Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema livell ġew impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2022 sat-30 ta’ Settembru 2026 ġew impjegati 55 avukat. It-tabella tindika sena b’sena l-investiment li sar fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali:
2022
Trainee Lawyer: 12
Lawyer III: 2
2023
Trainee Lawyer: 15
Lawyer III: 3 (incl.1 posted with EPPO)
2024
Trainee Lawyer: 1
4 (incl. 1 posted with EPPO)
2025
Trainee Lawyer: 6 (incl. 1 posted with EPPO)
2026
Trainee Lawyer:
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-avukati li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma trainees, Lawyer Level 1, Lawyer Level 2, Lawyer Level 3 u Senior Lawyers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat- 22 ta’ Settembru 2026, l-avukati li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma maqsumin kif gej:
Trainee Lawyer: 6
Lawyer I:
5
Lawyer II: 20
Lawyer III:
38
Senior Lawyer: 6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-22 ta’ Settembru 2026 fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm impjegati 75 avukat, li 3 huma detailed mal-European Public Prosecutions Office (EPPO) u avukat ieħor huwa n-national member fil-Eurojust.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ġurijiet kollha li saru matul l-aħħar ħames snin u, għal kull ġuri, jgħid kemm għadda żmien bejn il-bidu tal-kumpilazzjoni tal-evidenza u l-bidu tal-ġuri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm mill-ġurijiet li saru matul l-aħħar ħames snin l-akkużat instab ħati u f’kemm minnhom instab mhux ħati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin u ċioe mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-22 ta’ Settembru 2026 saru
42 ġuri
. It-tabella t’hawn taħt turi l-informazzjoni ta’ kemm minnhom instabu ħajta jew mhux ħatja.
2021
7 ġurijiet
5 mhux ħatja
2 ħatja
2022
4 ġurjiet
1 mhux ħati
3 ħatja
2023
6 ġurijiet
3 mhux ħatja
3 ħatja
2024
7 ġurijiet
1 mhux ħati
6 ħatja
2025
11 -il ġuri
fejn f’5 ġurijiet l-akkużati ma nstabux ħatja, fi 5 ġurijiet l-akkużati nstabu ħatja, u f’ġuri wieħed bi 3 akkużati, 2 minnhom nstabu ħatja fil-waqt li ko-akkużat ġie liberat.
2026 sa 22 ta’ Settembru 2026
7 ġurijiet
3 mhux ħatja
4 ħatja
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ġurijiet matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin u ċioe mill-1 ta’ Jannar 2021 sat-22 ta’ Settembru 2026 saru
42 ġuri
.
2021
7 ġurijiet
2022
4 ġurjiet
2023
6 ġurijiet
2024
7 ġurijiet
2025
11 -il ġuri
2026 sa 22 ta’ Settembru 2026
7 ġurijiet
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2101 u jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija li l-operaturi taċ-Childcare Centres idumu biex jirċievu risposta dwar Protection of Minors Applications (POMA) clearance rigward persuni li jixtiequ jimpjegaw? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qegħdin jittieħdu biex l-imsemmija operaturi jingħataw risposta mill-aktar fis possibbli?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-proċedura hija stabbilita fl-artikolu 4 (1) et sequitur tal-Kapitolu 518 tal-Ligijiet ta’ Malta.
Illi meta jiġi preżentat ir-rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni Volontarja), dan, jgħaddi għand l-Imħallef sabiex jingħata digriet. Id-digriet flimkien mal-kopja tar-rikors, jintbagħat lill-Avukat Ġenerali li jkollu sebat ijiem sabiex jirrispondi. Sussegwentement issir ir-riċerka fir-Reġistru tal-Persuni misjuba ħatja u li l-Qorti tkun ordnat li isimhom jitniżżel fl-imsemmi reġistru. Kif titlesta r-riċerka, il-proċess jiġi kollazzjonat u mgħoddi lil imħallef għad-digriet finali. B’kollox, din il-proċedura tieħu bejn tlieta u erba’ ġimgħat.
Il-proċess huwa regolat bil-liġi u hemm termini li jridu jiġu osservati. Madankollu l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati tagħmel minn kollox sabiex il-proċess ikun spedit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2008 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti, is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2007 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja;
b) kemm ġew deċiżi;
ċ) kemm għadhom pendenti;
d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi;
e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u
f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess immonitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”);
b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali;
ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat;
d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u
e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija li l-operaturi taċ-Childcare Centres idumu biex jirċievu risposta dwar Protection of Minors Applications (POMA) clearance rigward persuni li jixtiequ jimpjegaw? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qegħdin jittieħdu biex l-imsemmija operaturi jingħataw risposta mill-aktar fis possibbli?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1687 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti, is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’seduta ohra.
Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1685 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja;
b) kemm ġew deċiżi;
ċ) kemm għadhom pendenti;
d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi;
e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u
f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1684 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid:
a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess monitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”);
b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali;
ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat;
d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u
e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date tal-Gvern għat-tlestija u t-tħaddim tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-istadju li jinsab fih il-proġett issa u x'passi għad iridu jitlestew qabel jibda jintuża l-bini l-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Vjolenza domestika – Aggressuri ordnati biex joħorġu mir-residenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fl-2026 fejn l-aggressur ġie ordnat joħroġ mir-residenza fejn kien hemm ukoll is-survivor? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew evalwati każijiet ta’ vjolenza domestika f’kull DV Hub bejn l-2024 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi fil-preżenti l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika daqshekk dettaljata u għaldaqstant mhux f’posizzjoni li tipprovdi dak rikjest.