Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16605 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni matul is-sena 2009 u 2010? F'liema lokalità nqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra inqabdu 61 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 335 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 55 persuna li b’kollox tressqu l-Qorti 131 darba. Infurmat ukoll li dawn inqabdu fil-lokalitajiet f”Ta’ Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.
Leg 11 PQ #16606 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li jpejpu f'postijiet projbiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jpejpu f'postijiet ipprojbiti matul is-sena 2009, u din is-sena, xahar b'xahar? F'liema lokalità inqabdu? X'kien l-ammont ta' flus li inġabru fuq dan il-ksur ta' liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li nqabdu jpejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit matul l-2009 u l-ewwel tliet xhur tal-2010 f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex kien ta' 3,212 kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- Jan Frar Mar Apr Mej Gun Lul Aw Set Ott Nov Dic 2009 321 325 361 215 239 161 123 127 232 154 110 196 2010* 230 198 220 - - - - - - - - - * sal-31.03.10 Peress li kawżi bħal dawn isiru mit-Tribunal Lokali, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-aħħar mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #16694 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Personal Issue bullet proof vest

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw personal issue bullet proof vest biex b'hekk jiġi evitat li partikolarment fil-jiem sħan din ma tintlibisx minn persuna għal oħra u kif ukoll biex b'hekk din tkun ta' daqs tajjeb għal min jilbisha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi qegħdin isiru covers tad-drapp sabiex jingħataw bħala issue personali lill-membri tal-Korp ħalli dawn ikunu jistgħu jilbsuhom fuq il-bullet proof vests. B’hekk ikun evitat il-kuntatt bejn persuna u oħra li jużgħaw l-istess bullet proof vest.
Leg 11 PQ #16762 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

sentenzi diferiti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16411, nixtieq ninforma lill-Ministru li l-mistoqsija kienet fuq każijiet li bdew jinstemgħu u għadhom ma nqatgħux għax is-smiegħ kien diferit bosta drabi. Jista' l-Ministru jwieġeb f'dan is-sens?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mir-records kompjuterizzati li bdew jinżammu minn Mejju 2000 jirriżulta illi hemm pendenti is-segwenti kumpilazzjonijiet li ilhom aktar minn ħames snin li bdew jinstemgħu:- Infurmat ukoll illi l-informazzjoni addizzjonali li ntalbet ma tinżammx taħt forma ta' statistika, però fin-normal il-kawżi jiġu differiti minħabba diversi raġunijiet fosthom nuqqas ta' dehra tal-imputat, indisposizzjoni tal-ġudikant/uffiċċjal prosekutur/difensur jew xhud, proroga jew raġunijiet diversi oħra.

Investigazzjoni dwar il-qtil ta' Karen Grech

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda u investigazzjonijiet ġodda fil-każ tal-qtil tal-innoċenti tfajla Karen Grech, li kienet inqatlet wara li intbagħtet ittra bomba lil missierha għaliex dan kien qiegħed jaqdi lil poplu Malti u Għawdxi fl-isptar tal-poplu? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jkun hemm żviluppi ġodda u informazzjoni ġdida f'dan il-każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha attiva u l-Pulizija qed issegwi pista u kull ħjiel ta' informazzjoni li tidħol għandha minn żmien għal żmien inkluża din li ġiet mgħoddija lilha riċentement. Infurmat ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija xehed fit-tul, f'kawża li hemm quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar il-kors ta' din l-investigazzjoni. Għall-informazjoni ta' tal-Onorevoli Membru, kopja ta' din ix-xhieda qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

każijiet ta' qtil mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ mhux solvut ta' qtil għandha l-Pulizija quddiemha u kemm ilhom dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għandha quddiemha 43 il-każ ta' qtil mhux solvut u li l-ewwel wieħed imur lura għall-1972.
Leg 11 PQ #16231 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Notifiki maħruġa mill-Qorti tal-Familja

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex f’daqqa waħda n-notifiki maħruga mill-Qorti tal-Familja, li minħabba n-natura urgenti tagħhom kienu joħorġu b’mod awtomatiku bil-purtier, illum m’għadhomx hekk joħorġu ħlief jekk ikun hemm ħlas żejjed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Avviż Legali Nru. 397/2003 u t-tariffi annessi mal-Kap. 12, fi stadju ta’ medjazzjoni ma jsirx ħlas għat-tqassim ta’ notifiki min-naħa tal-partijiet. Fil-kontenzjuż, in-notifiki jitħallsu b’nofs ir-rata normali, skont kif stipulat fit-tariffi annessi mal-Kap. 12. It-tqassim tan-notifika, kemm jekk isir bil-posta jew bil-purtier, huwa dettat mil-Liġi (bħal fil-kaz ta’ rikorsi ġuramentati jew f’rikorsi oħrajn), skont kif tiddeċiedi l-Qorti. Il-parti tista’ wkoll tagħżel li toħroġ notifika bil-purtier bil-ħlas appożitu. It-Tariffa li tintalab hija dik stabbilita fit-Tariffa A, Regolament 6 (1), jekk tkun bil-posta u Regolament 6 (3) jekk tkun bil-purtier. Notifiki li huma obbligati bil-liġi li jsiru bil-purtier jitħallsu skont ir-Regolament 6(1) hawn fuq imsemmi. F’dawk il-każi fejn notifika ssir bil-purtier, meta setgħet issir bil-posta, allura l-ħlas isir kif stipulat fir-Regolament 6 (2) tat-Tariffa A. L-Avviż Legali 132 tal-1995 – “Regoli dwar in-Notifiki ta’ Atti Ġudizzjarji bil-Posta” - tispeċifika liema huma dawk l-atti li għandhom joħroġu bil-posta u liema bil-purtier. Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-proċeduri ta’ ħlasijiet li għadni kif spjegajt hawn fuq qed jiġu segwiti preżentement kemm f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #16232 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tariffi tal-ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex it-tariffi ta’ l-ittri uffiċjali jidher li qed iqumu aktar quddiem il-Qorti Inferjuri milli quddiem il-Qorti Superjuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-istess tariffi tal-ittri uffiċjali japplikaw kemm għar-Reġistru tal-Qorti Superjuri kif ukoll għal dak Inferjuri. Infurmat ukoll li dan huwa l-każ kemm fil-Qorti ta' Malta kif ukoll fil-Qorti ta' Għawdex.
Leg 11 PQ #16233 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex ir-Reġistru tal-Qrati mhux qed jaċċetta aktar atti ppreżentati quddiem il-Qrati Inferjuri ffirmati solament minn prokuratur legali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-prattika adoperata fil-Qrati Inferjuri għadha l-istess kif kienet sa qabel saret l-interpellanza.
Leg 11 PQ #16234 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati u Prokuraturi legali li jaħdmu mal-Avukat Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi min huma l-avukati u l-prokuraturi legali li jaħdmu ma’ l-Avukat Ġenerali u jindika l-grad u r-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16271 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sex offenders register

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu f'termini konkreti l-proposti għal sex offenders register?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-leġislazzjoni tinsab fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #16427 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16055 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu 2009 u 2010 ma ngħataw l-ebda kuntratti jew direct orders lill-kumpaniji jew persuni li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16522 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Minister tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddejjin bis-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm minnhom taħt il-25 sena? Jista' jgħid kif inumha mqassmin is-sentenzi tagħhom fuq perjodu ta' xhur u snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li qed jiskontaw is-sentenza tagħhom sal-20 ta' April 2010 kien ta' 415 li minnhom hemm 71 taħt il-25 sena. Infurmat ukoll li s-sentenzi huma mqassmin kif ġej:-
Leg 11 PQ #16210 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kawżi ċivili

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm ġew assenjati kawżi ċivili mis-sena 2008 sal-2010 lill-Qorti tal-Maġistrati u jindika maġistrat b'maġistrat kemm inqatgħu sentenzi ċivili?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kawżi ċivili li ġew assenjati lill-Qorti tal-Maġistrati fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja (Malta) Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 2008 415 180 2009 504 164 2010 108 39 (sal-31 ta' Marzu) 1,027 383 Infurmat ukoll li l-kawżi terminati Maġistrat b'Maġistrat għall-istess perijodu huwa kif ġej:-
Leg 11 PQ #16211 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kawżi kriminali diferiti

Question

Jista' l-Ministru jindika preżentament u jagħti dettalji u jsemmi maġistrati b'maġistrat kemm hemm kawżi kriminali (kumpilazzjonijiet) diferiti għas-sentenza u kemm ilhom hekk differiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16212 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi ċivili diferiti għas-sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jindika preżentament u jagħti dettalji u jsemmi imħallef b'imħallef kemm hemm kawżi ċivili diferiti għas-sentenza? Kemm ilhom diferiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16213 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

reati konnessi b'sewqan taħt influwenza tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm kien hemm nies imressqa l-Qorti b'reati konnessi b'sewqan taħt influwenza tax-xorb?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 333 persuna mressqa l-Qorti b'reati konnessi ma' sewqan taħt l-influwenza tax-xorb kif spjegat fit-tabella ta' hawn taħt:- Sena Numru ta' Persuni 2007 108 2008 92 2009 84 2010 49 (sal-aħħar ta' Marzu) TOTAL 333
Leg 11 PQ #16214 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — lawrja ta' avukat jew prokuratur legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentament uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għandhom il-lawrja ta' avukat jew prokuratur legali u jindika x'tip ta' xogħol qed jiġi assenjat lilhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm ħames uffiċjali li għandhom il-lawrja ta' Avukat u tnejn ta' Prokuratur Legali. Infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali jiġu assenjati xogħol skont il-ħtieġa tal-Korp.
Leg 11 PQ #16487 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liċenzji mħallsa fl-għases tal-pulizija għal amusement machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' liċenzji li qed jitħallas il-permess għalihom fl-għases tal-pulizija in konnessjoni ma' amusement machines jew kaxxi tal-logħob ta' tip ieħor?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk maħruġa skont ir-Regolamenti Dwar ir-Restrizzjoni tal-Użu ta' Makni tad-Divertiment (L.S. 10.36).