Legislature:
Category:
Reset

Rapport dwar il-popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għand min kien qed jinżamm ir-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018, bejn l-2018 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.

Il-Marsa – Proġett tal-Arts and Culture Hub

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ finanzjament Ewropew għall-proġett tal-Arts and Culture Hub fil-Marsa, li għalih ġew allokati €15-il miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)? Jista’ jgħid x’inhuma l-miri u d-dati stipulati għat-twettiq tal-proġett?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tinghata f'xi seduta ohra.

Studenti minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew studenti minn pajjiżi terzi mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għal student visas u kemm minnhom kienu rejected?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

FDIs

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ FDIs (Foreign Direct Investments) li ġew attirati lejn pajjiżna mis-sena 2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Malta Enterprise – Skemi għall-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kumpaniji li bbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi ta’ Malta Enterprise mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jagħti t-tip ta’ skema li bbenefikaw minnha kull kumpanija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill.Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Santa Venera – Triq il-Kappillan Mifsud – Xogħol fuq il-bankini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera? Tista’ tgħid ukoll kemm huwa l-investiment biex dan ix-xogħol qed isir?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera hu maħsub li jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla (2027).

PBS – Bord Editorjali – Linji gwida u mekkaniżmi interni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5164, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida applikabbli mill-Bord Editorjali tal-PBS u l-mekkaniżmi interni tiegħu li rrefera għalihom fl-istess tweġiba?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Mgħandix xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5164.

PBS – Impjegati li għandhom rwol mal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3518, fejn intqal li “L-informazzjoni kif mitluba jkun għalhekk jeħtieġ eżerċizzju ta’ verifika individwali dwar il-karigi, ir-rwoli jew l-impjiegi l-oħra ta’ dawn il-persuni, inklużi dawk li mhumiex impjegati tal-PBS.”, ladarba din il-verifika individwali issa saret, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Mgħandix xi nzid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3518. Intenni li l-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni kontra professjonisti serji u ta’ fehmiet politiċi differenti, li qed jaqdu dmirhom fit-twassil ta’ informazzjoni bl-aktar mod serju.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – LSEs ġodda

Question

Fid-dawl li 125 Learning Support Educators (LSEs) ġodda se jingħaqdu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom ġew ingaġġati u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, u kemm minnhom għad iridu jiġu ingaġġati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minn April ta’ din is-sena sa meta qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari ġew ingaġġati 250 LSE. Infurmat li dawn huma 38 LSE ġdid, 76 LSE li kienu jservu bħala Supply LSE għax kisbu kwalifika, u 136 Supply LSE.

Skejjel tal-Istat – Deputy Heads of School – Postijiet vakanti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3329, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fil-proċess tal-ingaġġ tad-Deputy Heads of School u kemm għad hemm postijiet vakanti li għadhom ma mtlewx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li għaddej il-proċess tal-Public Service Commission.

Djar residenzjali għall-anzjani - Rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5023 u jgħid kemm ġew irreġistrati rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani fi djar residenzjali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm minn dawn il-każijiet ġew ikkonfermati wara investigazzjoni u x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawk responsabbli?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pazjenti dijanjostikati bil-kanċer - Stennija għat-trattament onkoloġiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5022 u jgħid kemm ġew dijanjostikati pazjenti bil-kanċer li kellhom jistennew aktar minn 30, 60 jew 90 ġurnata sabiex jibdew it-trattament onkoloġiku indikat mit-tim mediku tagħhom, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trattament onkoloġiku jinkludi t-trattament bir-radjoterapija u t-trattament sistemiku kontra l-kanċer. Iż-żmien bejn ir-riferiment u l-bidu tat-trattament jinkludi l-ippjanar kliniku u tekniku meħtieġ għal kull pazjent. Il-maġġoranza kbira tal-pazjenti jibdew it-trattament fi żmien xahar mir-riferiment, u matul is-snin 2024, 2025 u 2026 l-ebda pazjent ma stenna aktar minn xahrejn biex jibda t-trattament sistemiku kontra l-kanċer. Fejn iż-żmien ta’ stennija kien itwal, dan kien dovut għal raġunijiet kliniċi, tekniċi jew marbuta mal-pazjent.

Pensjonanti li għandhom pensjoni taħt l-€1,000

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4971 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni taħt l-€1,000?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li biex tinġabar l-informazzjoni rikjesta jeħtieġ aktar żmien.

Manoel Island – Stadji ta’ tindif u manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-istadji li jmiss wara l-ewwel stadju ta’ tindif f’Manoel Island, u x’inhu ż-żmien mistenni għal kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Tindif u manutenzjoni – Żmien tat-tlestija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu mistenni li jdum l-ewwel stadju tax-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island, u meta hu mistenni jitlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Tindif u manutenzjoni – Pjan ta’ xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’ xogħol li fuqu qed isiru x-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din it-tweġiba tapplika wkoll għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn li għamlet dwar l-istess suġġett. L-ewwel stadju tax-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island jinkludi t-tneħħija ta’ skart tal-kostruzzjoni, żbir tas-siġar u t-tneħħija ta’ siġar mejtin li mhumiex protetti, kif ukoll l-installazzjoni ta’ poġġamani temporanji biex jittejbu l-aċċessibbiltà u s-sigurtà. Ix-xogħlijiet qegħdin jitwettqu b’kollaborazzjoni m’entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, fosthom Cleansing Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Project Green qed tagħmel l-interventi fuq is-siġar permezz tar-riżorsi interni tagħha, filwaqt li Cleansing Malta qed tikkoordina t-tneħħija tal-iskart. L-interventi fuq is-siġar huma koperti mill-permess ġenerali deskritt hawn taħt, u l-miżuri kollha huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-entitajiet rispettivi. Dan l-istadju huwa mistenni jissokta tal-inqas sa tmiem ta’ din is-sena. Wara l-ewwel stadju, se jsiru aktar xogħlijiet ta’ tindif u stħarriġ tal-bini storiku biex jinkixfu elementi u jiġi identifikat materjal f’sit li qabel kien mgħotti bil-veġitazzjoni li jista’ jkollhom valur storiku. Dan il-materjal jitqiegħed separatament f’żoni apposta fis-sit, skont id-direzzjonijiet tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u kull sejba tiġi indirizzata skont il-każ. Il-kordinazzjoni mas-Sovrintendenza hija kontinwa. Fl-istess waqt, għaddejjin konsultazzjonijiet mal-entitajiet rilevanti, fosthom Heritage Malta. L-ispiża tal-ewwel stadju tax-xogħlijiet li qiegħda twettaq Project Green qed tkun koperta mill-vot tal-infiq operattiv (OPEX). Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ambjentali u l-interventi fuq is-siġar, Project Green għandha permess ġenerali maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), magħruf bħala block permit, li jkopri l-ewwel stadju tax-xogħlijiet. Iż-żbir qed jinżamm għall-minimu meħtieġ għas-sigurtà tas-sit. Il-permess jipprevedi l-attivitajiet li ġejjin: -     It-tneħħija u l-kontroll ta’ speċi aljeni invażivi ta’ annimali u pjanti; -     It-tħawwil ta’ siġar, arbuxxelli u pjanti; -     Il-qtugħ tal-ħaxix; -     Il-qlugħ mill-għeruq, il-qtugħ u/jew it-twaqqigħ ta’ siġar elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123; -     Iż-żbir għal skopijiet ta’ manutenzjoni ta’ siġar elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123; -     It-tħawwil ta’ siġar fi bnadi oħra elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123. Skont il-prattika tajba u l-permess ta’ Project Green, l-interventi kollha huma konformi mal-linji gwida tal-ERA dwar xogħlijiet li jinvolvu s-siġar (Guidelines on Works Involving Trees), disponibbli hawn: https://era.org.mt/wp-content/uploads/2020/08/Guidelines-on-Works-involving-Trees.pdf Il-pubbliku għandu aċċess għal Manoel Island imma ovvjament għandu jagħmel dan b’kawtela meta javviċina żoni fejn ikunu għaddejjin ix-xogħlijiet.