Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuqhom is-sena l-oħra? Jista' jgħid fejn qed jinżammu u jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex ikabbar jew iżid in-numru ta' akkomodazzjoni għalihom? Jekk iva, fejn se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru daħlu 2,522 immigranti illegali din is-sena.
Hu stmat li l-ispiża rikorrenti kollha tal-Gvern sa l-aħħar tas-sena 2007 f’dan il-qasam laħqet is-somma ta’ € 12,956,802. Meta jiġu inklużi l-ispejjeż kapitali, li kienu jammonataw għal € 1,357,189, l-ispiża kollha tlaħħaq is-somma ta’ € 14,313,991.
L-immigranti irregolari jinżammu fi tliet Ċentri ta’ Detenzjoni, ċioè:
Il-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi;
Il-Barracks tal-FAM, Lyster (Ħal Far);
Iċ-Ċentru tal-Akkoljenza fil-kumpless tal-Pulizija f’Ta’ Kandja.
S’issa m’hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta’ Detenzjoni.
Minkejja l-isfidi qawwija li l-awtoritajiet iffaċċjaw f’dan il-qasam is-sena l-oħra, saret ħidma mingħajr waqfien ta’ manutenzjoni u titjib fiċ-ċentri tal-akkoljenza tad-detenzjoni u tlesta blokk ġdid f’Ta’ Kandja, li għandu jikkumplimenta dak eżistenti. Hu maħsub li, b’hekk, il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jaffronta l-influss ta’ immigranti li jaslu kull sena. Madankollu l-Gvern huwa kommess li jżomm ċentri ta’ detenzjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli fiċ-ċirkostanzi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuntrattur jiġi mqabbad mill-Gvern biex jagħti servizz u allura l-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz m’humiex ħaddiema tal-Gvern.
L-informazzjoni dwar dawn il-kuntratti tinsab fl-anness hawn mehmuż.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurari u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3529.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special waste collectorsjirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2330.
Jista' l-Ministru jagħti xi statistika għandu l-Gvern dwar:
a) Kemm waslu immigranti, irġiel nisa u tfal (refugjati,
asylum seekers
, klandestini) f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Ta' liema nazzjonalità kienu?
c) Ta' liema reliġjon kienu?
d) Kemm minnhom għadhom Malta?
e) Kemm minnhom ġew diportati f'pajjiżhom jew pajjiżi oħra?
f) Liema pajjiżi ħadu diġà uħud mill-immigranti rregolari u kemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3213.
San Pawl il-Baħar — Passi biex jingħalqu open plots
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, wara li jiġu identifikati l-open plots jieħu l-passi neċessarji biex jingħalqu l-plots u jiġi evitat rimi ta' skart fihom minn nies irresponsabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'addizzjoni ma' l-informazzjoni li diġà ingħatat lill-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 2834, irid jingħad illi wara li jiskadi ż-żmien ta' sitt ġimgħat kif stipulat fl-Avviżi tat-Twettieq maħruġa mill-MEPA, l-informazzjoni ta' min m'obdiex ir-rekweżiti ta' l-Avviz tingħata lill-Kunsill Lokali relevanti ħalli dan jagħmel stima tax-xogħol li jrid isir sabiex jitnaddaf is-sit u jittella’ l-ħajt meħtieġ.
Jekk l-istima taqbel magħha il-MEPA, tingħata struzzjoni ħalli l-Kunsill jikkommissjona x-xogħol meħtieġ skond l-istima li tkun saret. L-ispejjeż involuti jiġu eventwalment irkuprati mill-MEPA mingħand il-propjetarju ta' l-art meta issir applikazzjoni ta' żvilupp fuq is-sit.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3742.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-kontravvenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta’ Montebello.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Pulizija fir-rijabilitazzjoni tal-playing fields f'tal-Pieta', lokalità magħrufa għal żmien twil għall-abbużi tad-droga fil-viċinanzi ta' skejjel sekondarji, u dan fir-rigward tal-bini ta' ħajt għoli li jista' jkattar dan l-abbuż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi qiegħed jinbena l-ħajt biex il-playing field tibda tingħalaq.
Mellieħa — Tat-Tomna - Industrial Estate - studju fuq il-proġett
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlmanetari 2680, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet tal-Gvern li issa qed jitolbu li jsiru studji partikolari dwar il-proġett imsemmi, ukoll jekk sa issa qatt ma kienu talbu tali konsultazjoni? Liema huma dawn il-korporazzjonijiet jew awtoritajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil- 5 ta' Settembru, l-applikant ġie mgħarraf li l-Enemalta u l-ADT sabu xi oġġezzjonijiet għal pjan kif propost. Nhar id-29 t'Ottubru ġew sottomessi pjanti ġodda mill-applikant li għandhom jindirizzaw l-oġġezzjonijiet mressqa. Il-pass li jmiss hu li l-MEPA terġa' tikkonsulta ma' l-Enemalta u l-ADT fuq dawn il-pjanti sottomessi, kif jiskadi t-terminu ta' din il-konsultazzjoni, l-applikazzjoni tkun tista' tiġi pproċessata.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma bħalissa l-applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għall-bini ta' rziezet (farms) għat-trobbija ta' l-annimali? Għal liema annimali huma t-talbiet pendenti u f'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha mija u għaxra (110) applikazzjonijiet għal "rziezet" jew alterazzjonijiet ta "rziezet".
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet bil-lokalità u tipi ta' annimali mrobbija.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "f
arm
", "razzett" jew "rziezet".
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ngħatat lil Hexagon House fil-Marsa mingħand l-HSBC sabiex takkomoda d-Dipartiment tal-Ambjent (MEPA)? Jista' jikkonferma li l-ħaddiema ta' dan id-dipartiment ma jridux jaħdmu f'din il-propjetà? X'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma mħallsa kienet ta’
€4,258,094.57 (Lm1,828,000) għal kumplament tal-
utile dominum
temporanju li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2091.
Ma jirriżultax li l-ħaddiema ma jridux jaħdmu f’din il-proprjetà imma l-inkonvenjent ta’ rwejjaħ li qed jiġu kkawżati minn terzi qed jagħti lok għal ferment bejn il-ħaddiema. Il-
MEPA
kellmet lid-diversi terzi persuni biex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex inaqqsu dan l-inkonvenjent u dawn wegħdu li se jieħdu l-miżuri rikjesti. Min-naħa tal-
MEPA,
ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex is-sistema taċ-ċirkolazzjoni tal-arja tkun taħdem tajjeb u effiċjenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3403 u jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3403.
Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar — permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Jista' l-Prim Ministru jara li l-latrina ta' Putirjal tibda tinfetaħ fis-6.00 a.m. peress li din hija area frekwentata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-latrini, inkluż dawk ta' Putirjal, huwa fis-7 ta' filgħodu. Madanakollu, is-suġġeriment tiegħu biex il-latrini ta' Putirjal jibdew jinfetħu siegħa qabel, jiġifieri fis-6 ta' filgħodu, qed jiġi kkunsidrat, peress li tibdil bħal dan jinvolvi ċaqlieq fil-ħinijiet tal-ħaddiema li jassistu dawn il-latrini.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw jew ġew mitluba jirriżenjaw kunsilliera/sindki mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum? Min kienu, minn liema lokalità kienu u kemm kienu ilhom iservu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsilliera u minn liema lokalità ġejjin li ilhom jiġu eletti f'kull elezzjoni sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2599.
Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu, kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita Bormla, jista' l-Prim Ministru fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?