Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li huma fuq il-kotba tal-Vitals u Stewards? Jista’ jgħid kemm kienu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li fl-aħħar tliet snin reġgħu ġew trasferiti fuq il-kotba tal-Gvern Malti fejn oriġinarjament kienu ħaddiema mħallsa minn dak li kellu jkun is-sid ta’ Karin Grech u l-Isptar St Lukes?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm 89 impjegat irreġistrat fuq il-kotba ta’ Steward Healthcare u jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li fl-isptar Karen Grech hemm 185. Kien hemm 5 ħaddiema fl-isptar Ġenerali t’Għawdex u 40 oħra f’Karen Grech li reġgħu ġew transferiti minn fuq il-kotba ta’ Steward Healthcare għas-servizz pubbliku.

COVID-19 – servizzi lill-persuni b’diżabilità

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15004 u ċjoè: B'referenza għas-sitwazzjoni kawżata minn COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjonijiet separati għal Malta u għal Għawdex dwar a) liema servizzi ta' terapija għall-persuni b'diżabilità waqfu jingħataw; b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew; c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu; d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun; e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi issa s-servizzi kollha li jingħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa reġaw bdew jingħataw bħal ma kienu jingħataw qabel il-Pandemija tal-COVID-19. Tajjeb li ngħid li matul il-pandemija kull servizz, xorta baqa’ jingħata mid-Dipartiment tal-Emerġenza. Apparti minn hekk, matul l-imsemmi perjodu uħud mis-servizzi baqaw jingħataw b’diversi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sabiex b’hekk il-pazjenti xorta setaw jiġu segwiti.

Persuni jbatu minn mard respiratorju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju u jekk dan in-numru żdiedx wara l-imxija tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar tal-2017 sad-29 ta’ Frar ta’ din is-sena kien hemm 13,898 persuna li ngħatat il-mediċina għal kull tip ta’ mard respiratoju mill-POYC, filwaqt li bejn l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien kemm ta’ 1,269 persuna oħra li bdiet tingħata din it-tip ta’ mediċina.

Persuni jbatu minn mard respiratorju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju lokalità b’lokalità mill-2017 'l hawn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li sar fil-2014/2015 kien hemm 2% il-persuna li jbatu minn mard respiratorju kroniku (Chronic Obstructive Pulmonary Disease, COPD) u 8.9% il-persuna li jbatu mill-Asthma. Dawn huma maqsuma skont ir-reġjun kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. % ta’ nies li jbatu minn mard respiratorju 2014/2015. South Habour North Habour South Eastern West North Gozo Total COPD life time prevalence 2.2% 2.0% 1.1% 3.5% 1.0% 2.7% 2.0% Asthma life time prevalence 11.8% 7.8% 10.8% 9.1% 7.2% 4.5% 8.9% Dan l-istudju isir kull 5-6 snin.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa numru 1815 tal-2011

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji ta’ kif u sa fejn qed jiġu implementati kull wieħed mit-23 punt imniżżel fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa numru 1815 tal-2011 intitolat “The potential dangers of electromagnetic fields and their effect on the environment”? F’każ li dawn il-punti jew liema minnhom m’humiex qed jiġu implimentati, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra r-raġuni tad-dewmien u jekk hijiex l-intenzjoni li jiġu implimentati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju tas-Sovrattendenza tas-Saħħa Pubblika jimxi fuq id-direzzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Ninfurmah ukoll li l-bord li hu responsabbli mill-materji ta’ radjazzjoni ma jagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għalhekk nitolbu sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Użu ta’ frekwenzi elettro manjetiċi — regolamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega r-raġuni għaliex l-użu ta’ frekwenzi elettro manjetiċi għadu mhux kopert b’regolamenti definiti u ċari ai fini tas-saħħa pubblika? Jista’ jispjega r-raġuni għaliex fin-nuqqas ta’ dawn ir-regolamenti ta’ saħħa fl-użu tal-frekwenzi imsemmija, il-Gvern minflok jimplimenta bir-reqqa r-Riżoluzzjoni 1815 tal-Kunsill tal-Ewropa, qed jikkwota u jibbaża ruħu fuq sempliċi linji gwida ta’ NGO privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għandha konnessjonijiet qawwija mal-industrija, allura mhix Awtorità Pubblika u indipendenti, u kienet diġà definita b’mod l-iktar ċar fl-2011 mir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa fil-punt 7.2.9 tal-Memorandum Sjegatorju, bħala “NGO whose origin and structure are none too clear and which is furthermore suspected of having rather close links with the industries whose expansion is shaped by recommendattions for maximum threshold values for the different frequencies of electromagnetic fields”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NGO privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hija formalment rikonoxxuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala l-NGO fuq Non-Ionising Radiation.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa numru 1815 tal-2011

Question

B’referenza partikolari għall-punt 8.1.4 tar-Riżoluzzjoni 1815, u ċjoè: “pay particular attention to “electrosensitive” people who suffer from a syndrome of intolerance to electromagnetic fileds and introduce special measures to protect them including the creation of wave free areas not covered by the wireless network”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra timeline sabiex dan jiġi mwettaq? kif ukoll b’referenza partikolari għall-punt 8.3.2 tar-Riżoluzzjoni 1815 u ċjoè: “For children in general and particularly in schools and classrooms give preference to wired connections”, jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra timeline sabiex dan jiġi mwettaq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpelllant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mediċina Venlafaxine 75mg

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15657, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ħareġ mill-investigazzjoni dwar ir-recall tal-mediċina Venlafaxine 75 mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni interna li saret irriżulta li: 1. Meta nħarġet is-sejħa rispettiva għax-xiri tal-mediċina in kwistjoni, l-ispeċifikazzjoni ta’ rilaxx prolungat (modified/prolonged release) li l-prodott kellu jkollu tħalliet barra bi żball u mhux intenzjonalment; 2. L-iżball baqa ma ġiex identifikat fi stadji sussegwenti tal-proċess ta’ xiri u distribuzzjoni tal-medicina; 3. Hekk kif l-inċident inġieb għall-attenzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ittieħdet azzjoni immedjata sabiex il-mediċina li kienet għadha maħżuna ma tinħariġx għall-użu, filwaqt li l-mediċina li kienet ġa nħarġet ingħajtet lura (recalled) u nġabret. 4. Konsonanti mar-rakkomandazzjonijiet tal-istess investigazzjoni, sar u qed ikompli jsir tisħieħ tal-iStandard Operating Procedures li jkopri l-proċess tax-xiri u li jinkludi d-disinjar tal-ispeċifikazzjonijiet, l-evalwazzjoni tal-offerti tax-xiri sottomessi, x-xiri nnifsu, ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott mal-wasla u qabel jinħażen is-CPSU kif ukoll il-katina ta’ distribuzzjoni tal-prodott li ssegwi wara sa l-istadju li fih il-mediċina titqassam lill-pazjent. Dan kollu qed isir sabiex filwaqt li jkomplu jissaħħu l-proċessi u jinkiseb l-ogħla valur possibbli, sitwazzjoni simili tiġi evitata fil-futur. Ma jirriżultax li kien hemm rapporti ta’ pazjenti li sofrew xi effetti t’avversament, kawża tat-teħid ta’ din il-mediċina. Infurmat ukoll li l-ingredjent attiv kien l-istess fiż-żewġ formati tal-mediċina in kwistjoni.

Dipartiment tas-Saħħa — spezzjonijiet u testijiet fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk sarux spezzjonijiet u testijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina fejn fl-aħħar jiem kienu rrappurtati numru ta’ mwiet ta’ papri? Jekk saru, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali bħala parti mill-monitoraġġ għall-kwalita` tal-ilma baħar jigbor kampjuni ta’ kull gimgħa minn erba’ siti miż-żona tas-Salini; faċċata ta’ Triq it-Turisti, faċċata ta’ Triq ir-Rizzi, il-moll ta’ Ċens tal-Ġebla, u faċċata tal-ex-Coastline Hotel. Ir-riżultati tagħhom ikklassifikaw bħala tajba għall-għawm. Kodiċi tas-Sit Lokalita` tas-Sit Klassifika C29 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata ta’ Triq it-Turisti) Eċċellenti C30 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata ta’ Triq ir-Rizzi) Eċċellenti C31 Il-Bajja Tas-Salini (moll Ċens Tal-Ġebel) Tajba C32 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata tal-Ex Coastline Hotel) Eċċellenti

Ċimiterju Omm tal-Ħniena — xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta hu mistenni jitkompla u jitlesta x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kuntrattur ma kompliex bix-xogħol skont it-termini tal-kuntratt, għaddejjin diskussjonjiet kemm nterni kif ukoll mad-Dipartimenti tal-Kuntratti biex jittieħdu l-passi neċessarji u jkun jista’ jitkompla il-proġett.

Appuntamenti għall-outpatients – użu ta’ email

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-faċilità li l-appuntamenti għall-outpatients isiru bl-email, fejn il-pazjent jikkonferma li għandu aċċess għall-użu tal-email?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi apparti s-sistema eżistenti ta’ appuntamenti għal-Outpatients, is-sistema preżenti tippermetti li l-pazjenti jiġu nfurmati b’sms.

Kumpanija – Direct Orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14462 u jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019, sena b’sena, u għal xiex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tad-direct orders orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019 li nghataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Kumpanija – Direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14460, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ xiri ta’ tagħmir bid-direct negotiation mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mingħand il-kumpanija li kienet msemmija separatament inxtraw 13 il-ventilator bħala parti mill-preparamenti għal-pandemija tal-COVID-19.

Kumpanija – Direct Orders

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14463 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta’ flus imħallsa lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal dak ix-xiri ta’ apparat mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress illi din l-informazzjoni diġa tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra u allura issa hija pubblika, kull informazzjoni oħra relatata ma’ prezzijiet tkun qed tikser il-kunfidenzjalita kummerċjali.

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru swabs għal COVID-19 s’issa, maqsuma xahar b’xahar minn Frar 2020 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal lum saru 102,394 swab tests għal COVID-19. Nirreferiha ukoll għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ swabs li saru kull xahar mill-1 ta’ Frar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Xahar Numru ta' Swabs Frar 2020 156 Marzu 2020 7655 April 2020 26207 Mejju 2020 37767 Ġunju 2020 26521

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi li fil-fatt għamlu l-iswabs għal COVID-19 wara li tneħħew ir-re swabbings ta’ individwi, xahar b’xahar minn Frar 2020 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ individwi li għamlu l-swab test (individwi li għamlu re-swabbing esklu¿i) minn Frar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Xahar Numru ta' Individwi Frar 2020 150 Marzu 2020 6835 April 2020 22185 Mejju 2020 28961 Ġunju 2020 17721

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi li għamlu re-swabbing għal COVID-19 minn Frar 2020 sal-lum u kemm-il darba swabbjaw dawn l-istess individwi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ individwi li għamlu re-swabbing kif ukoll in-numru ta’ swabs li għamlu dawn il-persuni, minn Frar ta’ din is-sena sal-1 ta’ Lulju. Numru ta’ Swabs Numru ta’ Individwi 2 10027 3 2513 4 870 5 429 6 228 7 158 8 60 9 44 10 jew iktar 47

Sptar Monte Carmeli – pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli jistennew biex jidħlu f’long term care?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa ġewwa l-isptar Monte Karmeli qed ikompli jsir assessjar lir-residenti kollha sabiex jiġu ddentifikati dawk il-pazjenti li jkun ta’ aktar benefiċċju għalihom li jidħlu f’long term care, filfatt f’dawn l-aħħar sentejn harġu 185 pazjent minn dan l-isptar għal-LTC.

Pazjenti f’long term care

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – każijiet pożittivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 reġistrati għal kull nazzjonalità mill-bidu tal-pandemija sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Nazzjonalità Numru ta’ każijiet (Mis-7 ta’ Marzu 2020 sat-2 ta’ Lulju 2020) Maltija ( Malta ) 469 Indjana ( India ) 31 Taljana ( Italy ) 22 Sudani¿a ( Sudan ) 18 Filippina ( Philippines ) 12 Ingli¿a ( United Kingdom ) 12 Somala ( Somalia ) 9 Pakistana ( Pakistan ) 7 Spanjola ( Spain ) 7 Tal-Gambia ( Gambia ) 6 Tal-Bangladesh ( Bangladesh ) 5 Serbjana ( Serbia ) 5 Taċ-Chad ( Chad ) 4 Tal-Eritrea ( Eritrea ) 4 Sirjana ( Syria ) 4 Libjana ( Libya ) 4 Tal-Kosta tal-Avorju ( Ivory Coast) 3 Marokkina ( Morocco ) 3 Norveġiza ( Norway ) 3 Tas-Senegal ( Senegal ) 2 Tal-Etjopja ( Ethiopia ) 2 Tan-Nepal ( Nepal ) 2 Niġerjana ( Nigeria ) 2 Griega ( Greece ) 2 Portugi¿a ( Portugal ) 2 Tal-Ukrajna ( Ukraine ) 2 Ungeri¿a ( Hungary) 2 Iranjana ( Iran) 1 Irlandi¿a ( Ireland ) 1 Russa ( Russia ) 1 Ġappuni¿a (Japan) 1 Tat-Togo ( Togo ) 1 Albani¿a ( Albania ) 1 Amerikana ( United States of America ) 1 Tal-Maċedonja ta’ Fuq ( North Macedonia ) 1 Bulgara ( Bulgaria ) 1 Kanadi¿a ( Canada ) 1 Tal-Mali ( Mali ) 1 Tune¿ina ( Tunisia ) 1 Kolombjana ( Colombia ) 1 Eġizzjana ( Egypt ) 1 Tan-New Guinea ( New Guinea ) 1 Ċini¿a ( China ) 1 Finlandi¿a ( Finland ) 1 Franċi¿a ( France ) 1 Tas-Sri Lanka ( Sri Lanka ) 1 Tal-Georgia ( Georgia ) 1 Alġerina ( Algeria ) 1 Ġermani¿a ( Germany ) 1 Tal-Ghana ( Ghana ) 1 Ta’ Hong Kong ( Hong Kong ) 1 Rumena ( Romania ) 1 Svedi¿a ( Sweden ) 1 Torka ( Turkey ) 1