Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux lista ta’ prezzijiet ġdida għas-servizz li joffru t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, minn meta hu ħa l-kariga tiegħu bħala Ministru tat-Turiżmu f’Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninform lill-Onor. Interpellant li r-rati tal-Malta Film Studios huma bbażati skont is-suq u kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru produzzjonijiet ta’ films jew xogħlijiet simili fil-qasam awdjo-viżiv minn investituri jew interessi barranin mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u kemm minnhom intużaw it-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li l-Kummissjoni tal-Films iżżomm statistka ta’ dawk il-produzzjonijiet li jkunu għamlu kuntatt magħha u applikaw għall-inċentivi finanzjarji. Mill-2013 sal-lum kien hawn 48 produzzjoni minn investituri jew interessi barranin f’Malta li bbenfikaw minn xi għajnuna mill-Kummisjoni tal-Films. Minn dawn it-48 produzzjoni, 16-il produzzjoni u¿aw il-faċiltajiet li jinsabu fil-Malta Film Studios. Kien hemm 4 produzzjonijet oħra li użaw il-faċilitajiet iżda ma applikawx għall-inċentivi finanzjarji li toffri il-Kummissjoni.
Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 5 kumpanijji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015.
Wara skrutinju tal-applikazzjonijiet, il-5 kumpaniji kollha għaddew għat-tieni stadju tal-proċess. Fit-tieni stadju, il-Kummisjoni tal-Films ippubblikat Request for Proposals f'Settembru 2016 li għaliha il-5 kumpaniji intalbu jippreżentaw il-proposti tagħhom.
Mill-5 kumpaniji, għall-proċess tal-RFP, kienet il-kumpanija Golden Zephyr Ltd li ppreżentat proposta. Wara li din il-proposta ġiet eżaminata ġiet meqjusa bħala
technically non-compliant
.
Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali – applikazzjonijiet minn kumpaniji jew ditti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija jew ditta jew entità oħra applikat għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu ħamsa (5) il-kumpaniji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjani tal-Gvern għat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios u senjatament, jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu privatizzati?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tankijiet tal-Malta Film Studios huma strateġiċi għal pajjiżna u għalhekk qegħdin jiġu evalwati possibiltajiet differenti sabiex dawn it-tankijiet jiġu utiliżżati bl-aħjar mod possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid min imexxi t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara llum? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission għandhiex xi rwol f’din it-tmexxija u jekk iva, ma jidhirlux li dan ipoġġi lill-Malta Film Commission f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tankijiet tal-Malta Film Studios huma amministrati mill-Kummissjoni tal-Films f’Malta fl-aħjar interess tal-qasam tal-films f’Malta.
Ministeru għat-Turiżmu – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati konferenzi ta' daqs medju f'Għawdex fl-aħħar ħames snin u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Conventions Malta ġabru nformazzjoni mingħand l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu u kif ukoll permezz ta' nformazzjoni miġbura minghand diversi stakeholders, u jirriżulta li saru bejn ħamsin u ħamsa u sebgħin konferenza minn żgħira sa medja. Ta' min isemmi wkoll li s-sena l-oħra saru wkoll madwar 12-il konferenza b’relazzjoni mal-Presidenza tal-EU 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn boutique hotels reġistrati ġewwa pajjiżna maqsuma skont il-lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awitorità tat-Turiżmu hija rregolata mill-Att dwar is-Servizzi tal-Ivjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta u l-Legiżlazzjoni Sussidjarja. Fil-liġijiet imsemmija m’ hemmx provvediment ta’ liċenzja speċifikament għall-kategorija ta’ Boutique Hotels. Skont is-servizzi li joffru u l-kriterji li jissodisfaw, dawn it-tip ta’ akkommodazzjonijiet turistiċi ġeneralment joperaw b’ liċenzja ta’ Guest House. B’kollox bħalissa hemm sebgħa u ħamsin (57) liċenzja attiva ta’ Guest House li minnhom jinkludu dan it-tip ta’ akkommodazzjoni. Il- Gvern però qiegħed fil-proċess li jinkludi din il-kategorija, kif ukoll oħrajn fil-liġi l-ġdida li qegħda fil-proċess li tiġi mressqa.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stabbilimenti fil-Marsa li għandhom permess ta’ operat mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) u għal kull stabbiliment jgħid għal xiex huma liċenzjati li joperaw u sa x’ħin għandhom permess li jibqgħu miftuħin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentament fil-lokalità tal-Marsa għandha dawn l-istabbilimenti liċenzjati:
Bars
38
Snack Bars
15
Kiosks
1
Ristoranti
1
Aġenziji tal-Ivjaġġar
3
L-istabbilimenti tal-ikel għandhom permess joperaw sas-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs).
Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu – Għawdex — konferenzi
Question
Peress li settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu, huwa s-suq tal-konferenzi, jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu biex konferenzi b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju, ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu jemmen li Għawdex għandu l-potenzjal jospita numru ta’ konferenzi ta’ daqs medju grazzi għall-infrastruttura preżenti fil-qasam tal-MICE. Min-naħa tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nfisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE. Filfatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva. Il-Conventions Malta tikludi lill-Għawdex fiż-żjarat li torganiżża lill-mezzi tax-xandir.
Fl-istess ħin il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħdin jiddiskutu mal-Ministeru għal-Għawdex sabiex jiżviluppaw opportunitajiet ġodda għall-gżira Għawdxija u jipparteċipaw f’fieri MICE barra l-pajjiż.
Peress li l-eżempju tal-prodott Għawdxi tal-Farmhouse, jista' jservi bħala mudell sabiex wieħed joħloq prodott li jkollu l-kapaċità li joffru attrazzjoni ġdida filwaqt li jesponi dak kollu li huwa Għawdxi, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar it-Turiżmu għandhiex il-ħsieb li tfassal policy fuq livell reġjonali u nazzjonali u jsiru linji gwida fir-rigward tal-Agro Turiżmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-riforma tal-liġi li qed issir bħalissa qed jiġu mgħarrfin għall-ewwel darba kategoriji ġodda li jiddistingwu mid-djar tradizzjonali, djar antiki awtentiċi u anke rziezet li għadhom jiffunzjonaw. Hemm ukoll labels ġodda li jagħrfu x-xogħol propju tal-agro-turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-early retirement schemes għall-impjegati tal-Airmalta li diġà saret referenza għalihom fil-pubbliku, humiex lesti? Dawn minn fejn ser jiġu ffinanzjati? Sar provvidement fil-pjan finanzjarju tal-gvern għas-sena 2018, jekk ser jitħallsu mill-gvern u mhux mill-kumpanija? Il-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata b’dawn l-iskemi? Hemm state aid clearance min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea? Hemm ħsieb li l-impjegati tal-Airmalta jiġu trasferiti fis-servizz pubbliku jew fis-settur parastatali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-early retirement schemes tfasslu u maqbula mar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija u jibdew jitħallsu malli jiġu konklużi l-ftehimi kollettivi. Dawn se jitħallsu mill-Kumpanija u mhux mill-Gvern u allura m’hemm l-ebda State Aid.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt ta' Marsaxlokk?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fuq il-proġett tar-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk bdew f’Lulju tal-2016. B’rabta ma’ dan il-proġett saru xogħlijiet fuq il-junction li tgħaqqad Triq M’Xlokk, Triq Axtart u Triq Żejtun li lkoll inqalgħu u ngħataw asfalt ġdid u sarulhom servizzi ġodda kif ukoll sar tisbieħ tar-roundabout permezz ta’ tħawwil ta’ siġar.
Intant, dwar il-parti tax-xatt beda proċess ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders kollha nvoluti fosthom mal-entitajiet li jipprovdu s-servizzi fosthom l-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, mal-pubbliku inġenerali, mal-bejjiegħa tal-Monti u anke m’entitajiet oħra fosthom mall-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-MHRA.
Ftit tal-jiem ilu beda wkoll ix-xogħol fuq il-parkeġġ ġdid li se jsir wara l-grawnd tal-football ta’ Marsaxlokk, li mistenni joffri aktar minn mitejn parkeġġ ġdid għar-residenti u anke t-turisti li jżuru dan il-villaġġ pittoresk.
Intant, it-tieni fażi tax-xogħlijiet mistennija jinkludu ż-żona tal-Magħluq filwaqt lit-tielet fażi se tinkludi xogħlijiet fuq iż-żona fejn jarma l-Monti. Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett għaddejin b’ritmu maqbul mal-istakeholders u r-riżultat aħħari tiegħu mistenni jkun ta’ benefiċċju kemm għar-residenti ta’ dan il-lokal, it-turisti li jżuruh, is-sajjieda u l-istabbilimenti kummerċjali.
Ministeru għat-Turiżmu — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-karozza użata mill-Ministru hija hekk kif ġej:
2014
€ 3,613.94
2015
€ 3,814.21
2016
€ 3,935.53
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-vettura uffiċjali għas-snin 2010, 2011 u 2012 kienet ta’ € 14,221.42.
NSO – tourist arrivals u bed nights — metodoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’metodoloġija tintuża biex in-National Stastics Office (NSO) jiddetermina n-numru ta’ tourist arrivals u bed nights f’pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta– postijiet reġistrati li joffru private accomodation lit-turisti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 679, jista’ l-Ministru jindika jekk numru ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk wieħed jiġix definit taħt liċenzja waħda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li liċenzji fuq appartamenti/residenzi jiġu approvati individwalment. B’hekk grupp ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk ma jistgħux joperaw taħt liċenzja waħda sakemm ma jkunux ikkonfermati bħala residenza waħda.
Ministeru għat-Turiżmu – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1754 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma jaħsibx il-Ministru li l-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa wasal iż-żmien li jsir investiment xieraq fuqu bħal xogħlijiet oħra li saru tul l-aħħar 20 sena fuq promenades simili madwar Malta u Għawdex f'żoni mhux biss turistiċi iżda anke żoni li jattiraw ħafna familji Maltin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa qiegħed fuq il-lista’ ta’ proġetti ta’ prijorita’ li għandha l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Fis-Sajf li għadda ħaddiema tal-MTA, l-MTI u l-Fondazzjoni għaż-żoni Turistiċi għamlu xogħlijiet siwja ta’ manutenzjoni u interventi biex tiżdied l-aċċessibilita’. Sar xogħol ta’ tikħil u żebgħa ta’ bollards u l-istrutturi tal-pilastri u s-sottobank tal-konkos, ġew irranġati l-bankijiet tul il-promenade kollu, sar manutenzjoni tal-picnic tables fuq ix-xatt, xogħol ta’ żebgħa tal-barrikati u l-dwal pedonali fost l-oħrajn. Fix-xhur li ġejjin sa jkun imħabbar programm ta injizjattivi biex tiġi upgraded il-bajja.