B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2663, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li l-Gvern Ċentrali qed jgħin? Xi kriterji qed jintużaw biex jiġu identifikati dawn il-postijiet? Dan is-servizz kemm qed jiswa lill-gvern? Kemm tħallsu flus għal kull lokal?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma matul is-sena li għaddiet taċ-Ċentru għar-Riċerka u Taħriġ tal-Politika? Jista' jgħid x'se tkun il-ħidma ta' dan iċ-ċentru għas-sena d-dieħla u kif inhu ppjanat li se tintnefaq is-somma vvotata ta' €200,000? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'sistema ta' tmexxija għandu dan iċ-ċentru u min huma l-persuni responsabbli minn din it-tmexxija?
Inċentivi tas-servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet
Question
Fid-dawl tad-diskors tal-budget 2009 fejn intqal li flimkien mal-Awtoritajiet kompetenti se jiġu inċentivati servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser b'dan? Irid jikkoraġġixxi familji Maltin u Għawdxin iżommu studenti barranin magħhom?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3186 u jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċiviet mill-aħħar trattat li kellha mal-Italja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja, li għandu valur ta’ €75 miljun, hu l-aħħar trattat li Malta kellha ma’ l-Italja.
S’issa, Malta rċeviet total ta’ €74,442,655. L-aħħar talba għal rimborż, li tammonta għal €350,266 għada qed tiġi proċessata mill-Awtoritajiet Taljani.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha kull sena mit-twaqqif tagħhom sal-lum? U minbarra dawn, kemm kull sena kull Kunsill Lokali kellu mislufa miegħu minn mal-Gvern, mit-Tarznari u minn postijiet oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tingħata din l-informazzjoni jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu ż-żmien u jinvolvi l-użu ta’ ħafna mir-risorżi umani tad-Dipartiment. Għaldaqstant, ma narax skop li nużaw ir-riżorsi li għandna għal dan l-iskop.
Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner
Question
Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhuwiex ċar għal xiex qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant iżda ninsab infurmat li fit-terminal tal-VISET jeżistu diversi mezzi ta’ trasport li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-viżitaturi. Fost dawn insibu taxis, karrozzini u karozza tal-linja li tgħaddi min ħdejn it-terminal. Ikun hemm numru ta’ viżitaturi li jibbukkjaw excursions minn fuq il-vapur stess u dawn jinġabru bil-coaches minn fuq il-moll stess.
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, għandha preżenza fit-terminal permezz ta’
Tourist Information Office
biex igħinu lill-viżitaturi b’kull informazzjoni li jkunu jixtiequ.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nemmen li l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. Il-Ministeru tat-Turiżmu ilu żmien igħin fit-tindif permezz ta’ xogħol u servizzi oħra f’lokalitajiet b’influss kbir ta’ turisti, fosthom il-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dawn is-servizzi jiswew lill-Gvern eluf ta’ ewro.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li restawr, tiswijiet, bdil jew proposti ġodda fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, bħal dawk tal-Kottonera li ġew approvati permezz tan-Notifika tal-Gvern Numru 83/96 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fit-30 ta’ Jannar 1996, għandhom isegwu l-Linji Gwida għal Żvilupp fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, approvati mill-MEPA fis-16 ta' Frar, 1995.
Ta’ min jgħid li l-MEPA kemm-il darba nediet skemi ta' għotjiet ta' flus biex jiġu irrestawrati gallariji ta' l-injam fil Kottonera fost postijiet oħra, u dan sar fl-1996, 1999 u 2001, fejn ingħataw aktar minn 95,000 Ewro. Aktar kmieni din is-sena il-MEPA nediet skema oħra, din id-darba ta' madwar milljun Ewro, għar-restawr tal-gallariji fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana u bini skedat fl-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex, inkluz fil-Kottonera, biex jiġu restawrati jew mibdula aktar minn elf gallarija ta' l-injam.
Fejn l’Awtorità jirriżultala li jkun hemm abbużi simili, jittieħdu dawk il-passi neċessarji kollha billi jinħareġ ‘Aviżż tat-Twettieq’ kontra is-sid jew l’okkupant biex jirritorna is-sit għal l’istat oriġinali tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2352 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali skond kif inhu mitlub mid-direttiva 2004/49 għadu fi stat li qed jiġi implementat. Meta din id-direttiva tkun implementata jkun hemm indikazzjoinijiet liema żoni f'Malta għandhom bżonn kontrolli fuq ħsejjes ambjentli. Ta' min jinnota li d-direttivi Ewropeja fuq il-ħsejjes ambjentali ma timponix l-ebda limitu ta' ħoss għal stabbilimenti partikolari, pero tirrigwarda biss kontrolli fuq il-ħsejjes ambjentali.
Preżentament, it-tniġġis ta' Ħsejjes Ambjentali min stabbilimenti industrijali hu regolat skond ir-regoli ta' attivitajiet kummerċjali li huma regolati minn Artiklu 13, tieni skeda, LN 1 ta' l-2006 mill-liġi Maltija. L-Awtorità responsabbli min din il-liġi hija Id-Dipartiment dwar is-Saħħa Pubblika.
Riforma tal-kunsilli lokali — Proċess ta' konsultazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal l-proċess ta' konsultazzjoni li kellu mal-kunsilli lokali fuq ir-riforma tal-istess kunsilli? Jista jgħid wasalx digà għal xi konklużjonijiet u kif beħsiebu jkompli jiżviluppa dan il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2488.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2271 u jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2271.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva tal-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2275 u jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special wastecollectors jirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2805 u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2805.
Karozzi bl-elettriku — Flus frankati minn petrol u diesel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li ġew iffrankati flus f’petrol jew diesel minn meta f’diversi Ministeri ġew introdotti karozzi li jaħdmu bl-elettriku minflok karozzi konvenzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tad-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat li l-istima ta’ flus li ġew iffrankati mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u l-MEPA li użaw karozzi li jaħdmu bl-elettriku kien ta’ €360 u €363 rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?