Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 15 PQ #818 Sitting 13 - 20/07/2026 16:00 2026-07-20 Oral · Final From: FRANK ANTHONY TABONE (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkisibx xi permess jew awtorizzazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u/jew minn xi awtorità oħra kompetenti sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ma kinux jinħtieġu permessi sabiex jinqatgħu minħabba li ma humiex siġar indiġeni u/jew endemiċi. Apparti hekk, dawn is-siġriet ma kinux jinsab f’post miftuħ pubbliku.

Għawdex - Żebbuġ - Għajn Mhelhel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titranġa jew tinbena mill-ġdid il-parti li ċediet fi Triq Għajn Mhelhel, fiż-Żebbuġ, Għawdex u kemm se tiġi tiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-parti msemmija ta’ Triq Għajn Mhelhel mistennija jibdew hekk kif Triq Marsalforn tinfetaħ għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.

Għawdex - Rabat/Marsalforn - Triq Marsalforn - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Marsalforn li mir-Rabat twasslek sa Marsalforn, f'Għawdex u f’liema stat waslet bħalissa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 255.

Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjoni sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għat-tneħħija tagħhom u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ġew maqtugħa abbażi ta’ rapport minn għand arborista. Ix-xogħol twettaq minn Kuntrattur privat.

Il-Belt Victoria – Offerta għall-Belt Kapitali tal-Kultura 2031

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa għall-offerta tal-Belt Victoria bħala l-Belt Kapitali tal-Kultura 2031? Jista’ jgħid ukoll: i.     kemm huma mħallsa l-membri tal-Fondazzjoni; ii.    kemm tħallas l-Artistic Director; u iii.   kemm hemm konsulenti involuti fl-offerta u kemm huma mħallsa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Kunsilli lokali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xogħlijiet li ntalbu mill-kunsilli lokali minn Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità, u kemm ilhom li ntalbu, inkluż dawk li nbdew u dawk li għadhom ma tlestewx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li risposta qed tinġabar.

In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu biex jiġi salvat it-Torri Ta’ Kenuna fin-Nadur fl-aħħar sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-miżuri li għadhom iridu jittieħdu u meta hu l-pjan li jerġa' jkun miftuħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena l-Ministeru għal Għawdex kellu diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali tan-Nadur, mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali (SCH) u ma' persuni tekniċi, u dan biex jiġu identifikati l-miżuri meħtieġa għall-preservazzjoni tat-Torri ta' Kenuna. Apparti hekk, ġie kkummissjonat rapport tekniku dwar il-kundizzjoni strutturali tat-torri, filwaqt li ġie appuntat Perit sabiex jassisti lill-Ministeru fil-valutazzjoni tal-integrità strutturali tat-torri u ta' strutturi oħra relatati, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' kollass jew deterjorament ulterjuri. Wara l-valutazzjoni preliminari, il-Perit irrakkomanda li jiġi appuntat Inġinier Ġeotekniku sabiex isiru l-investigazzjonijiet u l-istudji tekniċi meħtieġa. Ir-riżultati ta' dawn l-istudji se jippermettu lill-inġiniera jippreparaw id-disinji u d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa għat-tħejjija tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta' konsolidazzjoni u restawr tat-Torri ta' Kenuna. Il-Ministeru se jkun f'pożizzjoni li jindika meta t-torri jista' jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku ladarba jitlestew l-istudji tekniċi meħtieġa u jiġu stabbiliti l-interventi neċessarji biex tiġi garantita s-sigurtà tal-pubbliku u l-preservazzjoni tas-sit.

Ministeru għal Għawdex – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 704.

Il-vapur Nikolaus – Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-vapur Nikolaus daħal fid-Dockyard għall-manutenzjoni, kemm kienet l-ispiża ta’ kull manutenzjoni, u min ħallas għal din l-ispiża? Jista’ jagħti ukoll is-sena ta’ meta saret kull manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vapur jidħol fid-drydocks skont ir-rekwiziti tal-klassi u l-ispejjez ta’ kull manutenzjoni jitħallsu minn sid il-vapur, jigifieri, ma jitħallsux la mill-kumpanija Gozo Channel Ltd u lanqas mill-Gvern.

Gozo Channel – Tender għall-provvista ta’ vapur – Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti (tender) għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema tender qed jerreferi.

Gozo Channel – Flotta ġdida – Pjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan konkret tal-Gvern, b’kronoloġija indikattiva, sabiex jinvesti fi flotta moderna, sostenibbli u effiċjenti għall-Gozo Channel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gozo Channel – Flotta ġdida – Opportunitajiet ta’ finanzjament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja investiment fi flotta ġdida għall-Gozo Channel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gozo Channel – Kirja tal-vapur Nikolaus – Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont li ntefaq sal-lum fuq il-kirja tal-vapur Nikolaus setax jintuża għal investiment sostanzjali fi flotta ġdida għall-Gozo Channel? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll x’inhi l-evalwazzjoni li għamel il-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inklużjoni tar-raba’ vapur kien – u għadu – pass kruċjali biex jiġi kkumplimentat it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li rreġistrat il-gżira Għawdxija fl-aħħar snin; liema tkabbir wassal għal żieda sostanzjali fil-volum ta’ passiġġiera li jagħmlu użu mill-vapuri operati mill-kumpanija Gozo Channel. Il-pass li jmiss hu, dak li l-kumpanija jkollha flotta aktar moderna, effiċjenti u reżiljenti biex tkompli tissaħħaħ il-konnettività marittima bejn Malta u Għawdex. Għaldaqstant, fix-xhur li ġejjin se jiġu ppubblikati s-sejħiet għall-offerti għall-akkwist ta’ żewġ vapuri ġodda kif ġie imwiegħed fil-manifest elettorali.

Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li t-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel ikun miftuħ għal kompetizzjoni effettiva u ma jkunx imfassal b’tali mod li ma jirċievi l-ebda offerta konformi, bil-konsegwenza li l-Gozo Channel terġa’ tiddependi fuq il-vapur Nikolaus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender ġie mfassal skont il-prinċipji ta’ trasparenza, trattament ugwali u kompetizzjoni ġusta, u bi kriterji ċari u mhux diskriminatorji. Dan sar biex tkun attirata parteċipazzjoni effettiva minn operaturi ekonomiċi kwalifikati. L-ispeċifikazzjonijiet ġew stabbiliti b’mod proporzjonat għall-ħtiġijiet operattivi tal-kumpanija Gozo Channel. Id-dettalji kollha relatati ma’ dan it-tender huma aċċessibbli pubblikament permezz tal-portal tal-akkwisti elettroniċi (EPPS), u dan biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa.

Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel huwa differenti mit-tenders preċedenti u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa għall-offerti (tender)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender ġie mfassal skont il-prinċipji ta’ trasparenza, trattament ugwali u kompetizzjoni ġusta, bi kriterji ċari u mhux diskriminatorji. Dan sar biex tiġi attirata parteċipazzjoni effettiva minn operaturi ekonomiċi kwalifikati. L-ispeċifikazzjonijiet ġew stabbiliti b’mod proporzjonat għall-ħtiġijiet operattivi tal-kumpanija Gozo Channel. Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza ta’ dan il-proċess, id-dettalji kollha relatati ma’ dan it-tender ġew ippubblikati fuq il-portal tal-akkwisti elettroniċi (EPPS).

Il-vapur Nikolaus – Kirja u spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-kirja tal-vapur Nikolaus, li l-Gvern beda jikri f’Ġunju tal-2019, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm hija l-ispiża totali mħallsa s’issa fir-rigward ta’ din il-kirja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta ta’ Mistoqsija Parlamentari Nru 2176 tal-14-il legislatura.

Ministeru għal Għawdex – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti talGvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għal Għawdex – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Fast ferry – Priority boarding – Residenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ priority boarding għar-residenti Għawdxin fuq is-servizz tal-fast ferry?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.