Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34156 u 34432 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment:
i. jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u
ii. li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - Pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li jitħallas, kemm bħala pagi kif ukoll bħala bonuses, lill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-avukati tal-Uffiċċju msemmi minnu joħroġ min Ftehim Kollettiv. Peress li dawn it-tip ta’ dokumenti huma meqjusa bħala dokumenti kummerċjalment sensittivi mhux possibli li jiġi intavolat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva fl-2025 u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u kemm minnhom saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-kawżi tat-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva li ġew deċiżi fl-2025, ġew reġistrati 29 appell u kollha saru quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri).
Qorti tal-Appell (Superjuri) u Qorti tal-Appell (Inferjuri) - Appelli ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli ċivili fl-2025 u kemm hemm appelli pendenti attwalment quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella ta’ hawn taħt turi kemm ġew reġistrati appelli ċivili fis-sena 2025 u kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) u l-Qorti tal-Appell (Inferjuri).
Reġistrati 2025
Pendenti 2025
Appelli (Superjuri) Malta
453
338
Appelli (Inferjuri) Malta
471
386
Appelli (Inferjuri) Gozo
10
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet kontra Malta fil-Qorti ta’ Strasburgu mill-2020 sal-2025 u x’kien l-eżitu ta’ kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li skont l-atti ġudizzjarji li ġie notifikat bihom l-Uffiċċju tal-Avukat tal-iStat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-2020 sal-2025 kien hemm 59 każ kontra Malta, li l-eżitu tagħhom qed jingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar eżamijiet għal-liċenzjar tal-bennejja, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, maqsuma separatament? F’kull każ, jista’ jgħid kemm-il persuna qagħdet għal dan l-eżami u kemm minnhom għaddew, f’Malta u f’Għawdex maqsuma separatament? Dawk li ma għaddewx ser ikollhom opportunità jerġgħu jagħmlu l-eżami ,u kif ġew infurmati dwar dan? Jista’ jgħid ukoll kif ġew infurmati dawk li għaddew u meta ser jingħatalhom iċ-ċertifikat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżamijiet tal-prattika għall-liċenzja ta’ bennej saru nhar id-19 u 20 ta’ Novembru 2025, filwaqt li dak tat-teorija sar nhar it-22 ta’ Novembru 2025, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
L-applikanti ġew infurmati fl-eżitu rispettiv, kemm b’email u kif ukoll bil-posta reġistrata. Madanakollu, r-regolamenti dwar il-Liċenzja tal-Bennejja aġġornati jipprovdi ċ-ċans li l-applikant li ma jkunx għadda bil-possibilita’ li jerġa’ jersaq għal dik il-parti tal-eżami jew anke taħt ċertu kundizzjonijiet jitlob lill-Kumitat biex l-applikazzjoni tiegħu tiġi evalwata fuq il-bażi tal-esperjenza.
Għaldaqstant, f’dan l-istadju l-proċess relatat ma’ dawn l-eżamijiet għadu kkonsidrat miftuħ u għalhekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tingħata wara li dan jiġi konkluż formalment.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi deċiżi mill-bord tal-kera fuq kirjiet antiki fuq il-liġi tal-pre 1995, minn meta daħlet ir-riforma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm għad fadal kawżi pendenti għal reviżjoni tal-kera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34156 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri kien hemm pendenti sal-aħħar tas-sena 2025 u liema huwa l-iktar wieħed li ilu pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar tas-sena 2025 kien hemm 39 ġuri appuntat u kif ukoll 32 ġuri li mmaturaw u li kienu qed jistennew id-data tal-appuntament.
Ma dawn hemm ukoll 183 ġuri oħra li ma setgħux isiru għal diversi raġunijiet fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax kienu qegħdin jistennew kawżi oħra, għax kienu għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew qed jistennew rapport minn espert psikjatriku jew għadhom fi stadju bikri tal-proċeduri.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, 2026, diġa saru 3 ġurijiet u kien skedat ieħor li ġie kkanċellat fuq punt ta’ liġi. Ninforma wkoll illi s-sena l-oħra kien hemm total ta’ 23 ammissjoni, mentri fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena kien hemm 4 ammissjonijiet irreġistrati.
L-aktar ġuri li ilu pendenti jmur lura għas-sena 2008.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport perjodiku ‘State of the Building Industry Report’ ġiex imħejji mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex imwaqqaf depożitorju jew data centre ġdid għall-bini, immaniġġjat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), bl-għan li jipprovdi data li tintuża kemm mill-partijiet interessati kemm pubbliċi kif ukoll minn dawk privati, kif kien maħsub li jsir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-lum, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) assumietx ir-rwol ċentralizzat ta’ planning consultee għall-applikazzjonijiet tal-ippjanar, kif kien maħsub li jsir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Malta u Għawdex separatament mill-2023 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu biċ-ċivil biss u kemm minnhom kienu bil-knisja u biċ-ċivil?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.