Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4043 u 3328 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-promenade li kellu jsir mill-Qajjenza sa Birżebbuġa?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Sewage treatement plant
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3852 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3852.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċiviet mill-aħħar trattat li kellha mal-Italja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja, li għandu valur ta’ €75 miljun, hu l-aħħar trattat li Malta kellha ma’ l-Italja.
S’issa, Malta rċeviet total ta’ €74,442,655. L-aħħar talba għal rimborż, li tammonta għal €350,266 għada qed tiġi pproċessata mill-Awtoritajiet Taljani.
Bord ta' l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki — Membri Maħtura
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq il-Bord ta’ l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni?
Jista’ għid jekk il-bord huwiex iffurmat kif tistipula l-liġi? Jista’ jikkonferma li ħadd fuq dan il-bord m'għandu konflitt ta’ interess u impediment li jkun fuqu kif stipulat bil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mistoqsija simili tpoġġiet ukoll lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sajf li għadda x'passi ħadet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex il-promenade ta' Buġibba sal-Qawra tkun imżejna u msebbħa kif ukoll tibqa' tinżamm nadifa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MTA dan is-sajf assistiet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar f’servizz ta’ tindif kuljum matul il-promenade ta’ San Pawl, Buġibba u Qawra. L-MTA ħallset sabiex issir it-tieni frekwenza ta’ tbattil tal-bins matul il-promenade, u sabiex kuljum tinħasel parti mill-promenade biex tkun inħaslet kollha darbtejn fil-ġimgħa, apparti li ż-żona pedonali tinħasel tlett darbiet fil-ġimgħa.
L-
MTA
tellgħet erba’ (4)
week
e
nds
bi prova ta’ żona pedonali f'Buġibba, kif ukoll offriet divertiment bil-parteċipazzjoni ta’ baned,
face painters
, u attivitajiet oħra għat-tfal. L-
MTA
organizzat ukoll attività mużikali bħala parti mill-Malta Music Week u għenet finanzjarment sabiex tittella’ l-
Air Show.
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — Żieda ta' dawl fit-toroq
Question
Billi diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jew m'għandhom l-ebda dawl fit-toroq, inkella għandhom bżonn ta' aktar dawl għal matul il-lejl, jista' l-Prim Ministru jara li f'dawn it-toroq ikun hemm żieda tad-dawl kif meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar hu konxju mill-problema ta’ nuqqas ta’ dawl f’ċerti toroq fil-lokalità.
Il-Kunsill qed iġib stimi ta’ l-ispejjeż involuti biex skond ma jippremettulu l-finanzi jkun jista’ jindirizza din il-problema.
Jaf l-Prim Ministru li skont in-North West Plan li kien ġie approvat mill-Parlament, ma jistgħux jinħarġu permessi ta' bars jew pubs, fost affarijiet oħra, fl-Imdina jekk dawn ma jkunux sekondarji u formanti parti minn xi attrazzjoni? (Hawn qed nitkellmu fuq permessi Class 4 and 6). Jista' jispjega kif nonostante l-pjan approvat u l-projbizzjoni msemmija nħarġu permessi mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp għal ta' l-inqas żewġ stabbilimenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat jevalwa kull każ li jiġi quddiem skond it-termini tal-policy ċitata mill-Onorevoli Interpellant u jiżen l-area ta' Class 6 meta mqabbla mal-parti kulturali tal-proġett, u jirrikmanda rifjut kull fejn jidhirlu li l-applikazzjoni xxaqleb wisq lejn Class 6.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — xogħol fil-kanal tas-sukkursju
Question
Billi skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3176 hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp biex isir xi xogħol fil-kanal tas-sukkursju tas-Salina, li ilha pendenti quddiem din l-awtorità minn Marzu 2007, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iżomm milli l-proċess ta' din l-applikazzjoni jintemm fl-iqsar żmien possibli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tinsab fi stadju avvanzat ta' proċessar, u bħalissa qed isiru negozjati biex tittejjeb il-metodologija proposta għax-xogħlijiet. Billi s-Salini u s-Sukkursu huma ta' importanza kemm storika kif ukoll ekoloġika, huwa importanti li x-xogħlijiet isiru b'mod delikat u bil-galbu. L-inħawi huma wkoll protetti legalment bħala Area ta' Ħarsien Speċjali (taħt l-iskema Natura 2000) u bħala Santwarju tal-Għasafar, u huma wkoll skedati bħala Area ta' Importanza Ekoloġika, Sit ta' Importanza Xjentifika u sit ta' valur storiku u arkitettoniku.
L-Awtorità stess għamlet proposti alternattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett filwaqt li l-impatti ta' l-interventi jittaffew bl-aħjar mod possibbli.
Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store
Question
Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorita' għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-PQ tagħmel referenza għal strutturi agrikoli minuri ta' 4m². Fil-fatt din id-dimensjoni tirreferi għal pump chamber u mhux għal agricultural store kif indikat fil-PQ. Il-policy dwar pump chambers (u ġwiebi) hija mfassla f'Policy 2.6A tal-Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007). Fl-ebda każ pero' (pump chamber jew agricultural store) l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma titlob li ssir konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Veterinarju. L-unika konsultazzjoni li tintalab kemm fil-każ ta' pump chamber u fil-każ ta' agricultural store hija mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Awtorità tar-Riżorsi.
Din il-konsultazzjoni ma' dawn iż-żewġ entitajiet hija essenzjali sabiex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkun tista' tistabilixxi l-prinċipji relatati tal-proposta u jiffurmaw parti mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.
Fiċ-Ċirkulari għall-Periti (
Circular
3/08) hemm referenza għall-Appendiċi 3 tal-
Policy and Design Guidance
. Dan l-Appendiċi fih lista tad-Dipartimenti/Awtoritajiet li jridu jiġu kkonsultati skond it-tip ta' żvilupp propost u x'tip ta' informazzjoni trid tingħata mid-Dipartimenti/Awtoritajiet.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?
Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita f'Bormla, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2950 u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 2950.
Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' senior principal
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3784 u jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ senior principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4101, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3784.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3807 u 2691 u jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2691.
Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-segretarji permanenti kollha jingħataw bonus addizzjonali għax żdiedilhom ix-xogħol minħabba li naqsu l-għadd ta’ ministeri? Jekk iva kemm hu mistenni li jkun dan il-bonus addizzjonali? Dan se jingħata lil kulħadd awtomatikament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żjieda fid-doveri ta’ kull uffiċjal naturalment tittieħed in konsiderazzjoni meta jkun qed jiġi kkalkulat il-Performance Bonus u l-Allowance ta’ kull uffiċjal fl-eżerċizzju oġġettiv ta’ evalwazzjoni li jsir kull sena.