Ċentru tad-detenzjoni — provvista ta' ikel - Kuntratt b'Direct order
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta' l-aħjar offerta għall-provvista ta' ikel għall-dententions centres? Ta' min u x'kienet l-offerta li ġiet aċċettata, x'kien il-prezz u x'nefaq il-Gvern in konnessjoni ma' dan il-kuntratt?
Jista' jikkonferma wkoll li dan il-kuntratt massiċċ ngħata b'direct order u min kien responsabbli għal dan id-direct order?
Jista' jikkonferma wkoll li dan id-direct order kbir beda jiġi estiż kull tlett xhur, hawn ukoll permezz ta' direct orders u minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3660 parti mill-informazzjoni mitluba ġiet moghtija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 3659. L-anqas prezz ikkwotat għall-provvista ta’ l-ikel għaċ-ċentri ta’ detenzjoni kien ta’ LM1.80 (€4.19) kull persuna kuljum. Dwar in-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward m’huwiex ċar għal-liema kuntratt u perjodu qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Kif diġà spjegat dan kien Direct Order għal tlett xhur li ġie estiz sakemm ġie deċiz il-proċess tat-Tender.
Il-proċess tad-
Direct Order
u l-estensjoni tiegħu jinvolvi l-Forzi Armati ta’ Malta, l-Uffiċju tal- Prim Ministru (bħala l-Ministeru responsabbli mill-FAM) u l-Ministeru tal-Finanzi.
Ċentri ta' Detenzjoni — provvista ta' ikel - kuntratti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dwar il-kuntratt dwar il-provvista ta' l-ikel għad-detention centres, kienx hemm oppozizzjoni persistenti min-naħa ta' l-Armata? Jidhrilu li f'dan il-kuntratt/kuntratti li kienu jinvolvu miljuni kbar ta' ewro inkisrux ir-regolamenti finanzjarji tal-pajjiż b'mod skjaċċanti? Jidhirlu wkoll li f'dawn iċ-ċirkostanzi kellu jitlob li ssir inkjesta ġudizzjarja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Nru 3661 il-proċedura ta’ proċess bħal dan huwa li wara li ssir sejħa għall-Qoutations/Tenders, l-Armata tagħmel ir-rakomandazzjonijiet tagħha. Mill-korrispondenza mibgħuta ma jidhirx li kien hemm l-allegat oppożizzjoni persistenti.
Dwar proċeduri u regolamenti finanzjari huwa ċar li f’sitwazzjonijiet li huma imprevedibbli u ta’ emerġenza dawn jippermettu l’użu ta’
Direct Orders
segwit minn proċess mitlub ta’
Tender
illi f’dan il-każ partikolari ħa madwar sentejn biex jintemm. Dan kien minħabba li fl-ewwel sejħa kien hemm oġġezzjoni għad-deċiżjoni dwar l-għażla li ġiet milqugħa mid-Dipartiment tal-Kuntratti. B’hekk kellha terġa’ tinħareġ sejħa oħra mill-ġdid.
Buġibba u Qawra — Malta Tourism Authority - Promenade
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sajf li għadda x'passi ħadet l-Malta Tourism Authority biex il-promenade ta' Buġibba sal-Qawra tkun imżejna u msebbħa kif ukoll tibqa' tinżamm nadifa?
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta x'ħidma saret biex mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar ikun hemm aktar slielem u kumditajiet oħra għal turisti u għal dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi sabiex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking, tingħata t-tarmak sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab li fil-preżent qed joħloq dannu għat-turisti, Maltin u s-settur kummerċjali tar-Rabat?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 218 fejn sar magħruf li l-Ministeru tax-Xogħlijiet flimkien mal-MTA qed iħejju programm ta' xogħlijiet biex issir re-paving ta' bankini fiż-żoni kummerċjali, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tat-Turiżmu jgħid x'inhu l-l-ippjanar tal-gvern għal re-paving tal-bankini fix-xatt ta' Tas-Sliema, Triq Bisazza u Triq it-Torri?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex fuq kotba ġodda għall-libreriji lokali skond il-ftehim bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment tal-libreriji? Jista' jagħti dan it-tagħrif mis-sena 1999 meta daħal fis-seħħ il-ftehim ta' koperazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser fid-diskors tal-budget meta qal "żewġ proġetti pilot għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp sostenibbli fuq livell lokali"?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema entità/dipartiment/awtorità se tmexxi l-award 'Local Council Green Challenge'? L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali se tkun involuta? X'inhuma l-kriterji li se jintużaw għal dan il-Local Council Green Challenge Award?
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-€4 miljun li se jibdew jieħdu l-kunsilli lokali f'żieda fl-appoġġ finanzjarju, kif se titħaddem is-sistema u kemm se jieħdu kull lokal?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1450, fejn il-MEPA allegat li m'għandha l-ebda ħjiel li kien hemm it-taraġ li ssemma f'dik il-mistoqsija rispettiva, għaldaqstant qed inwassal lill-MEPA ritratt tat-taraġ li kien jeżisti u li qed jidher separatament. Jista' l-Prim Ministru jara li l-MEPA tindika għaliex twaqqa' dan it-taraġ u għalhekk jara li dan it-taraġ jerġa' jinbena biex jitnaqqas l-inkonvenjent li hemm fil-preżent fejn min irid jgħaddi minn naħa għal oħra llum irid jgħaddi minn slipways perikolużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ġie provdut ir-ritratt mill Onorevoli Interpellant, setgħet issir investigazzjoni iżjed dettaljata fejn fil-fatt jirriżulta dan li ġej.
It-taraġ qadim muri fir-ritratt kien fil-fatt demolit minn terzi minħabba l-istat perikoluż li kien jinstab fih. Dan it-taraġ reġa’ nbena mill-ġdid ftit wara mingħajr ma ġie mitlub permess. Iżda wara li ġiet ipproċessata applikazzjoni ta’ żvilupp sottomessa mill-istess persuna li bnit it-taraġ u li kienet applikat biex isir xi xogħol fil-'
boathouses
' sottoposti, il-Kummissjoni dwar il-Kontrol ta’ l-Iżvilupp (DCC) ordnat li dan it-taraġ (illegali) irid jitwaqqa' qabel jinħareġ il-permess mitlub mill-applikant.
It-taraġ in kwistjoni fill-fatt twaqqa’ fil 28 ta' Frar, 2008 fejn allura setgħa jinħareġ il-permess mitlub (PA 3655/05) skond id-deċiżjoni meħuda.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3372 u 2565 u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-twaqqif ta’ l-bus shelter fit-Triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hi fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali Tarxien.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġietx rifuża lura l-multa li kienet ġiet ikkundannata tħallas mit-tribunal ta' San Pawl il-Baħar meta dan kien appella u kien ġie liberat mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta)?
Jaf li din il-persuna ilha tikteb konsistentement lill-awtoritajiet kollha konċernanti iżda qatt ma ħadet risposta. Jidhirlu li b'hekk din il-persuna ġiet misruqa mill-Gvern u li għandu jintervjeni immedjatament sabiex issir ir-rifużjoni neċessarja?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1743 u 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ re-surfacing li hemm bżonn isir f’din it-triq huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Mosta.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3190.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-European Organization for Nuclear Research (CERN) u l-Gvern Malti dwar l-iżvilupp xjentifiku u l-koperazzjoni teknika fi proġetti ta’ riċerka mis-CERN, huwa ftehim formali. Dan jintitola l-Malta li tkun Associate Member fl-organizzazzjoni CERN li permezz tiegħu xjentisti Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proġetti tas-CERN. Matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim kemm Malta kif ukoll l-Organizzazzjoni CERN se jikkunsidraw x’potenzjal jeżisti b’din il-koperazzjoni fil-proġetti.
Irid jingħad li bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim, fis-Sajf li għadda, erba’ xjentisti Maltin ipparteċipaw fi proġetti tas-
CERN
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kull Kunsill Lokali daħħal fil-lokalità tiegħu l-infurzar lokali permezz tal-Gwardjani Lokali? Kemm-il numru ta' ċitazzjonijiet inħarġu f'kull sena minn dakinhar 'il hawn? X'kien l-ammont li daħħal kull kunsill minn dakinhar 'il hawn? X'inhu l-ammont li kull kunsill kien baqgħalu jdaħħal kull sena u x'kienet l-ispiża ta' kull kunsill kull sena biex ħaddem is-sistema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tingħata din l-informazzjoni jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu ż-żmien (peress li ċerta informazzjoni trid tinġabar mingħand diversi sorsi) u li jinvolvi l-użu ta’ ħafna mir-riżorsi umani tad-Dipartiment. Ghalhekk, ma narax li għandna nużaw ir-riżorsi tagħna b’dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix indikazzjoni dwar in-neċessità ta’ din l-informazzjoni.
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Persuni impgejati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-MEPA maqsumin skond ir-responsabbiltajiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' impjegati li l-MEPA tħaddem bħalissa hu ta' 431, li minnhom 106 huma detailed, 4 seconded, 2 redeployed u 20 unpaid, 2 maternity.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif huma maqsuma r-responsabiltajiet ta’ l-impjegati.
Kunsilli Lokali — Konsulenti għall-Konsulazzjoni Pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti miegħu jew mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsulazzjoni Pubblika u Informazzjoni fuq il-kunsilli lokali? Min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni Pubblika kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandhom l-ebda konsulent fil-Kunsilli Lokali.
Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interperllant li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu għaddej b’sensiela ta’ laqgħat mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet turistiċi. Rigward il-Kottonera, diġa saret laqgħa mal-kunsill lokali tal-Birgu u laqgħat mal-kunsilli l-oħra huma previsti fil-futur.