Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Mobile jew Telephone Line Allowances -
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ma kien hemm l-ebda nefqa fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
ENTITÀ
CEO
Data tal-Ħatra
Il-Persuna tagħmel xi xogħol ieħor bħala negozju jew tipprattika professjoni privatament
Trade Malta Ltd.
Anton Buttigieg
2015
Le
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15422.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jaħdmu full-time jew part-time ma’ dan il-Ministeru b’kuntratt jew bħala Persons of Trust jew Advisors jew Experts huma kif ġej:
Impjegati
'il fuq minn 65 sena
'il fuq minn 70 sena
'il fuq minn 80 sena
Full Time
4 fuq kuntratt ta’ Person of trust
1 fuq kuntratt ta’ Konslu
3 fuq kuntratt ta’ Ambaxxatur
1 fuq kuntratt ta’ Person of Trust
1 fuq kuntratt ta’ Advisor
2 fuq kuntratt ta’ Policy Consultant
Part Time
1 fuq kuntratt bħala Advisor
1 fuq kuntratt bħala Expert
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi minnha, ma kienx hemm Deputati tal-Gvern li kellhom xi wieħed mill-irwoli li qed issemmi l-Interpellanta fil-mistoqsija tagħha.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi minnu, ma kienx hemm Deputati tal-Gvern li kellhom xi wieħed mill-irwoli li qed isemmi l-interpellant fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (BORG, IAN)
L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14625, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Ghana reġa’ ġie konfermat fil-kariga fl-2022, bla skrutinju tal-Parlament jiġifieri ma kienx hemm ħtieġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Artiklu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap 595 tal-Liġijiet ta’ Malta, ma jpoġġix il-ħtieġa ta’ skrutinju mill-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi, f’każi fejn Ambaxxatur jew Kummissarju Għoli tkun qed issirlu estensjoni ta’ ħatra li ġja’ jokkupa.
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ ċittadinanza Maltija li huma impjegati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li s-sit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinsab f’Malta, ma jeżisti l-ebda obbligu li l-Aġenzija tgħaddi lill-Gvern informazzjoni uffiċjali dwar il-ħaddiema tagħha.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu iservu, il-kariga li kienu jokkupaw, d-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess ta’ minoranza jew maġġoranza, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kemm ‘full time’ kif ukoll ‘part time’ hu kif ġej:
Nisa
Irġiel
Total
Full Time (Servizz Pubbliku)
262
188
450
Part Time (Servizz Pubbliku)
0
3
3
Full Time (Settur Pubbliku)
2
1
3
Part Time (Settur Pubbliku)
0
0
0
TOTAL
264
192
456
Minn dawn in-numru ta’ persuni li jagħmlu użu minn wieħed minn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja huwa kif ġej:
Servizz Pubbliku
Settur Pubbliku
Modern Work Practices
Nisa
Irġiel
Total
Nisa
Irġiel
Total
TOTAL
Flexi time
16
9
25
0
0
0
25
Flexi week
0
0
0
0
0
0
0
Reduced hours
11
1
12
0
0
0
12
Extended remote working
31
14
45
0
0
0
45
Remote Working
33
30
63
2
1
3
66
91
54
145
2
1
3
148
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost.
Kummissjoni Ewropea — Proċeduri ta' ksur pendenti kontra Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ta' ksur (infringement procedures) jinsabu pendenti kontra Malta mill-Kummissjoni Ewropea? Jista' jgħid ukoll dwar liema materji huma l-imsemmija proċeduri ta' ksur, meta nbdew u f'liema stadju waslu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-Kummissjoni Ewropea tibda l-proċeduri formali ta’ ksur kontra kwalunkwe Stat Membru, dejjem tippubblika stqarrija għall-istampa u tagħmel id-dettalji pubbliċi. Għalhekk l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onorevoli nterpellant tinsab diġà fid-dominju pubbliku. Għal kull buon fini, ninforma lill-Onorevoli nterpellant li attwalment hemm proċeduri ta’ ksur miftuħa kontra Malta li jittrattaw diversi oqsma fosthom, is-servizzi finanzjarji, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija, il-kwalifiki professjonali, il-migrazzjoni u l-ġustizzja. Dawn jinsabu fi stadji differenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.