Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20237 u jgħid min huma l-esperti li għandu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista:
a. bl-ismijiet;
b. kemm qegħdin jitħallsu mill-istess Ministeru; u
c. jagħti l-informazzjoni dwar dawn l-esperti u ta’ xiex huma esperti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Bdiewa fin-nofsinhar ta’ Malta – provvista ta’ new water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bdiewa tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment dawk li għandhom ir-raba’ tagħhom fil-limiti tax-Xgħajra u Ħaż-Żabbar u l-lokalitajiet tal-madwar, ilhom madwar sitt xhur bla 'new water'? X'inhi r-raġuni li naqset din il-provvista tant importanti għall-bdiewa ta' dawn l-akkwati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda għoti ta’ kuntratti, direct orders jew simili lill-kumpanija indikata mill-Ministeru li tiegħu jien responsabbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha tinsab annessa ma’ din it-tweġiba. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 10 persuni li jinsabu fi kwarantina.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara sejħa għall-offerti u kemm b’direct orders skont l-esiġenza u l-urġenza.
In vista li l-Ministru ħabbar riforma fil-pitkalija f’Lulju tas-sena l-oħra u reċentement qal li b’differenza għall-Ministru ta’ qabel hu qed iwettaq ir-riforma tal-pitkalija, jista’ l-Ministru, iniżżel punt punt liema huma dawk il-miżuri konkreti li bihom qed tiġi riformata l-pitkalija u jindika l-benefiċċju li qed jieħdu l-bdiewa minn kull miżura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru l-preparamenti għall-implimentazzjoni tar-riforma u l-pjan li kien tħabbar is-sena l-oħra beda jitwettaq. Sa issa tlestiet is-sistema eletronika u għaddej ukoll proċess ta’ reġistrazzjoni tal-istakeholders kollha li jagħmlu użu mill-Pitkalija, jiġifieri bdiewa, xerrejja, pitkala u ħaddiema oħra. Dawn kollha se tingħatalhom card uffiċjali.
Dan ix-xahar se jitniedi l-proġett pilota mal-Koperativa Ċentrali tal-Bdiewa li se jkun katalist sabiex tiddaħħal ir-riforma ġewwa l- Pitkalija. Dan il-proġett se jkun jinkludi bidu ta’ dħul ta’ standards fuq il-prodotti, barcoding fuq il-kaxxi, kif ukoll reġistrar tal-prodott ġewwa s-sistema elettronika l-ġdida. Dan kollu se jgħin sabiex ikun hemm traċċabilta’ u kontroll fuq il-prodotti li jiddaħlu u jinbiegħu minn ġewwa l-Pitkalija.
Ta’ min isemmi, li l-Gvern għaddej b’kampanja bl-isem ta’ “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” li għandha l-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-produzzjoni agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu biex dejjem jaġevola l-prodott lokali, frott il-ħidma tal-bdiewa tagħna.
Finalment ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li, kontra l-impressjoni li qed jipprova jagħti u kontra dak li kien jiġri fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, din l-amministrazzjoni tikkordina ħidma sħiħa u ħolistika għall-ġid tal-poplu kollu Malti u Għawdxi.
Eliminazzjoni tal-importazzjoni tas-single use plastics – studju tal-impatt finanzjarju u ekonomiku fuq il-bdiewa u raħħala
Question
In vista tal-fatt li l-Gvern ta’ Malta ħabbar il-mira li fl-aħħar ta’ din is-sena jelimina l-importazzjoni tas-Single Use Plastics minn Malta, jista’ l-Ministru, jippubblika l-istudju dwar l-impatt finanzjarju u ekonomiku li din il-miżura ser ikollha fuq il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin:
1. fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli tagħhom u jekk hemmx prodotti li bħalissa qed ikunu importati u li l-importazzjoni tagħhom ser ikollha titwaqqaf? u
2. fil-preżentazzjoni tal-prodotti agrikoli għall-konsumatur u kif ser jiġi impattat il-prodott lokali meta jikkompeti mal-prodott impurtat?
Response (REFALO, ANTON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 20185, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali ser jibqa’ jsegwi l-iżviluppi dwar kif il-mira li telimina l-importazzjoni tas-Single Use Plastics ser taffetwa lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk, flimkien mal-Ministeru kkonċernat, qed isiru diskussjonijiet sabiex jiġi mfassal pjan għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea tas-Single Use Plastics.
Nitlob li din il-mistoqsija tiġi rriferuta lill-Ministeru kkonċernat peress li din ser taffettwa lis-setturi in ġenerali.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma fil-Pitkalija? Jista’ jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex il-bdiewa jaraw li jkollhom aktar prodotti jinbiegħu u anqas ħaxix jintrema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isiru l-preparamenti għall-implimentazzjoni tar-riforma u l-pjan li kien tħabbar is-sena l-oħra beda jitwettaq. Sa issa tlestiet is-sistema eletronika u għaddej ukoll proċess ta’ reġistrazzjoni tal-istakeholders kollha li jagħmlu użu mill-Pitkalija, jiġifieri bdiewa, xerrejja, pitkala u ħaddiema oħra. Dawn kollha se tingħatalhom card uffiċjali.
Dalwaqt se jitniedi l-proġett pilota mal-Koperativa Ċentrali tal-Bdiewa, kif ukoll mis-servizz li qed taghti il-Malta Food Agency li ser ikunu katalisti sabiex tiddaħħal ir-riforma ġewwa l- Pitkalija. Dan il-proġett se jkun jinkludi bidu ta’ dħul ta’ standards fuq il-prodotti, barcoding fuq il-kaxxi, kif ukoll reġistrar tal-prodott ġewwa s-sistema elettronika l-ġdida. Dan kollu se jgħin sabiex ikun hemm traċċabilta’ u kontroll fuq il-prodotti li jiddaħlu u jinbiegħu minn ġewwa l-Pitkalija.
Kif diġa’ ntqal f’risposti preċedenti, il-Gvern għaddej b’kampanja bl-isem ta’ “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” li għandha l-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-produzzjoni agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu. F’kazi ta’ surplus qed jiġi mħejji pjan sabiex prodott li ma jinbiegħx isir l-aħjar użu minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jagħti aktar għajnuna lir-raħħala tal-majjal u tal-baqar sabiex dawn ir-raħħala jkunu megħjuna jsalvaw f’din ir-realtà, fejn il-ġwież qed jogħla kontinwament?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 19882 li diġa’ ġiet imwieġba bi sħiħ fil-15 ta’ Marzu 2021.
Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li għandu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista:
a. bl-ismijiet;
b. kemm qegħdin jitħallsu mill-istess Ministeru; u
c. jagħti l-informazzjoni dwar dawn l-esperti u ta’ xiex huma esperti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jieħu deċiżjoni sabiex immedjatament iwaqqaf l-iskema l-ġdida dwar il-ħruġ tal-għoti tal-liċenzja għas-sajjieda li qed jiddiskuti fil-preżent mas-sajjieda? Kif kien intqal permezz tal-istqarrija għall-istampa li kien għamel il-Ministru Clint Camilleri (P 9/4/2019) li f’tali stqarrija jidher ċar li dakinhar meta ngħatat il-liċenzja qatt ma ntqal kemm se sservi din il-liċenzja (numru ta’ snin), għaldaqstant jista’ jgħid issa kif qed jistenna li s-sajjieda li investew il-flus, illum wara sentejn biss, ikunu lesti li jagħtu lura lil Gvern il-liċenzji li ngħataw sentejn ilu?
Response (REFALO, ANTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li huwa ċar li l-kwota mogħtija lill-bastimenti msejjħa settorjali, kienet ingħatat għal sentejn, jiġifieri għas-snin 2019 u 2020. Madanakollu, fuq talba tal-Koperattivi stess, u anke fid-dawl li fil-livell ta’ ICCAT sar roll-over mis-sena 2020 għas-sena 2021, kull min ibbenefika minn kwota tat-tonn fis-sena 2020, qed jerġa’ jibbenefika minn kwota tat-tonn għall-istaġun 2021. Għaldaqstant, m’hemm l-ebda ritorn ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tonn lill-Gvern. Il-Gvern jinsab kommess li jkompli jiddiskuti mas-settur sabiex jiġi mfassal pjan fit-tul fir-rigward tal-kwoti tat-tonn, bil-għan li s-settur ikun sostenibbli u jiġi garantit futur lis-sajjieda Maltin u Għawdxin u l-familji tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna sajjieda reġistrati f’pajjiżna b’kollox, minn liema lokalitajiet ġejjin u x’inhi l-età tagħhom waqt li kemm huma l-baħħara reġistrati fuq xogħol relatat mas-sajd u ta’ liema nazzjonalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġa tennejt f’risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċendenti, fid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwalkultura ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati. Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta’ bastimenti tas-Sajd reġistrati fil-kategoriji professjonali huwa ta’ 380 bastiment full-time (MFA); u 459 bastiment part-time (MFB), rispettivament. L-eta’ tas-sidien tvarja minn 19 sa 78 sena fil-kategorija MFA u minn 18 sa 88 fl-MFB. Dawn is-sidien ġejjin minn diversi lokalijiet kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzoniji ta’ xogħol ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru, ninsab infurmat li hemm 40 bastiment tas-sajd professjonali li għandhom kaptan addizzjonali barrani rreġistrat fuqhom; 38 ta’ nazzjonalita’ terza u 2 ta’ nazzjonalita’ Ewropea.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19270 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-aktar 3 tipi ta' ħut l-iktar ikkunsmat f'pajjiżna u dawk l-aktar maqbuda mis-sajjieda artiġjanali Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartment tas-Sajd u Akkwakultura ma jżommx statistika tal-konsum ta’ ħut f'pajjiżna, peress li din ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru. L-aktar tlett speċi ta' ħut maqbuda mis-sajjieda artiġjanali Maltin huma Kavall, Lampuki u Pixxispad.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież – għajnuna lir-raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhuwa jsir għar-raħħala invista tan-nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież?
Response (REFALO, ANTON)
L-Gvern baqa jagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’kull settur biex fejn hemm konsegwenzi li huma parti mill-impatt tal-pandemija jkun f’pożizzjoni li jkompli jassistihom b’appoġġ finanziarju mmirat skond il-parametri tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, hekk kif diġa seħħ matul l-2020.
Apparti minn hekk, dan il- Ministeru li tiegħu jien responabbli, għandu numru ta’ inizjattivi żviluppati sabiex il-prodott tal-agro-industrija jiġi promoss fosthom il-Kampanja “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” li għandha l-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-produzzjoni agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu. Is-settur tal-baqar u l-ħalib kienu fost il-prodotti promossi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19666, jista’ l-Ministru jgħid b’referenza għat-tliet kampanji: “Agħżel il-Bnin, Agħżel Frisk”, “L-Iskema Nazzjonali Prodotti ta’ kwalità” u “Ċertifikazzjoni DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands, fiex kienet tikkonsisti l-ħidma? Min (ismijiet ta’ persuni) qed iwettaq din il-ħidma? X’budget għandhom?
Response (REFALO, ANTON)
Il-kampanja ‘Agħżel il-frisk, Agħżel il-bnin’ tnediet wara li bdiet il-pandemija fl-2020 sabiex jgħin lis-settur agrikolu f’dawn iż-żminijiet. Din il-kampanja kienet tinvolvi fact cards u reklami fuq il-midja soċjali u fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni dwar prodotti agrikoli speċifiċi jew staġjonali. Din il-kampanja hija mmirata sabiex jintwera’ appoġġ għar-rwol vitali tal-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda għall-produzzjoni ta’ ikel frisk u ta’ kwalità fit-territorju tagħna. Parti minn din il-kampanja kienet iffinanzjata minn fondi Ewropej. In-nefqa fl-2020 kienet ta’ EUR 135,110 u l-ħsieb huwa li din il-kampanja titkompla matul is-sena kollha fl-2021 bl-istess nefqa.
Il-Ministeru huwa kommess li jippromwovi l-iskemi kollha ta’ kwalità fis-settur agrikolu għaldaqstant għas-sena 2021 ġew allokati madwar EUR 117,000 sabiex titfassal strateġija ta’ marketing sabiex jiġu promossi wkoll skemi ta’ ċertifikazzjoni DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands, il-biedja organika kif ukoll l-Iskema Nazzjonali Prodotti ta’ Kwalità. Din hija skema fformulata fuq il-Liġi Sussidjarja 427.90, fejn l-iskema tiċċertifika l-prodotti li jilħqu standards ta’ kwalità superjuri minn dawk l-istandards li huma mandatorji.
Il-ħidma fuq il-kampanji qed titwettaq mid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, bil-kontribut u l-ħidma ta’ diversi uffiċjali pubbliċi.