Legislature:
Category:
Reset
Active:

TM — Xogħlijiet fit-toroq - Reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta (TM) żżommx xi forma ta’ reġistru fejn jiġu elenkati x-xogħlijiet fit-toroq li jsiru minn entitajiet (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jipprovdu utilitajiet fosthom id-dawl, l-ilma u t-telefonija? Jekk jinżamm tali reġistru, jista’ jgħid jekk hux aċċessibbli għall-pubbliku u kif wieħed jista’ jara tali reġistru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Ix-xogħlijiet li jsiru fit-toroq mill-entitajiet kollha jgħaddu mill-proċess ta’ applikazzjoni għal permess ma’ Transport Malta. L-informazzjoni dwar dawn ix-xogħlijiet tibqa’ tinżamm fis-sistema tal-permessi (Road Permitting System). Din is-sistema hija aċċessibbli minn dawk l-entitajiet kollha involuti fix-xogħlijiet tat-toroq inkluż il-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant l-informazzjoni hija aċċessibbli mill-Kunsilli Lokali.

Il-Mellieħa — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Mellieħa u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Mellieħa jinkludu t-Telgħa ta’ Selmun, Mistra Bridge, Triq Wettinger, Triq l-Aħrax tal-Mellieħa, Mellieħa/Marfa Roundabout, Triq Little Armier, Triq il-Marfa, Dawret il-Mellieħa (Miżieb), Triq it-Torri l-Abjad, Daħħlet ix-Xmajjar, Triq Għar u Casa, it-taraġ fi Triq it-Tgħam, Triq tad-Dahar, Triq il-Wied ta’ Ruman, Triq il-Kappella tal-Militar, Triq in-Nahhalija, Triq il-Peprina, Triq il-Kbira, Triq bla isem fi Triq il-Mellieħa, saru b’investiment ta’ aktar minn €22 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

L-Imġarr — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Imġarr u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’l-Imġarr jinkludu Triq l-Imġarr, Triq San Martin, Triq Ġorġ Żammit, Triq Għajn Tuffieġa, Triq Busewdien, Triq Misraħ il-Barrieri, Triq il-Palma, Triq ġdida fi Triq l-Alwiża kantuniera ma’ Triq l-Ispika, L/O Ta’ Santi, Triq il-Ġnejna, Triq Fomm ir-Riħ, Parti minn Triq Taqsisa, Parti minn Triq Tal-Ħaddiema, Parti minn Triq Tal-Qala, Triq bla isem fi Triq Temi ¯ammit, Triq bla isem fi Triq Għar id-Dwieb, Triq bla isem fi Triq ta’ Santi, Triq bla isem fi Triq Ta’ Ħaltun Fomm ir-Riħ, Triq bla isem limiti tal-Lippija, Trejqet it-Tafal ta’ San Ġwann, Triq Wied is-Sewda, Triq iż-Zebbiegħ, Parti minn Triq Binġemma, Triq tal-Ħżejjen, Triq l-Abatija, Triq ġdida fi Triq il-Konkorsi Treatrali, Triq Sir Harry Luke, Triq ġdida fi Triq San Pietry, Triq Ġnien id-Dwieli, Triq Madre Tereża, Triq ix-Xagħra tal-Knisja, Triq San Filippu, parti minn Misraħ is-Sebbieħ, parti minn Triq l-Għansar, Triq il-Fuħħar l-Aħmar u s-sqaq, Triq Profs David H Trump, Triq Dun Ġużepp Micallef, Triq Sant’ Isidorju, Triq il-Ħawlija, Triq id-Dahar, Triq Figher, Triq il-Kbira, Sqaq in-Naħal, Triq Ħannewija, Triq San Pietru, Triq bla isem ħdejn il-barriera ta’ Triq Temi Zammit, u Triq Dun Edgar Gatt kantuniera ma’ Triq il-Kbira, saru b’investiment ta’ aktar minn €16 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Il-Mosta — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Mosta u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Mosta jinkludu Vjal l-Indipendenza, Triq il-Fortizza, Triq id-Difiża Ċivili, Triq Valletta, Triq Wied is-Sir, Triq Ġanni Bonniċi, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Bdiewa Sqaq 4, Triq bla isem limiti Tal-Qrolla, Triq Madre Tereża, Triq Dun Karm Schembri, Triq Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq Silvestru Fiteni, Triq Taħħan, Triq Venezja, Triq tal-Wej, Triq ġdida bejn Triq id-Difiża u Triq il-Qares, Vjal Milbrae, Triq il-Bidnija, parti minn Triq Burmarrad, Triq il-Kungress Ewkaristiku, parti minn Triq San Pawl tal-Qliegħa, parti minn Triq il-Kbira, Triq R Caruana Dingli kantuniera ma’ Karlu Darmanin, Triq il-Missjunarji Maltin, Triq Kartaġiniżi, Triq Santu Rokku, Triq bla isem fi Triq l-Imġarr, parti minn Triq Franġsik Pisani, Triq is-Snajja, Triq il-Qares, Triq il-Buqqanier, Triq Dawret il-Wied, Triq Rużar Briffa, Triq Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq il-Garrier, Triq Durumblat, Triq il-Farinal, Triq Bergamott, Triq il-Parjan, Triq Bonnijiet, Triq Madre Tereża Spinelli, Triq Rumani, Triq il-Lunzjata, Triq ir-Rebbiegħa, Triq il-Leġġenda, Triq Assemblrea, Triq il-Bennejja, Triq Għollieq, Triq bla isem fi Triq il-Milord, Wied il-Għasel, u Trejqet tal-Giża, saru b’investiment ta’ aktar minn €17 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

L-Imtarfa — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Imtarfa u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid l-Imtarfa jinkludu Triq Maltin Internati u Eżiljati, Triq bla isem fi Triq Conti Manduca, Sqaq Alessi, Triq San Owsald, Triq Prosperina, Triq Konti Salv Manduca, Triq il-Maqdes Ruman, Triq Fremante, Triq San David, Triq bla isem fi Triq l-Infetti, Parking Area, Triq San Alessi, Trejqet il-Qronfol, Triq il-Pepprin, Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello, Sqaq ir-Razzett l-Aħmar, Triq Michael Fsadni, Triq J Calleja, Triq Frans Galea, u t-triq bejn Sqaq Alessi u Triq Wied il-Qlejja saru b’investiment ta’ aktar minn €2 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Raħal Ġdid — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Raħal Ġdid jinkludu Triq Żabbar, Telgħet Raħal Ġdid, Triq Renfrew, Triq Will, Triq il-Prinċep Enriku, Kordin Hibs Tennis Parking, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq Kordin, il-parkeġġ tal-Addolorata, Vjal Sir Paul Boffa, Triq is-Sorijiet kantuniera ma’ Triq Karl Chircop, Triq Brittanja, Triq Kurvetti, Triq is-Sultana, parti minn Triq il-Belt Valletta, Triq Ħal Tarxien, Triq it-Tramuntana, Pjazza Paola, Triq Santa Monika, parki minn Triq l-Isqof Buhagiar, Triq il-Qalb ta’ Ġesu’, Triq il-Ġdida, Triq iċ-Ċimiterju, Triq ix-Xewk, Triq Sammat, Triq M Moran, Triq Ġużeppi Agius, Triq il-Wied, Triq Bormla, Sqaq Galuzzu u l-Pedestrian Bridge tal-MCAST saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Il-Pietà — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Pietà u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Pietà jinkludu Triq l-Indipendenza, it-Telgħa ta’ Sa Maison, parti minn Triq Marina, Triq id-Duluri u Triq Santa Monika, saru b’investiment ta’ aktar minn €1 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Il-Fgura — Vjal Kottoner - Xogħol ta’ rikostruzzjoni

Question

Peress li minkejja l-wegħdi li saru dwar ir-rikostruzzjoni ta’ Vjal Kottoner, fil-Fgura, bl-aħħar wegħda tkun li x-xogħol kellu jibda f'Jannar 2025, imma sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx, jista’ l-Ministru jagħti d-data li fiha ser jibda dan ix-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol tat-tisħiħ tan-network tal-elettriku fit-toroq biswiti kif ukoll xogħlijiet infrastrutturali oħra. Hekk kif jitlestew dawn ix-xogħlijiet, Infrastructure Malta tkun f’pożizzjoni li tibda Vjal Kottoner.

Transport Malta — Persuni ingaġġati fi gradi maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ingaġġati ma' Transport Malta fi gradi maniġerjali (minn Assistant Manager 'il fuq), jew ingaġġati bħala persuni ta' fiduċja (persons of trust), li ġew minn Identità Malta jew minn aġenzija u/jew awtoritajiet oħra tal-Gvern, u jgħid kemm hemm li ġew minn kull aġenzija f'kull grad minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Kalkara — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Kalkara u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li twettqu fil-Kalkara jinkludu Triq il-Progress, il-bini tal-Malta Film Studios, manutenzjoni fir-Rinella (Genista), ħitan tas-sejjieħ fi Triq il-Kapuċċini, xogħlijiet ta’ struttura u dawk anċillari fi Triq il-Kapuċċini, Triq Ġdida fi Triq il-Kapuċċini, P/O Triq San Leonardu, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop, Triq il-Ġir, Triq is-Sienja u d-dawra ta’ Smart City, saru b’investiment ta’ aktar minn €3 miljuni. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Ħal Lija — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Ħal Lija u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Ħal Lija jinkludu Triq Ġdida fi Triq il-Mosta, Triq il-Mosta, Triq il-Kbira, Triq R. Barbaro, Triq Ħal Bordi, Triq Cottoner, Triq Tal-Mirakli, Sqaq il-Kunċizzjoni, Triq Ferdinandu Grech, Triq Carlo Darmanin, P/O Triq Hanibal Preca, Triq Ugo Mifsud, Triq is-Salvatur, u Sqaq ta’ Sejduna, saru b’investiment ta’ aktar minn €2 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobazi ezistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Il-Marsa — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Marsa u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Marsa jinkludu Triq il-Baċir, Acces Road ex BIM, Triq il-Biċċerija, Triq fil-Marsa Sports Ground, Triq il-Marsa, Triq l-Imdina (Marsa II), Triq Diċembru Tlettax, Marsa-Ħamrun Bypass, Bridge ID 81, il-bini ta’ Merigold, MPJ, Cycle Lane, P/O Triq il-Ġerrejja, Triq is-Serkin, Marsa Industrial Estate, Triq il-Kungress Marjan c/w Santa Rita, P/O Triq il-Moll tal-Ħatab, iż-żona ta-Marsa Sports Complex, Triq Prinċep Albert, Pjazza Magri, Triq il-Ħaddiema, Triq Nicolo, Moll tal-Braken, u Moll tal-Hatab, saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Wied il-Għajn — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Wied il-Għajn jinkludu Triq il-Buttar, Triq Qaliet, Triq l-aħħar parti ta’ Gardiel, l/o Torri Triq il-Wiesgħa, Triq Ashby, Triq iż-Żinżell, Triq il-Vjola, Triq ta’ Runi, il-ħajt tal-Inspire, Triq Btieti, Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Triq San Nikola, Triq id-Difiża Kostali, Triq La Sengle, Triq San Ġwakkin, saru b’investiment ta’ aktar minn €3 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Marsaxlokk — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Marsaxlokk jinkludu Sqaq Urbella l/o Delimara, triq alternattiva li twassal għal Delimara, P/O Triq iż-Żejtun, Triq Marsaxlokk, Triq Galjazz, Triq Axtart, Triq il-Patrijiet Tereżjani, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silġ ħdejn Triq l-Avukat C Caruana, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silġ ħdejn Triq l-Abdosir, Triq Barthelemy, Triq il-Kavallerizza, Triq bla isem fi Triq it-Torri, Triq il-Powerstation ta’ Delimara, Triq il-Fanal ta’ Delimara, Triq Santa Katerina, Triq il-Wilġa, Triq Kajjik, Triq iċ-Ċippi, Triq l-Għoljiet ta’ Ġuno, Triq 8 ta’ Mejju, u parti min Triq Duncan kantuniera ma’ Triq il-Kajjik , saru b’investiment ta’ aktar minn €4 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

L-Imdina — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Imdina u kemm swew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-Imdina jinkludu Triq ta’ Wara s-Sur, Triq l-Infetti, u Triq l-Imdina, saru b’investiment ta’ aktar minn €700,000. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

LESA — Bord tal-Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Petizzjonijiet tal-LESA? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar il-frekwenza tal-laqgħat ta’ dan il-Bord u jgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ matul is-sena 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzji tas-sewqan — Tiġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi fejn persuni li jġeddu l-liċenzja tas-sewqan ma taslilhomx bil-posta, u jkollhom jerġgħu japplikaw għal oħra, bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm tintalab tħallas persuna biex tinħarġilha oħra f'każi bħal dawn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-5 ta’ Frar 2025, total ta’ 319 individwu ddikjaraw li ma rċevewx il-kontroparti u/jew il-photo card tal-liċenzja tas-sewqan bil-posta. Dawn kollha reġgħu inħarġu d-dokumenti tagħhom mingħajr ħlas skont il-proċedura li l-Awtorità għandha fis-seħħ, li tippermetti dan sakemm tiġi ssottomessa dikjarazzjoni (DRV011) li tintuża speċifikament f’ dal-każijiet fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-ħruġ tal-istess liċenzja.

Ħaż-Żabbar — Inċident li sar fuq il-Monti

Question

Wara l-inċident li seħħ fuq il-Monti ta’ Ħaż-Żabbar f’Diċembru li għadda, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ infurzar ittieħdu iktar milli kien hemm sa dakinhar?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat, ninfurmaha li Transport Malta offriet li tintervjeni u tagħti l-għajnuna tagħha.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn - Bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-bus shelter li kien hemm fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar tressaq minn postu? Jista’ jgħid ukoll jekk dan tressaqx temporanjament jew le? U jekk le, x'inhi r-raġuni għalfejn tressaq?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.