Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'jista' jiġri f'każ fejn persuna, sid ta' karozza tmut u l-eredi tiegħu jiġu ffaċjati b'ammont kbir ta' multi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Jekk l-ammont ikun irid jitħallas kollu, jista isir ftehim li dan l-ammont jitħallas f'pagamenti kull xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk il-persuna taċċetta wirt, din tkun qed taċċetta wkoll mhux biss il-benefiċċji imma ukoll id-debiti fuq l-istess wirt. Fil-każ ta’ wirt ta’ karozza għalhekk hu rakkomandat li l-werriet jivverifika dwar multi pendenti fuq il-karozza qabel jaċċetta l-wirt.
Jekk il-persuna taċċetta, sabiex isir it-trasferiment ta’ l-
ownership
iridu l-ewwel jitħallsu ċ-ċitazzjonijiet kollha li jkun hemm pendenti. Sabiex il-flus dovuti jitħallsu kull xahar jew f’intervalli oħra, ikun irid isiru arranġamenti mal-Kumitat Konġunt rispettiv, u tali konċessjoni hi fid-diskrezzjoni ta’ l-imsemmi Kumitat Konġunt.
Jaf l-Prim Ministru li skont in-North West Plan li kien ġie approvat mill-Parlament, ma jistgħux jinħarġu permessi ta' bars jew pubs, fost affarijiet oħra, fl-Imdina jekk dawn ma jkunux sekondarji u formanti parti minn xi attrazzjoni? (Hawn qed nitkellmu fuq permessi Class 4 and 6). Jista' jispjega kif nonostante l-pjan approvat u l-projbizzjoni msemmija nħarġu permessi mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp għal ta' l-inqas żewġ stabbilimenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store
Question
Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorita' għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex dawk il-persuni li dehrilhom li ma saritx ġustizzja magħhom fit-tħabbir tal-iskemi tal-bini setgħu jippreżentaw il-każ tagħhom quddiemu?
Persuni 'l fuq minn sittin sena — Bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema impjegati part-time
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3476 li ser tiġbor flimkien ir-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 3477, 3478, 3480, 3481, 3482, 3483, 3484 u 3485, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tkopri l-informazzjoni dwar in-numru ta’ ħaddiema fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vakanzi ta’
full-time
staff fl-entitajiet governattivi jimtlew skond il-ħtiġijiet li jkunu jeżistu u l-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ minn żmien għal żmien.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3126, 2152 u1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Politika Nazzjonali għall-Enerġija kien attwali fiċ-ċirkostanzi ta’ l-2005/6.
Il-bidliet fis-settur ta’ l-enerġija minn dak iż-żmien – tħassib dwar is-sigurta tal-provista taż-żejt, spinta fl-iżvilupp ta’ l-enerġija rinnovabbli, il-proposti mill-Kummissjoni Ewropeja għall-”Energy Package” ġdid u oħrajn – għamluha essenzjali li d-dokument ta’ din il-politika jerġa’ jinkiteb formalment mill-ġdid.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multu Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2887 u 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ipproċessa l-applikazzjoni PA 3366/08 li kienet sottomessa fl-4 ta’ Lulju 2008, b'talba sabiex ikun imġedded il-permess 'Outline' (PA 2243/03). L-applikazzjoni tinsab fil-proċess li tiġi deċiża mill-Bord tal-MEPA.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?
Awtorità tal-Ippjannar u l-Iżvilupp — Marsalforn - Triq Santa Marija - konstruzzjonijiet
Question
Wara żjara/laqgħa tiegħek f'Marsalforn fis-sajf li għadda, fejn inti ġejt mogħti karti dwar konstruzzjonijiet li qegħdin isiru wara l-bini ta' triq Santa Marija f'Marsalforn u wara li aktar tard fit-3 ta' Settembru 2008, intbagħtitlek ittra ffirmata minn bosta residenti ta' l-istess triq b'referenza għall-imsemmija konstruzzjonijiet u peress li f'din l-ittra saru lmenti dwar il-passi li ma ttieħdux mill-awtoritajiet konċernati sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-imsemmija residenti min-nuqqas ta' konformità mal-Liġi fl-istess konstruzzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk issa dawn l-istess passi ttieħdux, speċjalment mill-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit huwa kopert bil-permess PA 6845/04. Sal-lum l-iżvilupp huwa miexi mal-pjanti approvati u l-kundizzjonijiet tal-permess, ħlief għal tibdil żgħir intern f'wieħed mill-garaxxijiet. Fir-rigward tal-kundizzjoni numru (5) tal-imsemmi permess, din ġiet sorpassata bl-Avviż Legali 295 tal-2007 u għalhekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni għandu jimxi ma' dawn ir-regolamenti.
Rigward dawn ir-regolamenti, saru diversi spezzjonijiet fuq il-post u kien fit-22 ta' Settembru 2008 fejn is-
site manager
ġie mgħarraf li kien hemm ksur tal-Avviż Legali 295 tal-2007. Dan minħabba li fuq is-sit ma kienx hemm makkinarju jew l-għodda mgħammra b'sistema ta' estrazzjoni u rkupru ta' trab; nuqqas li jitqattgħu
bricks
ġewwa struttura temporanja mibnija minn materjal impermeabbli fis-sit tal-kostruzzjoni; kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet u miżuri adegwati sabiex s-sit u l-madwar jinżammu nodfa f'kull ħin matul ix-xogħol. Għalhekk ittieħdu l-passi neċessarji u
s-site manager
ġie mħarrek permezz ta' ċitazzjoni.
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq
Question
Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser jitħaddmu l-inizjativvi li tħabbru fil-budget li permezz tagħhom il-kunsilli lokali ser ikunu jistgħu jieħdu inizjattivi fil-qasam ambjentali lokali u inizjattivi oħra li għalihom hemm ivvotati fondi speċifiċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament qed jiġu mħejjija ‘policy guidelines’ dwar l-iskemi msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 3184 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'dikjarazzjoni għamlu lill-Gvern Malti l-bastimenti tal-gwerra, sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa dwar l-armamenti li jġorru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rikjesti għal viżiti minn bastimenti militari ta’ pajjiżi barranin isiru permezz ta’ Nota Verbali indirizzata lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin fejn tingħata informazzjoni rigward il-viżita. Wara l-konsiderazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet Maltin jinħareġ permess diplomatiku b’riferenza għall-kundizzjonijiet li l-bastiment ma jkollux armamenti nukleari u li l-uffiċjali militari ma jinżlux l-art bl-uniformi jew armati.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2101 u jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2101.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2219, jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibli li dik l-iskema fil-fatt terġa' tiġi introdotta għaliex fl-opinjoni tiegħi, ċertu toroq lokali jkunu jistgħu jitlestew ħafna snin qabel milli kieku l-kunsilli kellhom jistennew li x-xogħol jiġi nkluż fil-programm tal-Awtorità dwar it-Trasport?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Jista' l-Prim Ministru jara li l-ħajt li inbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?
Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' Senior Principal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ Senior Principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?