L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri privati - IT
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-MEPA biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini huma kollha aċċessibbli għall-persuna b'diżabilità?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ngħataw tliet permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu uffiċjali tal-Ministri u Segretarji Parlamentari. Dawn ingħataw f’każi fejn il-karozza kellha numru ta’ snin fuqha u meqjusa li ma kinitx iżjed ekonomikament vijabli għall-użu. Dawn huma:-
Alfa Romeo 159
18 cc
- € 26, 322
Citroen C5
18 cc
- € 24, 225
Jaguar X-type saloon
2198 cc
- € 29, 570
Rigward il-membri tal-
Private Staff
tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-impjegati li l-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-gvern jew ma' xi entità li l-gvern għandu l-maggoranza tas-shares, minn definite sar indefinite matul is-sena 2007 u 2008? X'kienu l-kriterji li ntużaw biex dawn l-impjegati saru issa tal-post? X'kien is-salarju tagħhom qabel u x'inhu illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji użati kienu fl-ispirtu ta’ l-Avviż Legali Nru 51/2007.
Il-kuntratt ta’ dawn l-impjegati inqaleb għal wieħed indefinit, mingħajr ebda impatt fuq is-salarji tagħhom.
Għal raġuni ta’ etika, ebda dettalji personali ma jistgħu jingħataw.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex ikun żviluppat Ċentru għar-Riċerka u t-Taħriġ bi sħubija ma' l-Università biex jingħata taħriġ lill-impjegati tas-settur pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politika Amministrattiva (Centre for Policy Research and Training) beda jopera fis-sajf wara li ġew irranġati uffiċini fl-iMsida minn fejn qed joperaw l-uffiċini amministrattivi taċ-Ċentru filwaqt li x-xogħol fuq is-sit tal-Furjana, fejn kien hemm il-Lottu Pubbliku, fil-fatt beda. F'dan is-sit se jkun hemm il-faċiltajiet għat-taħriġ u riċerka.
Fil-frattemp l-i
Staff Development Organisation
, li se jifforma parti miċ-Ċentru, qed ikompli jdaħħal kunċetti ġodda fit-taħriġ ta' uffiċjali pubbliċi bħal mentoring filwaqt li qed jitfasslu korsijiet ġodda skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku.
Mil-lat ta' riċerka u b'kollaborazzjoni stretta ma’ l-ogħla awtoritajiet tal-Università ta' Malta, tħejjiet proposta għal riċerka fuq temi ta' priorità nazzjonali. Ninsab infurmat li din il-proposta se titressaq għal kunsiderazzjoni tal-Gvern fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2166 u 2043 u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibbli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 3529 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u Żvilupp — pjanti użati
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pjanti tal-lokalitajiet li għandha l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp isiru l-pjanti użati mid-dipartimenti kollha, u b'mod partikulari mil-land registry, billi l-pjanti li jinxtraw minn dan ir-reġistru huma ferm aktar qodma minn dawk tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u dan il-fatt iġib miegħu diffikultajiet għal min jixtri l-pjanti mir-reġistru?
Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1861.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi eco-friendly li twettqu mill-Gvern matul din is-sena amministrattiva? Kif qed taħdem is-sistema tal-Green Leader Initiative? Għadha teżisti green structurefi ħdan l-OPM? Jekk iva, meta tnidiet, peress li l-pjan oriġinali tfassal fis-sena 2005? X’inhuma l-eco friendly practices li tħaddmu fl-OPM u kemm minnhom għadhom jaħdmu kif suppost? Xi tweġiba kien hemm mill-OPM heads wara li nħarġet ċirkulari li fiha wara li ġie spjegat l-iskop ta’ din l-inizjattiva, dawn ġew mitlubin jidentifikaw focal person fid-dipartimenti rispettivi tagħhom filwaqt li kellha tgħinhom jimplimentaw l-ewwel proġetti tagħhom? Billi kienet ġiet identifikata żona f’Kastilja għas-seperazzjoni tal-iskart kif ukoll biex jiġi depożitat l-iskart riċiklat, jista' jgħid jekk din qattx ġiet introdotta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3280.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi ċ-ċitazzjonijiet magħmula mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbuż ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends fil-lokalitajiet imsemmija. L-informazzjoni tkopri minn meta ġew introdotti l-green wardens sallum.
Jista' l-Prim Minisru jgħid hux jikkonsidra li titwaqqaf Awtorita' tat-Turiżmu għal Għawdex komposta minn Għawdxin li huma esperti fis-settur u li għaldaqstant jistgħu jifhmu u jagħrfu aħjar il-problemi partikolari ta' Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jemmen illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija f’pożizzjoni li tifhem u tagħraf il-problemi partikolari ta’ Għawdex mingħajr il-bżonn li tinħatar awtorità separata għal Għawdex. L-istess Awtorità għandha, fuq il-Bord tagħha, persuna li ġiet appuntata mill-Ministru responsabbli preċiżament minħabba l-għarfien u l-esperjenza tagħha dwar Għawdex.
Waħda minn niċeċ ta’ turiżmu li fuqha l-Awtorità qed tiffoka huwa Għawdex. Barra minn hekk, l-Awtorità iżżomm kuntatt regolari mal-
Gozo Tourism Association
u
stakeholders
oħra Għawdxin bil-għan li Għawdex ikun promoss bl-iktar mod effettiv.
Għawdex — Destinazzjoni turistika distinta minn Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex Għawdex mhux irriklamat bħala destinazzjoni turistika distinta minn Malta? Jikkunsidra l-Prim Ministru li Għawdex jibda jiġi irriklamat bħala desitnazzjoni turistika separata aktar bis-serjetà u li għal dan il-għan għandu jkun hemm anke vot ta' flus adegwat għar-reklamar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tirriklama ’l Malta bħala destinazzjoni b’mod ġenerali, l-Awtorità hi konxja li Għawdex jippossjedi karatteristiċi li huma differenti minn Malta. Għaldaqstant l-Awtorità toqgħod attenta li tagħti prominenza akbar lil dawn in-niċeċ li jippossjedi Għawdex permezz ta’ attendenza f’fieri u reklamar speċjalizzati.
Billi Għawdex għandu karatteristiċi differenti u distinti minn Malta bħala destinazzjoni turistika, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkunsidra li jitwaqqaf one stop shop għal dawk fis-settur u li potenzjalment jistgħu jidħlu fis-settur biex, per eżempju, jekk tintalab liċenzja jkun jista' jinqeda minn post wieħed? U dan għaliex bħalissa anke biex sempliċement stabbiliment joħroġ mejda quddiem l-istabbiliment tiegħu/tagħha irid jagħmel applikazzjonijiet għand il-MEPA, id-Dipartiment ta' l-Artijiet, l-Uffiċċju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tat-Turiżmu. Dan joħloq tul ta' żmien li jħalli impatt negattiv fuq l-industrija u għalhekk, jaħseb l-Prim Ministru li b'mod immedjat għandu jsir xi ħaġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa s-sistema ta’ ħruġ ta’ liċenzi u permessi hu wieħed komuni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.
It-twaqqif ta’
one stop shop
li jagħmilha aktar faċli li l-operatur jinqeda b’anqas skariġġ fih il-merti tiegħu u jikkumplimenta l-politika tal-Gvern dwar il-
Better Regulation.
Filwaqt li ma jitnaqqas xejn mill-proċeduri li jiżguraw li x-xogħol isir bis-serjetà li jitlob, il-Gvern ser ikompli jirrevedi l-proċeduri amministrattivi li jolqtu is-settur kummerċjali u dan sabiex titneħħa il-burokrazija żejda. Din ser tkun waħda mill-proċeduri li ser tiġi organizzata.
Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju qiegħda issir l-analiżi meħtieġa sabiex jiġi assigurat l-aħjar mod biex inkomplu insaħħu metodi idoniji għall-protezzjoni tal-konsumatur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex iżid l-għadd ta' marine conservation areas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tinsab fil-proċess li tidentifika numru ta’ żoni ta’ konservazzjoni fil-baħar, skond ma huwa mitlub mid-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 92/43/KEE u mill-liġijiet Maltin. Malta bħalissa qed iżżomm maż-żmien kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea.
F’dan ir-rigward, il-bord tal-MEPA għadu kif approva għall-konsultazzjoni dokument intitolat “
National Marine Protected Areas Strategy
”. Il-konsultazzjoni l-ewwel ser tinżamm ma’ diversi istituzzjonijiet tal-Gvern li huma involuti u wara jitqiegħed għall-konsultazzjoni pubblika. Dan id-dokument għandu l-għan li jidentifika u jtejjeb il-proċess ta’ kif jiġu magħżula żoni ta’ konservazzjoni fil-baħar, u jinkludi ukoll aspetti ta’ kif dawn għandhom jiġu immaniġġjati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandu xi ħsieb li jagħmel studju dettaljat u indipendenti dwar l-impatt tat-tuna farming fuq il-marine ecology u fuq l-ispeċi tat-tuna? X'monitoraġġ qed isir fuq livell professjonali biex jiġi żgurat li dawn il-farms ma jwasslux għal degrading tal-marine environment ta' pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull applikazzjoni għal żvilupp li għandha x’taqsam mat-tkabbir tat-tonn hija suġġetta għal studju dwar l-impatt ambjentali (il-proċess ta’ l-EIAs). F’dan il-proċess l-applikant jiġi mgħarraf, permezz ta’ Terms of Reference, li għandu jagħmel studju dettaljat taż-żona, fejn kull aspett taż-żona fejn ser isir l-iżvilupp jiġu studjati. Dan jinkludi l-baħar innifsu, qiegħ il-bahar, l-ambjenti naturali u l-ispeċi li jinstabu fiż-żona, kif ukoll l-impatti li dan l-iżvilupp jista’ jkollu fuq l-ekoloġija tal-baħar taż-żona partikolari.
Il-MEPA tifformola programmi ta’ monitoraġġ, fejn telenka l-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-monitoraġġ li għandu jsir mill-operaturi tal-
fish farm
. Fost il-kundizzjonijiet stipulati, l-MEPA titlob li l-istudji u l-monitoraġġ meħtieġa jsiru minn esperti kwalifikati fis-settur li huma approvati mill-MEPA, u li huma indipendenti mill-operaturi tal-
fish farms
. Dawn il-programmi huma ghaddejjin b’mod kontinwu fuq il-farms operazzjonali.
Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp — Scheme extensions
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' scheme extensions li ġew approvati mill-Parlament li sal-lum ġew approvati mill-Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp? Kemm minnhom ġew endorsed mill-Ministeru responsabbli mill-Awtorità għall-Ipjannar u l-Iżvilupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba dettaljata fuq l-istess suġġett illi ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 3532.
Taħriġ ta' l-Armata — Spara fuq propjetà ta' terzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’prekawzjonijiet ser jittieħdu sabiex ma jerġax jiġri dak li ġara meta, waqt li personnel ta' l-Armata kien qiegħed waqt taħriġ, bullets sparati waqt l-istess taħriġ, spiċċaw fuq proprjetà ta' terzi bil-konsegwenza li seta jkun hemm inċidenti fatali għal dawk li setgħu ikunu fil-qrib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-taħriġ li jirrigwarda sparar ta’ armi mill-Forzi Amati ta’ Malta huwa regolat bi standing orders stabbiliti li ilhom fis-seħħ għal numru ta’ snin.
Fir-rigward ta’ l-allegat inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant l-armata tkun f’pożizzjoni li tirregola ruħha aħjar kemm-il darba jkun hemm il-ħtieġa wara l-eżodu ta’ l-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.