Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma hemm ebda impjegat fis-settur ċivili jew pubbliku taħt id-dekasteru tiegħi li jinsab sospiż bi 80% tal-paga minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrih.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29967 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegat fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġie elett f’kunsill lokali, kien elett fil-lokal ta’ Paola.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23922 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 28651.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29479.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23765, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (GALDES, RODERICK)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23765, qed inpoġġi informazzjoni addizzjonali fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29479.

Awtorità tad-Djar — Akkomodazzjoni soċjali li ġew rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28829 u jgħid kemm-il każ li jinsab fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali, irrifjuta post mogħti lill-applikanti mill-Awtorità tad-Djar, u x’raġunijiet ingħataw?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29542.

L-Awtorità tad-Djar — Applikanti biex isiru sidien ta’ darhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28842 u jgħid kemm-il applikant hemm bħalissa quddiem l-Awtorità tad-Djar għal xiri ta’ units, biex isiru sidien ta’ darhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29543.

Awtorità tad-Djar — Talbiet għal aċċessibiltà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm organizzazzjonijiet volontarji u non-governattivi għamlu talbiet mal-Awtorità tad-Djar biex itejbu l-aċċess għall-ġid tal-komunità, minn l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll jindika liema kienu dawn l-għaqdiet li kull sena għamlu dawn it-talbiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29566.

Awtorità tad-Djar — Proġetti li jtejbu l-aċċess fil-komunità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29566, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalità tinsab kull waħda mill-binjiet li għalihom l-Awtorità tad-Djar approvat it-talbiet sabiex jitwettqu proġetti li jtejbu l-aċċess fil-komunità, mis-sena 2022 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binjiet li fihom ġew imwettqa l-proġetti jinsabu f’Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Gżira, Ħamrun u r-Rabat (Għawdex).

Xiri ta’ proprjetà — Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tibbenefika mill-equity sharing scheme tistax tibbenefika wkoll mill-iskema tal-ħlas għad-depożitu ta’ 10% għax-xiri ta’ proprjetà? Jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex realistiku li persuna waħedha (bejn it-30 u l-34 sena) b’paga sa massimu ta’ €25,000 fis-sena u li sadanittant tkun qed tikri (forsi anke bis-sussidju tal-Awtorità ta’ mhux aktar minn €4,200) jirnexxilha ġġemma’ sa massimu ta’ €25,000 għal depożitu fuq proprjetà?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li tixtieq taċċessa l-Iskema tal-Equity Sharing trid tkun fil-pussess ta' mill-inqas 10% tal-valur tal-proprjetà li tkun se takkwista. Din hija kundizzjoni essenzjali stipulata mill-istess skema. Min-naħa l-oħra, dawk li jagħmlu użu mill-iskema għall-ħlas tad-depożitu ta’ 10% għal xiri ta’ proprjetà jagħmlu dan għax m’għandhomx dak il-10% meħtieġ biex isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk, ma jkunx possibbli li persuna tagħmel użu minn dawn iż-żewġ skemi fl-istess ħin, peress li jservu għal sitwazzjonijiet differenti. L-Awtorità tad-Djar toffri diversi skemi biex tgħin lill-individwi jsiru sidien ta’ darhom. F’każ fejn persuna għandha bejn 30 u 34 sena, b’dħul annwali li ma jaqbiżx is-€25,000, u ma jkollhiex il-10% rikjest fuq konvenju, tkun tista’ taċċessa l-iskema għall-ħlas tad-depożitu ta’ 10% biex takkwista proprjetà.

Skema ta’ equity sharing – Persuni li għamlu użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li użaw l-iskema ta’ equity sharing matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sindki u Kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. interpellant li ġejt infurmat li hemm impjegat wieħed fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġie elett f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.

Is-Siġġiewi — Lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Fid-dawl li hemm bosta inkwilini li minħabba l-età u l-kundizzjoni medika tagħhom ma jistgħux jitilgħu taraġ, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità qed tħejji l-BOQ flimkien mad-drawings tal-kostruzzjoni sabiex tiffaċilita l-iskedar tal-għoti tal-kuntrattur. Il-verżjoni eżegwibbli tal-permess waslet għand l-Awtorità fl-24 ta’ Lulju 2025.

Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Blokok ta’ appartamenti - Liftijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok ta’ appartamenti fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun? Minn dawn il-blokok, kemm minnhom diġà għandhom lift u kemm minn dawk li m’għandhomx, se jkollhom lift fiż-żmien qarib? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-blokok ta’ appartamenti li fiż-żmien li ġej se jkollhom lift u meta hu maħsub li fil-blokok l-oħra jiġi installat lift fihom ukoll?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern ta’ Żejtun, f’Ħal Tmin, hemm sittax-il blokka, minnhom sitta diġà mgħammra bl-lift. Applikazzjonijiet attivi taħt is-skema LFT bħalissa hemm tnejn; lift wieħed ippjanat li jiġi installat din is-sena, u l-ieħor ippjanat għas-sena 2026. L-Awtorità tad-Djar tinstalla liftijiet biss meta jkun hemm interess mir-residenti u tiġi sottomessa applikazzjoni formali min-naħa tagħhom.

Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Xogħol ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jsir xogħol ta’ tiswija u titjib fuq il-blokok ta’ appartamenti fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika meta mistenni jibda dan ix-xogħol? Jekk le, jista’ l-Ministru jikkunsidra li dan ix-xogħol jiġi kkunsidrat anke fid-dawl tal-fatt li wħud minn dawn il-blokok jidhru li jinsabu f’kundizzjoni li teħtieġ attenzjoni partikolari minħabba l-ħsarat li għandhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019 u l-2020, ġew esegwiti diversi proġetti ta’ manutenzjoni fuq il-blokok kollha f’Ħal Tmin. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu tiswijiet fuq il-bjut kif ukoll interventi fuq il-partijiet komuni tal-binjiet, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-inħawi u tiġi indirizzata kwalunkwe ħsara strutturali li kienet teżisti dak iż-żmien. Il-programmi ta’ tiswijiet u manutenzjoni jsiru b’mod ippjanat fuq medda ta’ snin, abbażi ta’ valutazzjoni teknika tal-bżonnijiet u tal-prijoritajiet identifikati mit-team tekniku fi ħdan l-Awtorità.

Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Tisbiħ tas-soft areas u l-partijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-soft areas u l-partijiet pubbliċi li jinsabu fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun, jaqgħux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu, biex dawn jiġu rranġati u msebbħa?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-soft areas li jinsabu fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun ma jaqgħux kollha taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dawn is-soft areas jew jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tad-Djar, jew inkella ġew mibjugħa lil-privat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23939, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27934.

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-gallariji li qegħdin jiġġarrfu fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara li r-residenti ilhom xhur twal jirrappurtaw?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-gallariji li qegħdin fi stat ta’ deterjorazzjoni fil-binja msemmija ser jibdew fi żmien qasir. Bħalissa għaddej il-proċess sabiex ix-xogħlijiet jiġu assenjati lil kuntratturi li huma parti mill-framework agreement, sabiex jitwettaq ix-xogħol neċessarju.