Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Reġistru ta’ professjonisti legali u ditti legali stabbiliti bis-saħħa tal-artikolu 88D tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Ilmenti
Question
Jista' jgħid l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali mid-data tat-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja, tali kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u l-anqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.
Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali — Investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda fuq inizjattiva tiegħu stess il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali mid-data tat-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-investigazzjonijiet għadhom pendenti?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex tinfetaħ medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja li wasslet għal ftehim bonarju, sena b'sena mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi in-numru ta’ talbiet li saru biex tinfetaħ medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja li twassal għal ftehim bonarju mis-2017 sas-27 ta’ Settembru 2023. Din l-istatistika mhix disponibbli għal Qrati t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm medjaturi rreġistrati maċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta sal-lum? Jista’ jindika kif inhuma mqassmin skont l-ispeċjalizzazzjonijiet tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-27 ta’ Settembru kien hemm 76 medjatur reġistrati maċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta. Hawn taħt qed nindika kif inhuma mqassmin skont l-ispeċjalizzazzjonijiet tagħhom. Ta’ min jinnota li xi medjaturi huma speċjalizzati f’iktar minn settur wieħed.
- 60 fuq familja
- 45 fuq ċivil
- 30 fuq kummerċ
- 17 fuq industrija
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta’ multi li ġew imposti mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar 15-il sena, sena b’sena, u kemm minn dawn tħallsu? Kemm hu l-ammont totali li huwa pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li suppost qed iħallsu l-mantiniment u talli mhux iħallsu l-manteniment qed jeħlu multa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 kien hemm 4 persuni li ġew ikkundannati multa għal nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment, fl-2021 kien hemm 4 u fl-2022 kien hemm persuna waħda.
Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Attività organizzata
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Imħallef u kemm-il Maġistrat attenda għall-attività organizzata mill-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Marzu 2023? Jista' jgħid ukoll min kienu l-persuni l-oħra li attendew u/jew kienu preżenti għal din l-attività u jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-istess attività?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nattira l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru għad-dmir tal-poter Legislattiv u Eżekuttiv tal-Istat li jirrispettaw l-indipendenza u l-awtorita tal-Ġudiktura. Peress illi la hija l-funzjoni tal-Parlament u lanqas tal-Eżekuttiv illi jsegwi l-passi tal-membri tal-Ġudikatura jew li jżomm rassenja ta’ dawk il-membri tal-gudikatura li jattendu attivitajiet organizzati mill-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru m’hijiex disponibbli. Oltre minn hekk niġbed l-attenzjoni li tali kumitat huwa wieħed li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ u mansjoni tal-ġudikatura, speċifikament taħt il-Prim Imħallef, għalekk l-Onor. Interpellant jifhem tajjeb daqsi r-raġuni li mhux possibbli jingħata tweġiba f’dan il-fora fuq dan is-suġġett.
Nagħmilha ċara illi dan ir-rispett lejn is-separazzjoni tal-poteri kostituzzjonali bl-ebda mod ma jbiddel id-determinazzjoni tal-Gvern li jippretendi serjeta u sens ta’ trattament ġust minn kullħadd inklużi kemm l-istituzzjonijiet kostituzzjonali kif ukoll il-midja u dawk li jipparteċipaw fil-ħajja pubblika u jikkummentaw dwarhom. Tajjeb nenfasizza li l-istatut u informazzjoni pubbliku dwar dan il-kumitat qegħdin fid-dominju pubbliku fis-sit elettroniku appositu dwar il-ġudikatura
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji matul is-sena 2022 u s-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kif nittama li huwa ben konsapevoli l-Onor. Membru, il-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji jopera fi ħdan il-Ġudikatura taħt id-direzzjoni ġenerali tal-Prim Imħallef u minħabba din ir-raġuni nirreferik għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.
Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji — Kuntratt ta’ Impieg bħala Training Administrator
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u li taħdem bħala Training Administrator mal-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament hija impjegata tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati li tagħti sapport lil Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji u qed nwieġeb din il-mistoqsija għar-raġuni biss li bħala impejgata tal-Aġenzija din taqa’ taħt ir-remit tal-Aġenzija fi ħdan il-Ministeru.
L-uffiċjal għandu grad ta’ Manager II skont l-istruttura tas-salarji tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-Kumitat tal-Istudji Ġudizzjarji? Jista' jgħid ukoll x’inhi l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu ma’ dan il-Kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lill-Onor. Membru illi l-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji mhuwiex dipartiment tal-Gvern jew entita pubblika separata u għalhekk ma jimpjegax nies miegħu. Madanakollu, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11442.
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna nstabet ħatja mill-qrati ta' pajjiżna li għamlet qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li permezz tagħhom l-imsemmija persuni nstabu ħatja mill-qrati ta' pajjiżna?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jistennew li jgħaddu ġuri? Jista’, għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, jipprovdi d-data ta’ meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex tinfetaħ medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f’każijiet ta’ separazzjoni personali, sena b’sena mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Persuni li nstabu ħatja jew ingħataw libertà proviżorja minħabba użu/traffikar ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja u ngħataw libertà proviżorja persuni minħabba użu/traffikar ta' droga f’dawn l-aħħar 15-il sena, sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu akkużati b'ħasil ta' flus fil-Qorti kull sena għal dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm kawżi ġew deċiżi u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mill-Kummissarju għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kien hemm 600 appell pendenti mid-deċiżjonijiet tal-Kummissarju għall-Ġustizzja.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kien hemm 8 appelli pendenti mill-Kummissarju għall-Ġustizzja.