:
Reset
Active:

ERA — multi lill-Infrastruttura Malta

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm, kemm sa mit-twaqqif tagħha Infrastruttura Malta sal-lum, kellha fi flus kontanti multi imposti fuqha mill-ERA u fuq liema nuqqasijiet dawn ingħataw (billi jindika ukoll fuq liema proġetti dawn ingħataw)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

ERA — multi maħfura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu fi flus kontanti l-multi maħfura mill-ERA lill-Infrastruttura Malta u fuq liema ragunijiet saru dawn il-maħfriet ? ( tajjeb li jkunu ndikati ukoll liema kienu l-progetti inkwistjoni)

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma nħafru l-ebda multi effettivi mill-ERA fuq Infrastruttura Malta.

Investigazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman — tmexxija tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Wara li minn investigazzjoni li saret u li giet konkluża mill-Ufficcju tal-Ombudsman fejn ħareġ ċar li t-tmexxija tal-Awtorita tal-Ippjanar mhux biss kisret il-liġi u tat il-barka tagħha biex isir xogħol illegali fuq numru ta’ proġetti minn Infrastruttura Malta fosthom f’Kemmuna u fuq il-Pont fil-Marsa, iżda li saħansittra sfidat ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess Ombudsman, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru li tiegħu hu responsabbli fil-konfront ta’ min imexxi l-istess Awtorità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-każijiet in kwistjoni kien hemm diverġenza ta’ interpretazzjoni legali tal-provvedimenti tal-liġi bejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman u dak tal-Awtorità għall-Ippjanar u f’tali ċirkostanzi mhux l-każ li tittieħed xi azzjoni kontra min imexxi l-Awtorità li jien għandi fiduċja sħiħa fih. Sadanittant jien tajt struzzjonijiet sabiex l-Awtorita’ tibda tassigura li żviluppi li jkunu pretiżi li jsiru fuq bażi ta’ emerġenza jkunu tassew emerġenza u li x-xoghol jindirizza biss u specifikament tali periklu.

Konsultazzjoni pubblika fuq Caravan Site

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fetaħ u għalaq il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fuq il-caravan sites? Ma' min ikkonsulta? Liema kunsilli lokali ġew ikkonsultati? Jista' jippubblika s-sottomissjoniet tal-konsultazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument ‘Camping, Caravanning and Picnicking Sites on the Maltese Islands’ kien inħareġ għal konsultazzjoni pubblika mill-11 ta’ Frar 2021 sal-30 ta’ Marzu 2021. Dan id-dokument ma kienx wieħed ta’ policy imma Discussion Paper inti¿a sabiex thajjar lill-pubbliku biex jirrejagixxi fuq policies ezistenti u approvati li hemm fil-pjanijiet lokali u li jirrikwardjaw camping, caravanning u picnicking. Il-konsultazzjoni kienet miftuha ghall-pubbliku generali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomisjonijiet li saru.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma l-Onor. Interpellat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ġnien l-Għarusa tal-Mosta — public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21832 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jsir public convenience għal min imur f'dan il-ġnien?

Response (FARRUGIA, AARON)

Niltob lill-Onor. Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – Kummissjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – permess

Question

B’referenza għall-permess li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-Kummissjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ħareġ il-pemess biex jinbena razzett tan-nagħaġ u mogħoż meta: (a) Dan huwa lokat f’żona Category 3 Rural Settlement li skont is-South Malta Local Plan tali rural settlement huwa kkunsidrat bħala żona abitabbli u għalhekk mhux permess bini li jista’ jikkawża impatt negattiv fuq tali residenzi, bħal fil-każ ta’ żvilupp ta’ rziezet kif ukoll ma jistax isir bini fuq art agrikola verġni; (b) Dan il-permess ħareġ f’kunflitt mal-policy SMSE8 li tifforma parti mis-South Malta Local Plan, għalkemm il-policies fil-Local Plan għandhom preċedenza fuq policies oħra, fosthom dawk li jinsabu fir-Rural Policy and Design Guidance 2014; (c) Dan il-permess ħareġ għalkemm ma jaqa’ taħt l-ebda policy tar-Rural Policy and Design Guidance 2014? Barra minn hekk, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm skont ir-raġunijiet mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fis-sentenza tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2021 kien ċar li dan il-permess hawn isfel imsemmi ħareġ bi ksur kemm tas-South Malta Local Plan, tal-iSPED u tar-Rural Policy and Design Guidance 2014 dan il-permess ma ġiex miċħud / revokat mill-istess tribunal iżda ntbagħat lura l-Kummisjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li, b’deċiżjoni datata l-25 ta’ Mejju 2021, it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ordna li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant terġa’ tmur għand l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex fid-determinazzjoni tagħha l-Kummissjoni tal-Ippjanar tikkunsidra l-Policy SMSE 08 tal-Pjan Lokali tan-Nofsinhar. Għaldaqstant din l-applikazzjoni għad trid tiġi pproċessata u deċiża mill-ġdid skont il-liġi.

Naxxar – Sagħjtar – applikazzjonijiet għall-żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx applikazzjonijiet (u fil-każ jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra) imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar żvilupp f’dik li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa bħala Tas-Sagħjtar fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li, fir-rigward tas-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, kien hemm erba’ notifikazzjonijiet dwar żvilupp għal attivitajiet ta’ offroadingtaħt l-Avviż Legali 211 tal-2016, Klassi 19(iii) – Attivitajiet ta’ Offroading. Il-każijiet kienu dawn li ġejjin: DN394/17 - Proposed Motorcycle Trials and Enduro Competitions. DN271/19- Temporary Permit for one year to hold off roading events on all weekends and public holidays. DN280/20 - Temporary Permit for one year to hold off roading events on all weekends and public holidays. DN766/21 - Motorcycle Trials, Moto Endo & Quad Bike Race Competitions. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relevanti bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-każ DN394/17. Fir-rigward ta’ dan il-każ id-dokumenti ma jinsabux fis-sistema diġitali u sabiex jissejjaħ il-file fiżiku mill-arkivji hu meħtieġ aktar żmien.

Naxxar – Tas-Sagħjtar – żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Jien infurmat illi is-sit li qeda ssir referenza għaliha, hija regolata taħt il-Policy MO03 tal-Pjan Lokali taċ-ċentru ta' Malta fejn tindika li is-sit għandha tkun suġġetta għall-Development Brief, liema brief huwa intenzjonat biex jistabbilixxi parametri tal-ippjanar li jservu bħala gwida għal kif għandha tiġi żvulippata din is-sit. Din l-istess policy tispjega li d-Development Brief għandu jindika fid-dettal il-parametri ta' żvilupp biex jiġu akkomodati dawn l-użijiet: • Faċilitajiet organizzati ghal-ħażna b'access fuq faċċata li tħares lejn il-Mosta Tecknopark; • Ċentru lokali li jservi iż-żona residenzjali tas-Sagħjtar; • Uffiċini fil-parti ta' fuq tas-Sit; • Faċilitajiet mgħarbuta ma' Sport u rikrejazzjoni; • Parkeġġ li eventwalment jista jservi ta' Park and Ride; • Toroq, aċċessi adekwati u titjib fil-junctions; u • Provedimenti għall-ħazna tal-ilma. Ghalhekk, kull żvilupp intenzjonat għal-din is-sit għandu jistenna l-eventwali formolazzjoni u approvazzjoni ta' Development Brief.

Rapporti mill-Ombudsman – passi kontra min imexxi l-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu fil-konfront ta’ min imexxi l-Awtorità tal-Ippjanar wara li f’aktar minn okka¿joni waħda, f’rapporti kkummissjonati mill-Ombudsman, instab li kiser il-liġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala prinċipju, l-Awtorità tal-Ippjanar tevalwa r-rapporti u r-rakkomandazzjoni kollha li jagħmel il-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman u fejn tħoss li jkun meħtieġ titjib jew aġġustamenti ta’ proċessi tieħu l-passi meħtieġa sabiex ir-rakkomandazzjonijiet ikunu implimentati. Min-naħa l-oħra jkun hemm ukoll istanzi fejn ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija l-Awtorità ma tkunx taqbel magħhom u f’ċirkostanzi bħal dawn hija tikkommunika l-po¿izzjoni tagħha. Sadanittant, kif kont spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16210, ta’ kull sena, s-Servizz Pubbliku qed jippubblika rapport dettaljat dwar in-natura, is-sejbiet, l-konklużjonijiet u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu fuq kull każ li jkun issemma fir-rapport annwali tal-Ombudsman. Dawn ir-rapporti, li huma aċċessibbli fit-taqsima tal-pubblikazzjonijiet tas-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku, jistgħu jiġu kkonsultati anke fir-rigward ta’ każijiet speċifiċi iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jogħġbu jidentifika l-okkażjonijiet li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu inkun f’pożizzjoni li nikseb u nagħtih id-dettalji meħtieġa.

Planning Authority — applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid x'sar sa issa u x'qiegħed isir bħalissa dwar l-applikazzjoni PA/02106/21ERA Reference: EA/00004/21 Project Title: Coastal defence system at Marsalforn Bay consisting of the reconstruction of Santa Marija breakwater, construction of a rubble mound berm on the Menqa site, two rubble mound groins at the valley outfall and replenishment of the beach. Location: Site at, Il-Bajja Ta' Marsalforn, Marsalforn, Żebbuġ (Gozo)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Jien infurmat li l-applikazzjoni in kwistjoni qiegħda fl-istadju ta’ ‘screening’ sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn studji u tintalab iktar informazzjoni preliminarju dwar il-każ.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u se tingħata risposta f’seduta oħra.

Proċess ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-applikazzjoni PA/01467/21 Location of development: Site at Għar ta' Calypso, Triq Għajn Qamar, Xagħra Description of works: 'Proposed stabilisation of Calypso Cave, consolidation of friable rock face, the demolition of the existing sanitary facilities and construction of a visitors’ interpretation centre, new sanitary facilities and new walkways', u jgħid fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ huwa preżentament sospiż, fuq talba tal-Perit.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – PR u media events organizzati

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21197 u 16200, peress li l-Ministru hu konxju li huwa marbut li jagħti rendikont lill-Parlament u lill-poplu dwar il-mod li qed jintnefqu flus in-nies, jista’ jgħid mill-2017 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġà tajtu bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 21197.

ERA – Tal-Kus waste transfer station – tender

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20943, jista’ l-Ministru jgħid x'wassal u x'inhuma r-raġunijiet għala t-tender 'Service tender monitoring based on the environmental permit issued by ERA for Tal-Kus waste transfer station' li kellha tagħlaq fis-27 ta' Mejju 2021 ġiet ikkanċellata? Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun il-pass li jmiss f'din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li t-tender li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie kkanċellat għax, sad-data tal-għeluq tas-sejħa, ma daħlet l-ebda offerta. Sadanittant is-sejħa reġgħet inħarġet u tagħlaq fit-8 ta’ ta’ Lulju.

Wasteserve – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21652 u jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, xahar b’xahar, bejn Jannar 2019 u Mejju 2021 li jaħdmu (jew kienu jaħdmu ) mal-Wasteserv? Jista’ jgħid ukoll dawn l-istess ħaddiema f’liema grad qed jaħdmu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi l-informazzjoni miltuba fuq -Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Position of Trust - salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 20982.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 20982.

Permess

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/03000/19 'Site at, Triq il-Kapuċċini, Triq ir-Rabat, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli, Triq Ġorġ Pisani, Triq ta’ Viani, Victoria, Xagħra, Triq Marsalforn, Proposed junction improvement and road widening to existing road and construction of schemed road' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li, min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinsab fl-aħħar stadju tal-proċess tal-ippjanar fejn qed jiġi konkluż id-Development Permit Application Report bir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex b’hekk l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi deċiża mill-Bord tal-Ippjanar. Min-naħa tagħha, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għamlet assessjar u ressqet rakkomandazzjonijiet bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni.

Wasteserve – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, xahar b’xahar, bejn Jannar 2019 u Mejju 2021 li jaħdmu (jew kienu jaħdmu ) mal-Wasteserv? Jista’ jgħid ukoll dawn l-istess ħaddiema f’liema grad qed jaħdmu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma l-Onor. Interpellat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.