Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3403 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq tal-Barrani — Camera - kontravenzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3415 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pieta — Playing Fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-Playing Fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3476 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Interim From: KARMENU VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema impjegati part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3575 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji — Każ

Question

B'riferenza għall-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġie riferut lill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-rakkmandazzjoni ta' din il-Kummissjoni? Jekk kienet qed takkolji l-ilment tal-persuna indikata, x'kienet ir-raġuni għaliex din ir-rakkmandazzjoni ma kenitx implimentata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3575, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li l-persuna ikkonċernata għamlet lill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji ma kienitx ġiet milqugħa.
Leg 11 PQ #1905 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi — Sottomessi lill-Malta Tourism authoruty

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-Malta Tourism Authority għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi f'dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment? Is-sidien li qed japplikaw biex jagħmlu dan l-iżvilupp qed jitolbu l-għajnuna ta' l-Awtoria'? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma jitolbu minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. L-applikant mhux obbligat jindika l-ammont ta’ investiment. Operaturi Turistiċi, inkluż lukandiera, ser ikollhom l-opportunità li japplikaw għall-għajnuna taħt il- Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects skond il-Fondi Strutturali tal-EU għas-snin 2007-2013.
Leg 11 PQ #1960 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizzi Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma d-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman u tal-Kummissjoni kontra l-Inġustizzja li marru quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jingħata rimedju u dawn ma kenux milqugħa? X'kienet ir-raġuni għal dan każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1960, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 108 każijiet li ngħatatilhom rakkomandazzjoni favorevoli mill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji, li din ġiet aċċettata mill-Prim Ministru, iżda li ma ġietx milqugħa mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku. Kien hemm każ wieħed li ngħata rakkomandazzjoni favorevoli mill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji, iżda li din ma ġietx aċċettata mill-Prim Ministru fuq parir tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku. Fl-2001 kienet ġiet ivvutata s-somma ta’ Lm364,000 li minnha tħallas kumpens ex gratia fir-rigward tal-108 każijiet hawn fuq imsemmija. Kien hemm tlett (3) każijiet fejn ir-rimedju rrakomandat mill-Omudsman ma ġiex milqugħ mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku. Il-każi kollha kienu jirrigwardjaw ħatriet fis-Servizz Pubbliku fejn il-Prim Ministru huwa obbligat mill-Kostituzzjoni ta’ Malta li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma laqgħetx ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Ombudsman fit-tlett każijiet hawn fuq imsemmija.
Leg 11 PQ #2230 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu u ngħataw, jew għadhom jistennew li jingħataw, id-delega ta' l-amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika? Xi proprjeta' ngħataw u għalxiex issa qed tiġi wżata? Meta ngħataw din il-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1806.
Leg 11 PQ #2271 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reuse And Recycle of Packaging Waste

Question

Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni fir-rigward tal-packaging waste għal Malta għas-snin 2004-2006. Fir-rigward ta’ l-informazzjoni għas-sena 2007, bħalissa din qegħda tinġabar u mistennija tkun lesta sa ftit xhur oħra.
Leg 11 PQ #2423 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA- Parking Spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-parking spaces tal-visitors' parking area tal-MEPA (quddiem id-dogs' home) huma riservati għall-istaff tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda post riservat għall-istaff tal-MEPA fil-visitors' parking area. Din l'area tal-parkeġġ tintuża prinċiparjament mill-membri tal-Bordjiet (MEPA u DCC) jew minn karozzi uffiċjali ta’ l-Awtorità.
Leg 11 PQ #2655 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Għasri - Triq Fanal - Hump

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2358 u1179 li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li s-suġġeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Għasri, id-dipartiment ikkonċernat għadda dan is-suġġeriment lill-istess Kunsill Lokali. Irrid ngħid li rriżulta li l-Kunsill Lokali ġa kien ħa azzjoni neċessarja sabiex jibda l-proċess kif rikjest skond il-policy.
Leg 11 PQ #2667 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wardens — Ċittazzjonijiet meħlusa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew meħlusa ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-lum, li kienu ġew mogħtija mill-wardens, xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet weħlu iċ-ċittazjoniet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li ġew meħlusa, xahar b’xahar, lokalità b’lokalità, permezz tat-Tribunali Lokali fis-sena 2007 u 2008. Nitlob ukoll lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2338 fejn hemm elenkat lista ta’ dawk iċ-ċitazzjonijiet kollha li kienu inħafru mill-Bord dwar il-Petizzjonijiet.

Ħaddiema li jaħdmu fiċ-ċivil li m'humiex Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li m'humiex Maltin li jaħdmu fiċ-ċivil? F'liema dipartiment qegħdin u jekk għandhomx kuntratt indefinit? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema mhux Maltin li jaħdmu mal-Gvern b'mod ġenerali? F'liema gradi qegħdin u liema pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew barra l-Unjoni Ewropea ġejjin minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 158 ħaddiema li m’humiex Maltin. Dawn huma mqassma hekk: 61 fuq kuntratt definit, 66 fuq kuntratt indefinit, u 31 għandhom xi tip ta’ ħatra oħra. Id-dettalji kollha ta’ dawn l-impjegati kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2874 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Drydocks

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 2173 li saret lill-Ministru Għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jippubblika cabinet minutes and documents ta' aktar minn 30 sena ilu tal-Malta Drydocks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kunfidenzjalità tal-Minuti u d-dokumenti tal-Kabinett għadha speċifikament protetta bl-Artikolu 637 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili (Kap 12).
Leg 11 PQ #2887 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Pjazza Santa Margerita - Mutli Storey Car Park

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3011 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-Għajnejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2287 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilità ma tapplikax għall-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2287.
Leg 11 PQ #3014 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2516 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-pulizija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata kollettivament mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #3123 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Direct Action

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2188 u 1873 u cioe': B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-MEPA, x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3124 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount fit-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3125 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2153 u1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Leg 11 PQ #3126 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Nazzjonali għall-Enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.