Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20983.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kienx hemm ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Attivitajiet tas-SEM f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2016 sal-lum kemm saru attivitajiet tas-SEM f'Għawdex? Liema kienu dawn l-attivitajiet u x' kien l-iskop ta' kull attività? Min kien mistieden għal kull attività u kemm attendew nies għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Data Isem tal-Attività Skop Mistiedna Attendenza 11/02/2016 Id-Drittijiet tal-Konsumatur Sessjoni ta' Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur Kunsilli Lokali, NGOs u Pubbliku 14 09/03/2016 EU Funds Info Market Seminar informattiva dwar il-fondi tal-UE Kunsilli Lokali u NGOs 30 24/07/2016 - 28/08/2016 Skolasajf Sessjonijiet interattivi għat-tfal Tfal Primarja u Sekondarja 107 24/08/2016 Attività għat-tfal Tkabbir tal-għarfien dwar l-iżvilupp sostenibbli fl-UE fost it-tfal Tfal Primarja u Sekondarja 190 24/07/2017 - 29/08/2017 Skolasajf Tkabbir tal-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fost it-tfal Tfal Primarja u Sekondarja 113 28/08/2017 Catch the Drop Attività ta' għeluq ta' Skolasajf f'Għawdex Tfal Primarja u Sekondarja 230 01/11/2017 Preżentazzjoni dwar il-Futur tal-UE Diskussjoni dwar il-ġejjieni tal-UE Pubbliku 50 02/03/2018 EU Funds - The Gozitan Experience Diskorsi u workshops dwar kif Għawdex ibbenefika mill-Fondi tal-UE Soċjetà Ċivili 63 19/04/2018 Il-Politika ta' Koeżjoni Djalogu Pubbliku Soċjetà Ċivili u Pubbliku 40 23/07/2018 - 30/08/2018 Skolasajf Sessjonijiet interattivi għat-tfal dwar l-UE Tfal Primarja u Sekondarja 135 26/09/2018 Il-Futur tal-Biedja f'Għawdex Konsultazzjoni maċ-Ċittadini Bdiewa u Raħħala 45 11/12/2018 Kif tiżviluppa u tikteb l-applikazzjoni għall-Fondi tal-UE Sessjoni ta' Taħriġ Kunsilli Lokali u NGOs 17 07/03/2019 Konsultazzjoni dwar il-Pestiċidi Konsultazzjoni dwar l-użu sostenibbli tal-Pestiċidi Bdiewa 22 15/06/2019 Kif tiżviluppa u tikteb l-applikazzjoni għall-Fondi tal-UE Sessjoni ta' Taħriġ Kunsilli Lokali u NGOs 24 18/07/2019 Kif tiżviluppa u tikteb l-applikazzjoni għall-Fondi tal-UE Sessjoni ta' Taħriġ Kunsilli Lokali u NGOs 15 22/07/2019 - 29/08/2019 Skolasajf Attivitajiet dwar is-Sostenibbiltà Tfal Primarja u Sekondarja 114 10/12/2019 Parteċipazzjoni fid-djalogu soċjali, taħriġ fil-komunikazzjoni u applikazzjonijiet għall-fondi Sessjonijiet ta' Taħriġ NGOs, Korpi Kostitwiti 17 13/07/2020 - 20/08/2020 Skolasajf Attivitajiet dwar is-Sostenibbiltà Tfal Primarja u Sekondarja 30 27/11/2020 Laqgħa ta' informazzjoni dwar il-futur tal-agrikoltura f'Malta Laqgħa ta' informazzjoni Bdiewa u pubbliku n/a * Minħabba l-pandemija ħafna mill-attivitajiet li ġew organizzati fl-2020 u fl-2021 saru b'mod virtwali, iżda dawn kienu miftuħa wkoll għall-parteċipanti Għawdxin.

Uffiċċju tas-SEM (MEUSAC) f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent fejn jinsab l-uffiċċju f’Għawdex tas-SEM (MEUSAC) u f’liema ħinijiet qed jinfetaħ għas-servizz tal-Għawdxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-uffiċċju ta' SEM f'Għawdex jinstab fl-NGO Centre, Triq il-Madonna tar-Rummiena, Ix-Xewkija XWK 9082. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-07:45 sas-14:15, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. L-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat fuq 21552868. Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu fil-website u l-paġna ta’ facebook tal-aġenzija. Wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, il-klijenti xorta jistgħu jibagħatu e-mail fuq info.sem@gov.mt sabiex jitolbu aktar informazzjoni jew jagħmlu appuntament sabiex issir laqgħa u jingħataw tagħrif aktar dettaljat. Ix-xogħol li jitwettaq minn SEM f’Għawdex mhuwiex biss xogħol li jsir fl-uffiċċju imma anke lil hinn minnu.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari12908 u 18171.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha ma ngħatat l-ebda impjieg, tender jew direct order.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20493 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Liġi industrijali li tipproteġi lil ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx regolamenti apposta fil-liġi industrijali li hija applikabbli biex tipproteġi direttament il-ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolament apposta m’hemmx u għalhekk dan huwa regolat minn Ordni ta’ Standard Nazzjonali. Infakkar li fil-preżent id-DIER qed jagħmel investigazzjoni fuq dan is-settur.

Unions – konsultazzjoni pubblika mal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-konsultazzjoni pubblika mal-Unions il-pożizzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar tqajmitx u sarulux proposti? Jista’ jippreżentahom?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed nifhem li l-Onor. Interpellant qed isaqsi jekk kellix diskussjoni ma’ xi Union dwar dan is-suġġett. F’laqgħa li kelli mall-GWU, fost numru ta’ suġġetti oħra, tqajjmet din l-issue fejn kont infurmajthom li d-DIER qed jinvestiga din is-sitwazzjoni. Din l-investigazzjoni issa qed toqrob lejn it-tmiem tagħha.

Public Broadcasting Services Ltd – frekwenzi tar-radju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il frekwenza tar-radju għandu l-Public Broadcasting Services Ltd u kemm minnhom ma jintużawx? Xi pjanijiet hemm sabiex il-frekwenzi li ma jintużawx jibdew jintużaw fil-futur qarib?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-Public Broadcasting Services Ltd għandha erba' (4) frekwenzi tar-Radju li jintużaw kollha.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18838.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, ma saret l-ebda rakkomandazzjonij biex jitlaqqmu xi ħaddiema.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Public Broadcasting Services Ltd – Public Service Obligation Agreement

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20380, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim tal-Public Service Obligation Agreement konkluż mal-Public Broadcasting Services Ltd fuq il-Mejda tal-Kamra kif kien mitlub f'dik il-mistoqsija? Jista' jpoġġi wkoll kopja tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq Għajnuna Mogħtija mill-Istat fir-rigward ta' dan il-ftehim?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-PSO. Dwar it-tieni mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija proċedura interna.

PBS – bord editorjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jifforma parti mill-bord editorjali tal-Public Broadcasting Services Ltd? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord fl-2020? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-policy ta' dan il-bord editorjali fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tliet membri maħtura fil-Bord Editorjali tal-PBS huma s-sur Joseph Sammut bħala Chairperson u s-sur Charles Flores u Dr Martin Fenech bħala membri. Dwar it-tieni mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17846. Il-policy hija dik stabbilita sa mill-2004.

Public Broadcasting Ltd – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm fl-aħħar tmien snin kien hemm ħaddiema fil-Public Broadcasting Services Ltd li rriżenjaw, marru jaħdmu mal-Gvern u rritornaw jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd wara sejħa ġdida? F'liema taqsima tal-kumpanija kienu jaħdmu qabel? Ma’ liema ministeru jew entità marru jaħdmu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar tmien snin kien hemm żewġ ħaddiema li rriżenjaw minn mal-Kumpanija u rritornaw jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd. wara sejħa ġdida. Iż-żewġ persuni kienu jaħdmu mat-Taqsima tal-Aħbarijiet.

Public Broadcasting Services – ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li preżentement jaħdem mal-Korp tal-Pulizija għadux fuq il-kotba tal-Public Broadcasting Services Ltd u jekk jistax jirritorna mal-kumpanija meta jidhirlu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwuli d-dettalji dwaru ngħataw separatament għadu fuq il-kotba tal-Public Broadcasting Services Ltd u jista’ jirritorna mal-kumpanija.

Public Broadcasting Services Ltd – news editor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-News Editor tal-Public Broadcasting Services Ltd, qabel daħlet f’dan l-irwol kenitx ingħatat career break jew secondment biex tmur taħdem mal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-News Editor kienet ngħatat secondment biex tmur taħdem mal-Ufficcju tal-President ta’ Malta fi żmien meta l-Kumpanija kellha fis-seħħ policy differenti minn dik attwali.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma ngħata ebda kuntratt minn xi entita fid-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.