Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3722 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — re-paving

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 218 fejn sar magħruf li l-Ministeru tax-Xogħlijiet flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed iħejju programm ta' xogħlijiet biex issir re-paving ta' bankini fiż-żoni kummerċjali, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru tat-Turiżmu jgħid x'inhu l-l-ippjanar tal-gvern għal re-paving tal-bankini fix-xatt ta' Tas-Sliema, Triq Bisazza u Triq it-Torri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol fuq il-pavimentar tal-bankini fil-biċċa t’isfel ta’ Tower Road wara li tbiddlu s-servizzi u twessgħu il-bankini. Għall-bidu tas-sena d-dieħla, għandu jsir ix-xogħol fuq il-parti ta’ fuq ta’ Tower Road (mill- HSBC Bank sal-Pjazzetta). Dwar Triq Bisazza, il-pjani jiġu konklużi wara diskussjoni fid-dettal li trid issir hekk kif jitlesta x-xogħol fuq Tower Road. Il-Kunsill Lokali Sliema qed ikun involut fil-koordinazzjoni tax-xogħol.
Leg 11 PQ #3733 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Council Green Challenge Award

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema entità/dipartiment/awtorità se tmexxi l-award 'Local Council Green Challenge'? L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali se tkun involuta? X'inhuma l-kriterji li se jintużaw għal dan il-Local Council Green Challenge Award?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-award Local Council Green Challenge hi intiza biex tinkoraġġixxi inizzjattivi minn Kunsilli Loali favur l-ambjent, fosthom dawk ta’ l-enerġija alternattiva. Għadhom qegħdin jiġu ffinalizzati d-dettalji ta’ din l-iskema.
Leg 11 PQ #3751 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rifużjoni lura ta' multa

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġietx rifuża lura l-multa li kienet ġiet ikkundannata tħallas mit-tribunal ta' San Pawl il-Baħar meta dan kien appella u kien ġie liberat mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta)? Jaf li din il-persuna ilha tikteb konsistentement lill-awtoritajiet kollha konċernanti iżda qatt ma ħadet risposta? Jidhirlu li b'hekk din il-persuna ġiet misruqa mill-Gvern u li għandu jintervjeni immedjatament sabiex issir ir-rifużjoni neċessarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Uffiċjal Awtorizzat tal-Kumitat Konġunt Tramuntana (li jkopri il-Kunsilli Lokali li l-kontravvenzjonijiet tagħhom jinstemgħu quddiem it-Tribunal Lokali ta’ San Pawl il-Baħar) ma wasallux l-inkartament mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bid-deċizjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Biex ma jkunx hemm aktar dewmien sabiex il-persuna msemmija tingħata r-rimedju mistħoqq, ingħatat direttiva sabiex l-inkartament jiġi mgħoddi lill-imsemmi Kumitat Konġunt permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li minn naħa tiegħu ser jassigura li tingħata r-rifużjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #3971 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tilwim industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3990 Sitting 58 2008-11-19 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħitan ta siti mhux mibnija

Question

Jista' l-Prim Minsitru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' siti mhux mibnija li fihom il-ħaddiema tal-Ministeru fil-fatt bnew il-ħitan (boundary walls) biex dawn is-siti ma jibqgħux miftuħa għal atti vandali? Fejn jinsabu dawn is-siti? Kemm siti oħra huma mistennija li jiġu magħluqa fiż-żmien li ġej, u fejn jinstabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3698 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3778 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Protected trees — Green light

Question

Could the Minister state how many protected trees were given the green light to be abated by the Department of Agriculture since 2002? In case where trees were allowed to be abated against the condition of compensatory planting, could he state whether the department monitors whether these were planted and how many of them have survived so far?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2005 ’l hawn, id-Direttorat ta' l-Ambjent ħareġ 23 permess lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jitneħħew siġar.
Leg 11 PQ #3852 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4062 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3806 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2696 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3807 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kottonera — Gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2691 u jikkonferma jekk aperturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3941 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — xogħol fil-kanal tas-sukkursju

Question

Billi skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3176 hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp biex isir xi xogħol fil-kanal tas-sukkursju tas-Salina, li ilha pendenti quddiem din l-awtorità minn Marzu 2007, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iżomm milli l-proċess ta' din l-applikazzjoni jintemm fl-iqsar żmien possibli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3942 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3944 Sitting 56 2008-11-18 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Applikazzjonijiet pendenti għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12 Sitting 55 2008-11-17 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — domestic kennels

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi il-policy tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp dwar domestic kennels għal klieb fuq bjut? Dawn iridu xi permess speċjali? Jekk iva, x'tip ta' kennels huma permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tirregola żvilupp fuq il-bjut skond il-policies hekk kif elenkati fid-dokument "Policy and Design Guidance 2007" - li fosthom hemm użu ta' washrooms, kmamar għall-abitazzjoni u strutturi oħra skond il-qisien rispettivi. Ma teżistix policy speċifika fuq 'domestic kennel' għalkemm mhux eskluż li jista’ jsir użu ta’ dawn il-kmamar biex jinżammu annimali domestiċi fuq il-bjut basta jkunu konformi mar-regolamenti tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2138 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nefqa ta’ turisti low cost hija kkalkulata li hija € 719.53. L-istess valuri għal turist medju li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta hija ta’ € 868.86. Ir-raġunijiet prinċipali għal nefqa anqas huma attribwiti għal: 1) il-fatt li jħallsu inqas sabiex itiru; u 2) li għandhom length of stay iqsar. Matul l-2008 huwa mistenni li Malta tattira madwar 1,300,000 turist. Minn dawn madwar 83,000 se jkunu studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż. Iċ-ċifra ta’ passiġġieri li jiġu fuq cruise liners ma tingħaddx man-numru ta’ turisti iżda tinżamm statistika separata għaliha. Matul din is-sena in-numru ta’ passiġġieri li jżuru Malta fuq cruise liners mistennija teċċedi l-515,000. Ta’ min jgħid li dawn m’humiex inklużi fiċ-ċifra ta’ 1,300,000 turist imsemmija aktar ’il fuq.

Ajruplani Low Cost

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2137 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ turisti li jivvjaġġaw lejn Malta permezz ta’ linji tal-ajru low cost wera żieda qawwija matul dawn l-aħħar snin u llum huwa rikonoxxut li kkontribwixxa ħafna sabiex il-volum ta’ turisti li qegħdin iżuru Malta żdied għall-ammonti li huma. Filwaqt li sas-sena 2006, ftit li xejn kienu dawk il-linji tal-ajru low cost li kienu joperaw lejn Malta, matul l-2007 huwa stmat li madwar 9.3% tal-passiġġieri kollha li taru lejn Malta utilizzaw lil dawn il-linji tal-ajru. Dan il-persentaġġ kompla jiżdied u jitkattar matul din is-sena, biex bejn Jannar u Ġunju, huwa stmat li madwar 20.2% użaw dawn is-servizzi ta’ trasport.

Speed Cameras — Over Speeding

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2167 u 1630 u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mistoqsija Parlamentari Numru 2167 ġiet imwieġba fis-Seduta tat-3 ta’ Novembru 2008.
Leg 11 PQ #3507 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount fit-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3508 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Direct Actions

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3123, 2188 u 1873 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp, x'qed iżomm lill-Awtoritá milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ħadet azzjoni diretta fit-22 ta' Ottubru 2008 billi issiġillat il-Bieb tal-basement imsemmi u għaldaqstant il-post ma jistax jiġi użat għal iskopijiet li kien qed jintuża.