Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m'hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u kemm hemm jaħdmu preżentement ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi? Jista' jgħid ukoll ma' liema entità qed jaħdmu dawn il-ħaddiema preżentement u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub rigward l-ħaddiema li jidher li għandhom indirizzz fuq Għawdex huwa kif ġej:
Sena
Servizz Pubbliku
Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi li huma fid-dekasteru tal-Prim Ministru
2023
1,500
10
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Attendenza tax-xogħol u/jew timesheets
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Vacation leave requests u approvals
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Sick leave requests u approvals
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Special leave requests u approvals
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Work from home u/jew telework u/jew remote working requests
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Work from home u/jew telework u/jew remote working approvals
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba? Jista’ jpoġġi wkoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals għall-perjodu bejn l-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Positions of Trust - Salarji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13231 li ngħatat fit-13 ta' Novembru 2023, peress li din ma tweġibx dak mistoqsi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li okkupaw Position of Trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Prim Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15622 u 15623 tal-Leġiżlatura numru 13.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Positions of Trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Talbiet riferuti lill-Kummissarju
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari spiċċaw riferuti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Każijiet riżolti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien iż-żmien medju, massimu u minimu li damu sabiex jiġu riżolti każijiet dwar talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li ġew riferuti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Każijiet quddiem il-Qorti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-Qorti dwar talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkunsidrata t-talba li fil-Mellieħa tissemma triq għall-mibki s-Sur Joseph Borg, li 30 sena ilu kien l-ewwel Sindku tal-Mellieħa u pijunier fil-ħidma għat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll l-ewwel Sindku f’Malta li ffirma l-ewwel ġemellaġġ bejn lokalità Maltija (Mellieħa) u oħra barranija (Adenau - Ġermanja)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21707 tal-Leġislatura numru 13.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997, jista' l-Prim Ministru jagħti d-data tal-ingaġġ tal-persuni, jgħid b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika eċċ.) u kemm hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif li ngħatali mis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'konsulenzi jew ħatriet okkupa l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kienu dawn il-konsulenzi u l-ħatriet u kemm jitħallas għal kull konsulenza u ħatra? Jista’ jgħid ukoll x'konsulenzi jew ħatriet kien għadu qed jokkupa f'Awwissu 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li qed tagħmel referenza għaliha ma ngħatat ebda konsulenza jew ħatra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet fi ħdanu fil-perjodu li qed tirreferi għalih.