Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-okkju tal-ilmenti kollha li mis-sena 1997 'il quddiem ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji u li ġie mwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji (Kap. 394 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Television Malta – Kamra tal-Aħbarijiet – lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Sit taċ-Ċirku tax-Xagħra — skavi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-iskavi fis-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (magħruf ukoll bħala Xagħra Stone Circle jew Brochtorff Circle)? Jista' jagħti d-dettalji tal-arkeoloġisti nkarigati mill-iskavi? Kemm saru sezzjonijiet ta' skavi mis-sena 2013 sal-lum? Kemm damet kull waħda minn dawn is-sezzjonijiet? X'riżultati tanġibbli nkisbu mill-iskavi mis-sena 2013 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kemm l-iskavi kif ukoll l-istudju tal-fdalijiet miksuba mis-sit għadhom għaddejin bħala parti minn proġett iktar estensiv ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar tas-sit. L-arkeologi inkarigati mill-iskavi huma kollha arkeologi kwalifikati li jaħdmu ma’ Heritage Malta u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Saret sessjoni ta’ skavi fl-2018 biex tinvestiga l-istat ta’ konservazzjoni tas-sit, u oħra fl-2019 biex tinvestiga żona partikolari li fl-2018 instab li fiha fdalijiet konsiderevoli. Fl-2018 l-iskav dam ġimgħa, u fl-2019 l-iskav dam ġimagħtejn. Dawn is-sessjonijiet huma qosra għax fl-2018 l-għan ewlieni kien li jkun evalwat l-istat ta’ preservazzjoni tas-sit, waqt li fl-2019 instabu fdalijiet konsiderevoli li jridu jiġu studjati qabel ma ssir is-sessjoni li jmiss tal-iskav. Il-fdalijiet li nstabu fl-2019, li kienu jinkludu ghadam uman u oġġetti oħra, qed jiġu studjati u l-informazzjoni li tinkiseb minnhom se tintuża biex jitfassal ix-xogħol għall-2020.

Is-Sannat — Triq Sannat - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10503, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħlijiet fuq Triq Sannat, it-triq li twassal għal pjazza Ta' Sannat ma tlestewx sal-aħħar ta' Settembru 2019, anzi waqfu kompletament ix-xogħlijiet f'dawn l-aħħar xahrejn u dan b'detriment tar-residenti ta' din it-triq u ta' mijiet oħra u jużawha b'mod regolari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq din it-triq għadhom għaddejin bħala parti mill-programm ta’ resurfacing u rikostruzzjoni ta’ toroq f’Għawdex iffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – kumpanija — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ebda entità, awtorità jew dipartiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ta konsulenza jew kuntratti lill-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji tagħhom ingħataw separament.

Inkjesta dwar investigazzjoni fuq bank — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm hi n-nefqa ta’ flus fl-inkjesta li nfetħet fit-2 ta’ Novembru 2018 dwar investigazzjoni fir-rigward tal-operat tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, in konnessjoni ma’ ħasil ta’ flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma gie mwiegeb fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 16224 tal-Legizlatura IX, ġaladarba l-inkjesta kkonċernata għadha mhux finalizzata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata f`dan l-istadju.

Drafting ta’ liġijiet – ħlasijiet għal retainers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2016 sal-lum, kemm kienu l-ħlasijiet għal retainers fir-rigward tad-drafting tal-liġijiet, eskluż spejjeż rigward traduzzjonijiet mill-Ingliż għall-Malti, u min ġie nkarigat biex jagħmel dan ix-xogħol u fir-rigward ta’ liema liġijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-10 t’Ottubru. Entita'/ Dipartiment Isem ta' min ġie inkarigat Liema Liġi Ammont kemm tħallas Data Direattorat tal-Kultura Dr. Mark Vassallo L-Att dwar ix-Xandir (Kapitolu 350) Introduzzjoni tad-Direttiva tal-EU dwar l-Audio Vusual Media Services Directive (AVMSD) fil-liġi Maltija €21,000 Frar 2019 Direttorat Strateġija Sapport Vanni Bruno Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ipproċessar ta’ Data Personali fis-Settur tal-Edukazzjoni €354 06/09/2019 MCCAA Dr.Cynthia Scerri Debono Directive 2014/17EU of the European Parliament € 1,115 20.04.16 MCCAA Dr.Ishmael Psaila Directive 2014/17EU of the European Parliament € 7,785 04.08.16 Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Dr Donnatienne Spiteri Att tal-2018 dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta €40, 000 per annum Minn Lulju 2017 'il quddiem Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Emenda Nru 2) Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar id-Drittijiet ta’ Liċenzi ta’ Vetturi bil-Mutur Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar iċ-Ċittadinanza Att tal-2018 li jemenda l-Kodiċi Ċivili Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kooperazzjoni ma’ Ġurisdizzjonijiet Oħra fuq Kwistjonijiet ta’ Taxxa Att tal-2018 biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali Ordni tal-2018 dwar in-Notifikazzjoni dwar ¯vilupp (Emenda Nru 1) Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar l-Applikazzjoni tat-Taqsima III tal-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi (Regional Marine Pollution Emergency Response Centre for the Mediterranean Sea – REMPEC) Ordni tal-2018 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Akkwist tat-Tieni Proprjetà Immobbli għal Skop ta’ Residenza Unika Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Donazzjonijiet ta’ Valuri Negozjabbli u Proprjetà Immobbli li Tintuża għan-Negozju Regolamenti tal-2018 dwar il-Fatturazzjoni Elettronika fl-Akkwist Pubbliku Ordni tal-2018 li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew Regoli tal-2017 li jemendaw ir-Regoli dwar Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja Att tal-2018 dwar is-Samaritan it-Tajjeb Att tal-2018 li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar Regolamenti tal-2018 dwar proċedura għall-ispezzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu u jaħdmu illegalment, u l-monitoraġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu iskritti fi stabbilimenti edukattivi Regoli tal-2017 li jemendaw ir-Regoli dwar Impjiegi Kwalifikanti fl-Avjazzjoni (Taxxa Personali) Investment Services Act (Prospectus of Collective Investment Schemes) (Amendment) Regulations, 2018 Ordni tal-2017 li Jwaqqaf l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skemi ta’ Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali) Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar il-Bank Malti ta’ ¯vilupp Regolamanti għall-Iskema Certify, 2018 Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija Ordni tal-2018 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan) Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan) Regoli tat-2018 dwar Miżuri għall-Kontroll tal-Marda Newcastle Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Programm ta' Azzjoni dwar in-Nitrati Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Intrapriżi ¯għar Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet li jikkonċernaw Materji Kriminali Att tal-2018 dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport Regolamenti tal-2018 dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet Regolamenti tal-2017 dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel Regoli tal-2018 dwar Kreditu ta’ Taxxa (Riċiklaġġ ta’ Skart ta’ Kostruzzjoni) Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzjar ta’ Impriżi Ferrovjarji Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur Ordni tal-2018 li jistabbilixxi r-Registru tal-Kumpanniji bħala Aġenzija Ordni tal-2018 dwar ¯ieda fir-Rati ta’ Benefiċċji Att hu l-Att tal-2018 li jistabbilixxi Provvedimenti Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata u Reati Serji Regolamenti tal-2018 dwar Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern Mogħtija għal Użu Kummerċjali, mill-Kerrej lil Membru tal-Familja minħabba Rtirar Transport Enforcement Officers (Amendment) Regulations, 2017 Ordni tal-2018 għat-Twaqqif tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar iċ-Ċittadinanza Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali Att tal-2019 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi u l-Att kontra Money Laundering Regolamenti dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien, 2019 Att huwa l-Att dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, 2019 Att tal-2019 dwar l-Ugwaljanza Regolamenti tal-2019 dwar Allowances għall-Presidenti tar-Reġjuni, Sindki, Viċi Sindki, Kunsilliera Lokali u Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Verifika) Regolamenti tal-2019, li jemendaw ir-Regolamenti dwar Proċeduri għal Kunsilli Lokali Regolamenti tal-2019 dwar Skema ta' Għajnuna għal Brexit Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema mir-Riskji relatati ma’ l-Espożizzjoni għall-Carcinogens jew Mutagens fuq il-Post tax-Xogħol Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi Cableways Installations (Implementing) Regulations, 2019 Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kriterji ta’ Sostenibbiltà tal-Biokarburanti

Implimentazzjoni ta’ rekwiżiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew qed jittieħdu biex jiġu implementati r-rekwiżiti skont ir-Regolamenti (UE) 2017/2394 tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fir-rigward tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, għandu r-responsabbilta’ li jaġixxi bħala u jwettaq il-funzjonijiet ta’ uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni f’Malta responsabbli biex jikkoordina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u attwalment qiegħed jaħdem mal-Awtoritajiet Kompetenti nazzjonali l-oħra li huma responsabbli għad-Direttivi u għar-Regolamenti Ewropej relattivi għas-settur regolat minnhom, sabiex jiġu implimentati l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394. L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, li huwa wkoll l-Awtorita Kompetenti għal numru ta’ Direttivi u Regolamenti Ewropej li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, bħalissa għaddej bil-ħidma sabiex l-obbligi stabbiliti fl-imsemmi Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implementati permezz tal-preparazzjoni tal-emendi meħtieġa.

Implimentazzjoni ta’ Direttiva

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi implimenta d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-11 ta' Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni f’Malta jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xoghol sabiex jiġu identifikati l-emendi neċessarji fl-Att Dwar il-Kompetizzjoni sabiex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-11 ta’ Dicembru 2018.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 5(2) tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.34)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — struttura organizzattiva

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Każijiet ta’ Vjolenza Domestika – Kwerela

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill lokali — dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li huma midjunin? Kemm hu d-dejn ta’ kull wieħed minnhom? Kemm iħallsu interessi kull wieħed minnhom kull sena? X’rimedju qed jieħu d-dipartiment biex dan ma jseħħx aktar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nassumi illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk il-Kunsilli Lokali li jkollhom ‘shortfall’ fil-working capital fl-aħħar tas-sena finanzjarja. Hawn taht hawn tabella li turi l-informazzjoni mitluba skont l-istqarrijiet finanzjarji awditjati għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2018. Hekk kif tistipula l-liġi, id-Direttur għall-Gvern Lokali, Moniteraġġ u Sapport ser jiltaqa’ ma’ kull Kunsill Lokali li għandu dan ix-‘ shortfall’ biex il-Kunsill jippreżenta pjan ta’ azzjonijiet sabiex tiġi rimedjata is-sitwazzjoni hekk kif tistipula r-Regolament 4 (ċ) u (d) tar-Regolamenti dwar Gvern Lokali (Finanzi). Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta wiehed jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 2085 ta’ din il-legizlatura jirrizulta illi, filwaqt li fl-2012 in-numru ta’ Kunsilli Lokali midjunin kien jammonta ghal 25 Kunsill Lokali, illum l-gurnata hemm biss 11-il Kunsill Lokali li huma midjunin. F’dan ir-rigward, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li fl-2012 d-dejn globali tal-Kunsilli Lokali kollha kien jammonta ghal €-3,997,991, illum l-gurnata d-dejn globali tal-Kunsilli Lokali jammonta ghal €-2,252,879. Sena 2018 Kunsill LokaliWorking Capital € Il-Belt Valletta-521,402 Ħaż-Żebbuġ-549,197 Ir-Rabat (G)-332,148 Birkirkara-358,266 L-Għasri-115,166 Il-Kalkara-158,904 Ta’ Kerċem-3,846 Pieta’-20,494 San Lawrenz-24,351 Ta’ Sannat-33,940 Iż-Żebbuġ (G)-135,165

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — ġurisdizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6025, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proposta magħmula f’dik il-mistoqsija ġietx analizzata u jekk iva jekk hemmx il-ħsieb li tiġi riveduta l-ġurisdizzjoni attwali tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur, dan meta l-aħħar darba li ġiet riveduta din il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal, kien fl-2011 għal massimu ta’ €3,500?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Proposta qiegħda tiġi analizzata.

Kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti — direttiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew li se jittieħdu fir-rigward tat-twettiq tad-Direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE, u b’mod partikolari, meta se ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-istess twettiq u dispożizzjoni tal-Liġi Maltija li allura se jimplimentaw il-miżuri ta’ din id-direttiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-konsultazzjonijiet meħtieġa – kemm dawk interni u kif ukoll dawk inter-Ministerjali – u kif ukoll l-istudji preliminari dwar it-tibdil leġiżlatttiv neċessarju għadhom għaddejin. Il-Gvern huwa kommess li jittrasponi din id-Direttiva fil-ħin u bl-aktar mod komprensiv possibbli.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — kumitati mwaqqfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kumitati ta' użu u kumitati oħra ġew imwaqqfa mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' jgħid min huma l-membri ta' kull kumitat li ġie mwaqqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-liġi ma tipprovidix għat-twaqqif ta’ kumitati.

Birkirkara – Triq il-Knisja l-Qadima – tindif ta' plot

Question

Jista' l-Ministru jara li l-plot fi Triq il-Knisja l-Qadima, kantuniera ma' Triq Indri Galea ġewwa Birkirkara (pjanta mmarkata qed tingħata separatament) titnaddaf, u jittella' ċint għoli biex ma tibqax tintuża biex jintrema kull xorta ta' skart?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-plot fi Triq il-Knisja l-Qadima, kantuniera ma’ Triq Indri Galea huwa privat u ma’ jaqax fir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali li jieħu ħsiebha.

MICAS — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sponsorship irċeviet il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) fl-2018 u fl-2019? Jista’ jgħid ukoll meta, kemm kien l-ammont u minn min irċeviet dawn is-sponsorships?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 l-MICAS irċieva dawn l-isponsors t’hawn taħt. Dettalji ta’ individwi li taw donazzjoni lill-MICAS mhux qed jinghataw sabiex ikun imħares id-dritt għall-protezzjoni tad-data kif indikat fil-provvedimenti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Prorezjoni tad-Data (UE) 2016/679. Deskrizzjoni Shara Hughes Leaf View Painting Yayoi Kusama Pumpkin Ornament +Hernan Bas The Gourd Nest Hanger Mattia Bonetti Candalbrum Grotto Charlotte Olymia Mini Bar Bag Emilia Wickstead Dress Roland Mouret Galaxy Dress Flavie Audi Glass Centrepiece €100,000 €20,000

MICAS – oġġetti irkantati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn oriġinaw, jew kif ġew akkwistati, l-oġġetti kollha li ġew irkantati għall-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) fl-2018 u fl-2019, inkluż l-irkant li sar fit-13 ta’ Ottubru 2018 fil-Casino Maltese, inkluż l-ilbies u arloġġi li ġew irkantati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.