Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ fondi (valur f’euros) li kienu dovuti għall-bdiewa u r-raħħala u spiċċaw intużaw għat-toroq għas-snin 2016 u 2017? Tista’ tgħid kemm kien l-ammont ta’ fondi (valur f’euros) li ttieħdu mill-bdiewa u r-raħħala u kemm kienu l-ammonti ta’ bdiewa u raħħala li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-biedja?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ fondi (valur f’euros) li kienu dovuti għas-sajjieda u spiċċaw intużaw f’xi qasam ieħor għas-snin 2016 u 2017? Tista’ tgħid il-fondi li kienu dovuti għas-sajjieda u tali fondi ma ngħatawx, f’liema oqsma ntefqu? Tista’ tgħid kemm kien l-ammont ta’ fondi (valur f’euros) li ttieħdu mis-sajjieda u kemm kien l-ammont ta’ sajjieda li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – informazzjoni maħruġa bil-Malti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592 bid-data tas-26 ta’ Ġunju, 2018, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti: Society’s Concern u Who is Who?’ Jekk iva, tista’ tpoġġi kopja ta’ dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-dokument ‘Society’s Concern’ ġie tradott għall-Malti u preżentament qed jiġi rivedut qabel jiġi stampat fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dokument ‘Who is Who’ qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Kemm hi l-ispiża rikorrenti f’salarji għall-2018? Kemm minn din l-ispiża huma arretrati li jridu jitħallsu skont il-collective agreement?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2018, l-Awtorita’ kellha staff ta’ disgħa u għoxrin impjegat imħallsa direttament minnha. Dan l-ammont ma jinkludix 3 persuni assenjati mill-ERL u ieħor mill-RSL u lanqas 2 persons of trust tal-Uffiċċju taċ-Chairperson.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispiża rikorrenti f’salarji għall-2018 skont il-Management Accounts ta’ Ottubru 2018.
Tista’ l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Hemm sejħiet miftuħa f’dan ir-rigward? Hemm ħsieb li l-OHSA timpjega ħaddiema ġodda biex jiżdied in-numru ta’ ħaddiema li tant għandha bżonn din l-Awtorità importanti f’pajjiżna?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aħħar reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) sar fi tmiem 2016.
Fl-2017 l-Awtoritá irnexxilha tingaġġa s-servizzi ta’ Inġineer fuq l-Elettriku, Environment & Safety Management Coordinator u Assistant Prinċipal fil-grad klerikali. Dawn it-tlett ħaddiema eks-Enemalta ġew sekondati mill-Energy Resources Ltd (ERL).
Ma hemm ebda’ sejħa miftuħa iżda l-Awtorita’ għada kif ħejjiet l-abbozz finali ta’ Pjan Strateġiku għar-Riżorsi Umani mifrux fuq tlett snin, liema dokument jinsab quddiem il-Bord għad-diskussjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus allokati għat-taħriġ tal-ħaddiema tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Huwa minnu li l-ammont allokat huwa ta’ €1,000 fis-sena, li fil-fatt ifisser €29 kull impjegat?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-€1,000 Ewro msemmija ma jinkludux il-fond għall-Continuing Professional Development għall-impjegati tal-OHSA li ġie miftihem lejn tmiem din is-sena u li permezz tiegħu hemm allokat fond sa’ €6,000 fis-sena għal dawk il-ħaddiema li jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’oqsma relatati max-xogħol tagħhom. Iċ-ċifra tal-elf ewro ma tinkludix lanqas opportunitajiet għal taħriġ intern li jingħata b’mod regolari fuq temi varji fosthom proċeduri ta’ nfurzar, taħriġ legali, temi tekniċi, ħiliet klerikali u amministrattivi, kif ukoll taħrig li jingħata barra minn Malta, fosthom dak offrut taħt il-kappa tas-Senior Labour Inspectors Commitee (SLIC), fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja.
L-OHSA hija attiva ħafna f’attivitajiet oħra tal-iSLIC foshom parteċipazzjoni regolari fi skambji ma’ spettorati oħra Ewropej, u li fihom ħaddiema tal-OHSA jirċievu taħriġ barra minn Malta. Kien hemm okkazzjonijiet ukoll li spettorati Ewropej bagħtu spetturi minn tagħhom f’Malta għal qsim ta’ esperjenzi u taħriġ hawn Malta mal-ispetturi tal-OHSA.
L-OHSA, tipparteċipa ukoll f’konferenzi organiżżati f’pajjiżna minn entitajiet oħra. Numru ta' ħaddiema jippartecipaw attivament f’konferenzi internazzjonali, f’Working Groups, kif ukoll f’numru ta’ laqgħat ta’ Expert Groups varji fuq materji tekniċi. Minbarra dawn, l-OHSA tipparteċipa fil-pjattaforma tal-iSLIC magħrufa bħala KSS (Knowledge Sharing Site), u li biha l-ispetturi tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol madwar l-Ewropa jaqsmu bejniethom informazzjoni fuq aspetti varji marbuta mal-infurzar tad-Direttivi Ewropej kif ukoll l-isfidi li l-infurzar jofri lill-istess Aġenziji.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-perjodu konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali li jagħmlu xogħol ta’ infurzar fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li bħalissa fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hemm sittax-il persuna li jwettqu spezzjonijiet u xogħol ta’ nfurzar b’rutina.
Tista’ l-Ministru tgħid, fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), kemm qed jiswa l-Uffiċċju taċ-Chairman, inkluż l-onorarja, il-car allowance u ż-żewġ persons of trust għal kull sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Kemm qed jitħallas kull membru fis-sena u kemm qed jiswa l-Bord tal-OHSA kull sena fit-total?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tagħti break down ta’ kif ġew allokati t-13-il miljun ewro mill-fondi ta’ SME Growth Grant Scheme? Tista' tgħid min huma l-kumpaniji/intrapriżi li bbenefikaw minn dan il-fond u fuq xiex ibbenifikaw u kemm kien l-ammont fi flus li kull kumpanija u intrapriża ħadet? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom kienu kumpaniji Maltin u u kemm kienu kumpaniji Għawdxin?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tikkonċerna l-benefiċarji tal-Business Enhance ERDF Grant Schemes.
Din l-informazzjoni qiegħda fuq il-website https://businessenhance.gov.mt/en/schemes/Pages/General-Information-.aspx
S’issa hemm 209 proġett li bbenefikaw taħt dawn l-iskemi li 21 minnhom huma f’Għawdex.
Attachments:List of Beneficiaries - Business Enhance ERDF GS - 01.11.2018.xlsx
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Tista' l-Ministru tgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ tista’ tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)
Question
Tista’ l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?
Response (DALLI, HELENA)
Matul dawn l-aħħar ħames snin ġew ratifikati numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali u reġjonali tad-dirttijiet tal-bniedem min-naħa tal-Gvern Malti. Fir-rigward tal- The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine ninnota li din il-Konvenzjoni infetħet għall-firem fl-1997 u dahlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Diċembru 1999. Il-Gvern Nazzjonalista ma ffirmatx din il-Konvenzjoni u allura wisq inqas irratifikata. Il-Gvern Laburista madanakollu se jkun qed jistudja mill-viċin din il-Konvenzjoni sabiex f’każ ta’ nuqqas ta’ impediment jersaq lejn ir-ratifika tal-konvenzjoni.
Inżid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Parlament. Din il-kummissjoni se tkun konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi dwar dan il-qasam.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkejsta
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma ħtart l-ebda Bord ta’ Inkjesta tul il-perjodu kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, u jekk s’issa ġietx identifikata l-entità pubblika f’Malta li se tkun responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza mhuwiex il-Ministeru responsabbli għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol jew servizzi ta’ konsulenza mingħand l-individwu msemmi fil-perjodu msemmi.