Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – membri maħtura
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom taċ-Chairman u taż-żewġ membri maħtura minnu biex jiffurmaw il-Bord skont dak li jipprovdi l-proviso għas-subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19168
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18212, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-2013 sad-19 ta’ Frar 2021 l-ebda entita’ jew departiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma ta tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dekasteru kif inhu illum, jiġifieri l-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u Governanza, beda min Jannar tal-2020. Għaldaqstant qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal- konsulenti kkuntrattati sad-data tal-llum.
Jista' l-Ministru jelenka x'titjib sar fl-amministrazzjoni tal-qorti minn mindu twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqfet l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qorti ittieħdu diversi miżuri u ġew implimentati diversi servizzi:
· Komplejna naħdmu sabiex intejbu l-aċċessibilità għas-servizzi li toffri l-Qorti permezz tal-informatika biex aktar servizzi jkunu offruti online għal benefiċċju taċ-ċittadin u tal-prattikanti tal-Liġi;
· Daħħalna fis-seħħ liġi li tagħti awtonomija amministrattiva lill-Qrati tagħna;
· L-atti tal-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja saru onlajn;
· Giet imtejba s-sistema tal-LECAM (li hija d-database tal-kawżi wżata fil-qorti) biex tinkorpora din is-sistema, li wara li jkun ġie ttajpjat il-verbal, b’mod awtomatiku l-istess verbal jintbagħat permezz ta’ imajl lill-avukat;
· Link tal-Avukati fis-sistema tal-Lecam fil-kawżi superjuri biex b'hekk bdew jintbagħatu d-digrieti lill-Avukati permezz tal-imejl;
· Saret sistema elettronika ta' kif ikunu storjati l-esibiti fil-Qorti ta’ Għawdex;
· Sar tibdil fil-liġi sabiex jinġabru l-ispejjez li saru matul l-inkjesti f'kawżi li wara jiġu ċeduti. Il-ħlas tal-ispejjez issa jistgħu jsiru
online
ħalli ċ-ċittadin ma jkollux għalfejn imur il-Qorti. Bit-tibdil dawn l-ispejjez issa qed ikun u rkuprati u l-ħlas isir b'mod elettroniku u allura b'mod efficjenti;
· Giet introdota eForm għall-ordnijiet ta' kopji ta' atti mill-Arkivju tal-Qorti;
· Iddaħħlet sistema fejn l-Avukati ġew provduti b'link li fiha jsibu s-sentenza wara li tkun inqatgħet mill-Qorti. B'hekk ġiet iffaċilitata l-ħidma tal-avukati b'tali mod li ma jkollhomx ghalfejn jfittxu huma tali sentenza izda tintbaghat awtomatikament lilhom minghajr talba.
· Ġiet introdotta s-sistema ta' onlajn filing tal-Atti Kriminali. Din l-inizjattiva qed tgħin lill-avukati u lill-prokuraturi legali sabiex, mill-kumdita tal-uffiċċju tagħhom, jippreżentaw kull att ġudizjarju mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu l-qorti.
· Matul 2020 ġiet akkwistata propjeta fi Strada Stretta wara l-bini tal-Qorti sabiex ji¿diedu 4 awli ġodda u 20 uffiċċju b’investiment totali ta’ 5 miljuni
· Inbidlet l-infrastruttura kollha tan
-network
;
· Inbidlu l-kompjuters kollha tal-Qorti;
· Inbidlu u żdiedu l-
Hall Usage Monitors
;
· Tkompla t-tibdil fis-sistema tal-Qorti – DigiCourts;
· Inbidlu l
-photocopiers
kollha tal-Qorti;
· Numru ta Awli ġew mgħammra b’appart ta
video conferencing
;
· Inbidlet is-sistema tas-
Security Cameras
;
· Twaħħlet Sistema ta WIFI ġewwa l-binja St Thomas Moore;
· Inbidlet is-sistema tal-
Accounting u l-Payroll.
·
Uffiċċju tal-Għajnuna Legali ġdid ft triq l-Ifran Belt Valletta.
·
Aktar Avukati tal-Għajnuna Legali u Avukati tat-tfal
·
Emendi fil-liġi sabiex tiġi mħaffa l-proċedura quddiem l-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri).
Dipartiment tal-Probation u l-Parole – każijiet ta’ Victim Offender Mediation
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta’ Victim Offender Mediation li saru kull sena sa mill-2017 fi ħdan is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — entitajiet li għandhom il-ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-ebda entita’ ma għandha ftehim kollettiv li skada. Iżda hemm żewġ entitajiet li qiegħdin jinnegozjaw l-ewwel ftehim kollettiv tagħhom.
Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti sabiex id-differimenti kollha tal-kawżi jiġu avżati immedjatament lill-partijiet u lill-avukati b'mezzi diġitali, ħaġa li fil-preżent aktar le milli iva, qiegħda ssir u dan b'inkonvenjenza kbira għall-partijiet u l-avukati tagħhom illi jmorru l-qorti għalxejn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex diġa hemm il-qafas neċessarju sabiex ikun hemm avviż immedjat lill-partijiet u l-avukati tal-partijiet b’mezzi diġitali. Infakkar li s-sistema tal-eCourts (ecourts.gov.mt/onlineservices/) li fiha l-link “Irċievi Notifiki bil-mowbajl” li permezz tagħha kull persuna jista’ jirreġistra fiha biex jirċievi notifikazzjoni b’sms kemm jekk il-kawża tkun differita kif ukoll jirċievi sms li tfakkru meta tkun is-seduta li jmiss, ħamest ijiem qabel dik id-data. Apparti dan l-avukati u l-prokuraturi legali li isimhom jiġi linked mal-kawża dejjem jirċievu sms li tavżahom li s-seduta tkun ġiet differita meta dan ikun il-każ.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpallent l l-Amminstrazzjoni tal-Qorti hija f’idejn l-Aġenzija tas-Sevizzi tal-Qorti li dejjem ħadmu u għadhom jaħdmu sabiex titjieb is-sistema tal-ġustizzja – inkluz tramitte aktar diġitilizazzjoni fil-Qorti.
Qorti t’Għawdex aċċessibbli għal min għandu nuqqas ta’ mobilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien sar biex il-bini tal-Qorti f’Għawdex ikun assigurat li jkun aċċessibbli għal min għandu nuqqas ta’ mobilità qabel l-2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li biex il-bini tal-Qorti f’Għawdex ikun assigurat li jkun aċċessibbli għal min għandu nuqqas ta’ mobilità qabel l-2013 kien qed jiġi kkunsidrat li jsir lift mill-Pjazza tal-Katidral għal veranda li fuqha jiftaħ il-bieb prinċipali tal-Qorti. Dan baqà ma sarx fil-perjodu li dwaru saret id-domanda.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-2 ta’ Frar 2021.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li quddiem l-Ewwel Sessjoni tal-Qorti tal-Appell hemm 1211 appell pendenti. Ninsab infurmat illi kull appell li jidħol jiġi assenjat lill-Ewwel Sezzjoni u huwa meta l-appell ikun ser jiġi appuntat li jiġi assenjat lil dik is-Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell li tkun ser tisimghu. Tajjeb ukoll illi jingħad illi 19-il appell oħra huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell komposta minn Imħallfin oħra li normalment ma jiffurmawx parti mit-tliet Sezzjonijiet tal-Qorti tal-Appell u dan peress li jkunu ġew surrogati minflok Imħallfin tal-Appell li astjenew milli jkomplu jisimgħu tali appelli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġie assenjat li jinstema' mill-Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni) minħabba li prima facie deher li huwa ta' natura komplessa jew komplikata jew li kien jeħtieġ trattazzjoni li teħtieġ aktar minn seduta waħda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar kemm-il appell jiġi assenjat biex jinstema' mill-Qorti tal-Appell (L-Ewwel Sezzjoni) minħabba li prima facie jidher li jkun ta' natura komplessa jew komplikata jew li kien jeħtieġ trattazzjoni li teħtieġ aktar minn seduta waħda.
Qorti – persuni kkundanati dwar ksur ta’ bon ordni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet ikkundannata dwar ksur tal-bon ordni fil-Qorti skont dak li jipprovdi l-artikolu 990 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid għal liema piena ġiet ikkundannata kull persuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li meta fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ikun hemm persuni akkużati bi ksur tal bon ordni fil-Qorti dawn il-kawżi jiġu prezentati bħala kawżi tad-Distrett u għalhekk ma jkollniex records ta’ dawn il-kawżi partikolari.
Rikorsi preżentati fuq l-ispejjez ġudizzjarji li jkunu ġew intaxxati jew likwidati mir-reġistratur
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat sabiex jattakka l-ispejjeż ġudizzjarji li jkunu ġew intaxxati u likwidati mir-reġistratur skont dak li jipprovdi l-artikolu 64 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 2 tabelli li juru, kemm-il rikors ġie ppreżentat sabiex jattakka l-ispejje¿ ġudizzjarji li jkunu ġew intaxxati u likwidati mir-reġistratur skont dak li jipprovdi l-artikolu 64 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2010 sat-2 ta’ Frar, 2021 . F’din it-tabella qed ikun indikat wkoll kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Legal Aid Agency?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali m’għandiex ftehim kollettiv iżda struttura tas-salarji li bħalissa qiegħda fil-proċess li tiġi mġedda.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – ftehim kolletiv tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Jannar ta’ 2018 ġiet imfassala struttura ta’ salarji ġodda għall gradi legali u bħalissa għaddejjin laqgħat dwar ftehim kollettiv dwar il-gradi legali.
Operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 5 (2) tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġislazzjoni Sussidjarja 595.34)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – twaqqif ta’ Kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kumitati ta' użu u kumitati oħra ġew imwaqqfa mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' jgħid min huma l-membri ta' kull kumitat li ġie mwaqqaf?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal liema kumitat jew kumitati qed jirreferi.