Mill-ewwel indikazzjoni preliminari li setgħet ħejjiet il-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jagħti figura indikattiva ta’ kemm:
a) nies mistennija jiġu
redundant
minn mal-korporazzjoni;
b) kemm mistennija jiġu
redeployed
ma' dipartimenti oħrajn tal-kumpanija; u
c) kemm huwa ttamat li japplikaw għall-iskema voluntarja ta' irtirar kmieni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel redeployment tal-impjegati tagħha skont l-esiġenzi tal-istess Korporazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Korporazzjoni mhix qed taħseb dwar redundancies tal-impjegati tagħha. L-iskemi ta’ rtirar jiġu mfassla fl-eventwalità li l-Koprorazzjoni tħoss il-bżonn ta’ tnaqqis tal-
workforce
tagħha.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti.
Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda ta-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju, Settembru u Diċembru 2011 li kienu jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiem; (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem u (iv) minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu disponibbli n-numru ta’ kumpaniji b’indirizz tagħhom f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tas-sena 2010. Is-sors huwa l-Business Register. Ta’ min jinnota li dan ir-reġistru huwa kontinwament aġġornat b’ informazzjoni ġdida u għaldaqstant, il-figuri f’din it-tabella huma suġġetti għal aġġornamenti.
Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-2011 għadha qed tinġabar. Ta’ min jinnota li statistika ta’ din it-tip tkun disponibbli biss fuq bażi annwali.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-Task Force
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew imqabbda skont mistoqsija parlamentari 24972 mingħajr ma jagħti kemm tħallsu? Jista' jgħid jekk il-ħlas sarx mill-gvern jew inkella mill-Air Malta stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32390 u jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet ippreżentawx ir-rapport mitlub sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza bi 2% kif kien ġie espress mill-istess Ministru? Jekk iva, liema kienu dawn id-dipartimenti li għamlu dan? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed jiġu mpoġġija kopja tar-rapporti li ġew ippreżentati mid-dipartimenti u mill-entitajiet fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza bi 2% jew aktar.
B’referenza għal-lista tal-entitajiet li kienet inpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 t’Ottubru 2011, erba’ entitajiet li kienu fuq din il-lista ma ppreżentawx rapporti fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, u kien hemm entità li skont ir-rapport ippreżentat, l-effiċjenza kienet inqas minn 2%.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30081, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31811.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jiżdied l-athenonol mal-unleaded fuel tal-karozzi? Jekk iva:
a) kif qed jaffetwa l-konsum;
b) xi ħsara qed issir fuq il-magna tal-karozza;
ċ) kemm (bejn wieħed u ieħor) tiġi l-ispiża sabiex issir il-modifikazzjoni meħtieġa biex tiġi evitata xi ħsara; u
d) min se jagħmel tajjeb jekk ċerta vettura diġà ħarbu ħsarat kaġun ta' hekk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-terminu korrett huwa ethanol u mhux athenonol.
Ninsab infurmat li l-Enemalta mhix qed iżżid l-ethanol mal-
fuel
tagħha, inkluż l-
unleaded petrol.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32586 u cioè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat, skont kif elenkat u provdut fil-line items tal-estimi li jitqassam mad-diskors tal-budget, taċ-ċifri globali ppreżentati fl-imsemmija tweġiba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-każ li fih ajruplan tal-Air Malta kellu jittardja t-tluq tiegħu minħabba każ ta' allegat serq ta' mobile phone? Min ta l-ordni biex l-ajruplan jitwaqqaf milli jitlaq? Kemm swiet lill-Air Malta din id-deċiżjoni? Kemm kien hemm każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni simili fil-passat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32732 u jgħid x'inhi r-raġuni għala is-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru tal-Finanzi, li hemm f'pożizzjoni li jgawdu minn performance agreement? Min huma dawn il-persuni u x'kariga attwalment jokkupaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex is-sistema tal-fossa tispiċċa mit-triq li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament f'Ħaż-Żabbar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Billi r-residenti fi Triq il-Ħobbejża Rabat ilhom żmien twil jirrapportaw l-ilment tagħhom għar-raġuni ta' nuqqas ta' pressa tal-ilma fir-residenzi tagħhom, jista' l-Ministru jara li jivestiga x'qed jikkawża dewmien kif ukoll jirrimedja b'soluzzjoni immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taf li teżisti problema ta’ pressa baxxa tal-ilma f’parti minn Triq il-Ħobbejza fir-Rabat. Din hija kawżata minn mejn qadim tal-ħadid galvanizzat u din il-problema tissolva wara li jinbidel dan il-mejn. Fil-fatt, il-Korporazzjoni fasslet programm biex jinbidel dan il-mejn xi snin ilu u saħansitra ntgħażel kuntrattur biex iwettaq il-proġett. Madanakollu ma setax jinbeda x-xogħol meħtieġ qabel jinħareġ permess mill-MEPA, peress li din hija area sensitiva. Il-permess inħareġ madwar xahar ilu u issa qed isiru l-preparamenti biex jinbeda x-xogħol.
Korporazzjoni Enemalta — kwestjoni dwar ħaddiema li kienu esposti għall-asbestos
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ilmenti minn eks-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta dwar ħsara li saritilhom minħabba l-użu tal-asbestos fuq il-post tax-xogħol? Kemm hemm minn dawn l-ilmenti? Jista’ jgħid jekk dawn il-każijiet humiex simili għal dawk il-madwar 400 każ li kien hemm fid-Drydocks? Kif qiegħda tilqa' dawn l-ilmenti l-korporazzjoni u x’inhuma l-pjanijiet tal-korporazzjoni biex issolvi dawn il-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Enemalta kellha lment wieħed mingħand eks-impjegat tal-Korporazzjoni dwar ħsara li saret minħabba l-użu tal-asbestos.
Dan il-każ kien qiegħed jiġi diskuss bejn l-avvukati taż-żewġ partijiet. Sad-data tal-lum, l-Enemalta qiegħda tistenna risposta minn naħa tal-avvukati li qed jirrappresenta lill-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il demand notice ħareġ il-Kummissarju għat-Taxxi Interni xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont mitlub b'mod totali xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi s-sistema jew prassi ta’ ġbir tal-arloġġi temporanji tad-dawl li jintużaw mill-gabbani/stands tal-festi wara li tintemm il-festa konċernata? Liema huma l-proċeduri li l-Korporazzjoni Enemalta qed tuża meta taqla’ dawn l-arloġġi temporanji tad-dawl minn fuq il-high tension wires li jkunu mqabbdin magħhom għall-istess użu tal-istess sidien tal-gabbani? Jekk dawn l-arloġġi jinġabru mill-istess ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, dawn fejn qed jittieħdu/jinżammu sakemm jiġu rtirati mill-istess sidien? Jista’ jgħid ukoll jekk jeżistix xi tip ta’ reġistru fejn jiġi ffirmat l-isem tal-individwu u jekk tiġix irreġistrata l-karta tal-identità tal-istess individwu li jiġbor dan l-arloġġ mill-Uffiċċju/Distrett ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċess biex jitneħħa s-servizz temporanju li jintuża għall-gabbani/stands tal-festi jikkonsisti billi ssir appuntament mal-klijent fuq is-sit, fejn hemmhekk jinqara il-meter u jiġi skonnettjat minn mas-sistema tal-elettriku. Il-konsumatur jieħu l-kaxxa bil-meter u jiffirma fuq il-formola. Meta l-appuntament ma jinżammx, ġeneralment il-kaxxa bil-meter tinqala’ minn nies tal-Enemalta u tittieħed f’uffiċċju tad-distrett ikkonċernata. Meta l-konsumatur jiġi biex jieħu l-kaxxa jintalab juri l- I.D. card tiegħu u jiffirma l-formola.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32202, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni u jgħid kemm vetturi kummerċjali qasmu (a) minn Għawdex għal Malta u (b) minn Malta għal Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel sena sena mill-2000 sas-sena 2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għaċ-Ċirkewwa u għal Sa Maison?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.