Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta’ Proprjetà mixtrija fi New York

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-proprjetà li nxtrat fi New York u x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlet il-proprjetà in kwistjoni? Qabel ma nxtrat din il-proprjetà, saret valutazzjoni tal-istess proprjetà?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lil Onor. interpellant il-proprjeta’ li nxtrat ġewwa New York nxtrat għall-prezz ta’ USD 8,400,000. Il-kriterji tax-xiri kienu jinkludu: - spazju addadat li jakommoda 15-il uffiċċjal, tali spazju li faċli li wieħed ikun jista’ jinkludi aktar uffiċċjali għal waqt avvenitmenti għal siġġu non permanenti fuq l-Kunsill ta’ Sigurta ta’ Nazzjonijiet Uniti mingħajr ma jkun hemm iffular ¿ejjed u modifiki mill-inqas; - post xieraq fejn isiru laqgħat u attivitajiet oħra li jkollha, minn ¿mien għal ¿mien, ir-Rappre¿entanza Permanenti; - Il-viċinanza tal-binja mill-Kwartri tan-Nazzjonijiet Uniti, kien ukoll fattur importanti minħabba l-movimenti tal-uffiċċjali bejn i¿-¿ewġ binjiet ta’ kuljum; - Aċċessibilita’ tal-binja Valutazzjoni tal-binja saret qabel din ma nxtrat. Il-prezz fis-suq tal-binja huwa stmat għal USD 9,300,000

Talba lill-awtoritajiet Ġermaniżi – aċċess għad-data dwar kontijiet sigrieti f’Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Gvern Malti, lbieraħ il-Ħadd 25 ta’ Lulju, ġie rrapurtat li qal li huwa kiteb jew bagħat lill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jitlob ikollu aċċess għad-data kollha dwar min għandu kontijiet sigrieti f’Dubai?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 22083.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li la l-Ministeru u lanqas xi entità li taqa’ taħtu ma nnegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-Quad Towers, L-Imrieħel.

Rifuġjati fit-Turkija — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tan-nefqa ta' € 114,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat taħt il-Vot 5898 għar-rifuġjati fit-Turkija u kif ser jintefqu dawn il-flus?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-7 ta' Marzu 2016, it-Turkija qablet li taċċetta r-ritorn imħaffef tal-migranti kollha li ma jeħtiġux protezzjoni internazzjonali li qasmu mit-Turkija għall-Greċja u li jieħdu lura l-migranti irregolari kollha interċettati fl-ibħra Torok. It-Turkija u l-UE qablu wkoll li jkomplu jsaħħu l-miżuri kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin tal-migranti u laqgħu l-istabbiliment tal-attività tan-NATO fil-Baħar Eġew. Fl-istess waqt it-Turkija u l-UE rrikonoxxew li jinħtieġu sforzi ulterjuri, rapidi u determinati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, qablu fuq numri ta’ azzjonijiet fosthom fuq pakkett finanzjarju ta’ 3 biljun ewro mill-Unjoni Ewropea lejn it-Turkija biex jinvestu fi proġetti konkreti għar-refuġjati, speċjalment fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-infrastruttura, l-ikel u spejjeż oħra għall-għajxien tagħhom. Intlaħaq ftehim li meta dawn ir-riżorsi jkunu waslu biex jintużaw kollha, u dment li jintlaħqu l-impennji msemmija hawn fuq, l-UE timmobilizza finanzjamenti addizzjonali għall-Faċilità ta' 3 biljun ewro aktar sa tmiem l-2018. Fid-29 ta' Mejju 2018, it-28 stat membru tal-UE (illum jgħoddu 27) qablu dwar kif jiġu ffinanzjati €3 biljun addizzjonali għall-Faċilità tal-UE għar-Refuġjati fit-Turkija bħala appoġġ għar-refuġjati Sirjani. Wara l-qbil politiku li ntlaħaq fil-Kunsill Ewropew, l-istati membri kkonfermaw fil-laqgħa tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) li €2 biljun minn dan l-ammont ser jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE u l-€1 biljun li jifdal mill-kontribuzzjonijiet mill-istati membri skont kif inhu kalkulat id-Dħul Gross Nazzjonali ta’ kull pajjiz. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li bħala Membru tal-UE, Malta hija marbuta li tikkontribwixxi b’mod sostenibbli biex jinqered il-faqar, jitjiebu s-saħħa u l-edukazzjoni f’pajjiżi li għal raġuni jew oħra ma rnexxilhomx igawdu mill-progress ekonomiku dinji. L-għotjiet finanzjarji li Malta tagħti lejn dan il-programm huma parti mill-għajnuna li Malta tgħaddi bħala parti mill-Assistenza għall-Iżvilupp barra l-pajjiż. Fis-sena 2021 Malta kkontribwixxiet €57,855.00 fid-19 ta’ Lulju 2021 u €57,855.00 fit-13 ta’ Settembru 2021 , total ta’ €115,710 għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Nixtieq nikkonkludi billi nassigura lill-Onor. Interpellant li l-faċilità għar-refuġjati tipprovdi għajnuna prezzjuża lir-refuġjati Sirjani fit-Turkija b'affarijiet essenzjali, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. Dan il-qbil jiżgura li l-appoġġ tagħna għall-proġetti differenti fuq il-post jista' jkompli mingħajr interruzzjoni, f'konformità mal-wegħda tal-Ewropa, hekk kif maqbul fl-2016.

Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħamel referenza għall- PQ 22083.

Tuneżija – ritorn tad-demokrazija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Malta sabiex tinkoraġġixxi r-ritorn tad-demokrazija fil-ġar tagħna, it-Tuneżija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta, flimkien mal-Unjoni Ewropeja, qed tkompli tisħaq fuq il-bżonn li t-Tuneżija tippreserva d-demokrazija filwaqt li jkun iżgurat l-istat tad-dritt fil-pajjiż, speċjalment wara l-adozzjoni tad-Digriet Presidenzjali tat-22 ta’ Settembru 2021. Filwaqt li nkomplu nsegwu s-sitwazzjoni mill-qrib fit-Tuneżija huwa importanti li naddottaw approċċ prudenti fl-impenji ma’ dan il-pajjiż ġar tagħna filwaqt li nemfassizaw il-ħtieġa ta’ adozzjoni ta' pjan direzzjonali li jippermetti r-restawr tal-istabbiltà istituzzjonali u r-ritorn għad-demokrazija parlamentari fit-Tuneżija.

Operazzjoni Eurnavfor Med Irini – pożizzjoni ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-Operazzjoni Eurnavfor Med Irini? Għala Malta mhix tieħu sehem f'din l-operazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġiet mwieġba Mistoqsija Parlamentari *20524 (16/04/2021), filwaqt li Malta temmen bis-sħiħ li l-embargo tal-Ġnus Magħquda kontra t-traffikar tal-armi lejn il-Libja għandu jigi nfurżat sabiex ikun hemm il-paċi u s-sigurtà f'dan il-pajjiż, Malta esprimiet riżervi dwar l-Operazzjoni Irini minħabba: (i) il-kriżi tal-immigrazzjoni, primarjament minħabba n-nuqqas ta’ solidarjetà rigward ir-rilokazzjoni ta’ immigranti irregolari; (ii) kif ukoll minħabba dubji serji dwar l-effettività u l-imparzjalità ta’ din l-Operazzjoni, u l-fatt li l-infurzar ma jindirizzax it-traffikar tal-armi li jasal il-Libja meta jgħaddi minn bejn il-fruntieri kif ukoll permezz tar-rotot tal-ajru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jghamel referenza għal PQ 20985.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Deċiżjonijiet u Regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet u r-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea humiex legalment vinkolanti għall-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid humiex atti legali li jidħlu fis-seħħ awtomatikament u uniformalment fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jispjega preċiżament l-effetti legali tal-Atti tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-Deċiżjonijiet u r-Regolamenti tal-Unjoni.

Unjoni Ewropea – infringement proceedings

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21957, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tad-Direttivi u/jew Regolamenti speċifiċi tal-UE li allura jew ma ġewx trasposti fil-ħin jew inkellha għandhom ma ġewx trasposti? F’kull istanza, jista’ jgħid x’inhu l-istatus attwali fir-rigward ta’ traspozzjoni, u fejn saret traspozzjoni liema huma l-liġijiet nazzjonali rilevanti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u huma biss id-Direttivi li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Rigward l-informazzjoni mitluba, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fejn jidħlu kazijiet ta’ ksur li jinfetħu kontra kull Stat Membru hija pubblika.

Unjoni Ewropea – infringement proceedings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-2020 s’issa jekk kienx hemm xi istanzi fejn l-Unjoni Ewropea (UE) avżat lil Malta li jistgħu jittieħdu jew qed jittieħdu infringement proceedings talli Malta naqset li timplimenta f’waqtu xi direttiva tal-istess Unjoni Ewropea? Jekk kien hemm tali miżuri da parti tal-Unjoni Ewropea, jista’ jelenka f’kull każ fir-rigward ta’ liema direttivi u x’inhu l-istatus attwali f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-Kummissjoni Ewropea tavża lil xi Stat Membru dwar il-possibbiltà ta’ proċeduri minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ xi direttiva, jew nuqqas ta’ implimentazzjoni fil-ħin, dejjem isiru pubbliċi fil-pajjiż rispettiv u fl-istrutturi Ewropej. Attwalment, l-awtoritajiet Maltin qed jaħdmu biex pajjiżna jiġi konformi ma’ 28 direttiva, li jittrattaw l-oqsma tal-kompetizzjoni, is-servizzi finanzjarji, t-telekommunikazzjoni, it-trasport, l-ambjent, l-immigrazzjoni u l-enerġija.

Ċitazzjonijiet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21927, jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol minn mindu ħarġet il-by-lawli tiprojbixxi x-xorb bin-numru K.L.B.L 55/05/2021?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rilaxx ta’ flus maqbudin f’Malta tar-reġim Gaddafi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti huwiex jinsisti mal-Gvern Libjan li qabel ma’ jiġu rilaxxati lura l-flejjes maqbudin f’Malta li allegatament kienu tar-Reġim Gaddafi, l-ewwel jeħtieġ jitħallsu d-ditti Maltin u Dipartimenti tal-Gvern Malti li ilhom snin sħaħ biex jitħallsu l-flus dovuti lilhom mill-Gvern Libjan għal xogħol minnhom imwettaq fil-Libja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Onor. Interpellant jaf li mhux prudenti li wieħed jikkummenta dwar każi li fuqhom għaddejjin proċeduri fil-qorti. Il-Gvern Malti mhuwiex parti fil-kawża u għalhekk ma nistax nikkummenta jew nesprimi opinjoni dwar il każ li qed jirreferi għalih l’Onorevoli interpellant. Il-Gvern Malti jibqa’ jinsisti mal-awtoritajiet Libjani biex jiġu mħallsa l-fondi pendenti li huma dovuti lil kumpaniji Maltin mill-entitijiet tal-Istat Libjan.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu mill-2017 sal-lum, in-nefqa fuq reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu kienet tammonta għal-€9,724.03

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċittadini ta’ Malta f’elezzjonijiet muniċipali jew għal Parlament Ewrpew barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini ta' Malta, li kkandidaw irwieħhom f'elezzjonijiet muniċipali jew għall-Parlament Ewropew barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż? Jista' jgħid kemm minnhom ġew eletti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li informazzjoni mitluba ma tinżammx.

Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Position of Trust - salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall mistoqsija parlamentari 20985.