Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27240 u jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi bejn l-2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27246.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225, 25555, 25859 u 26990, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-rapport tal-Ombudsman fuq l-istess suġġett li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Proposti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23073 u jgħid kemm ġew implimentati proposti mill-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proposti mwettqa u liema għadhom pendenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fejn tidħol strateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali, ix-xogħol miexi kif ippjanat. Diġa sar u qed isir ħafna, għax għal dan il-Gvern, is-Saħħa Mentali hi waħda fuq quddiem fil-prioritajiet. F'Monte Carmeli baqgħu jitnaqqsu n-numru ta' pazjenti. L-enfażi hi, li fejn hu possibbli, l-kura tingħata fil-komunità. Il-ġimgħa l-oħra, tneida l-'Community Outreach Team' ġewwa Għawdex. Wieħed irid ifakkar li f’Novembru li għadda, il-Gvern ta bidu għall-investiment ta’ €4.5 miljun għall-servizzi fil-komunità bis-sehem tal-Kunsilli Lokali. It-target hi li nilħqu 90,000 persuna li għandha bżonn din l-għajnuna u tibqa’ attiva fil-komunità. Minbarra dan, irid jingħad li żdiedu l-mediċini b’xejn fil-formularju tal-mediċini għall-użu kemm ġewwa kif ukoll barra l-isptar. Ġie żviluppat Crisis Resolution Home Treatment Team biex jagħti servizz ta’ kriżi bikri tul il-gimgħa kollha, anke ġewwa d-djar. Dan minbarra s-servizz telefoniku tal-1579 erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jingħata sapport u direzzjoni lil min ikollu bżonn. Billi dan hu Ministeru li jaħseb anke fl-anzjani, ġew imsaħħa s-servizzi psikjatriċi għall-anzjani fil-kommunità. Biex dawn is-servizzi ikunu tal-ogħa kwalità, ma jonqos it-taħriġ lill-professjonisti. Għalhekk, ġiet żviluppat Recovery Academy biex jiżdied it-taħrig speċifiku għall-professjonisti, inkluż lit-tobba tal-familja, kemm ġewwa l-isptar kif ukoll fil-kommunità. Fl-istess waqt, it-tobba specializzati fil-mediċina tal-familja fis-settur pubbliku u fis-settur privat ingħataw id-drittijiet li jiktbu riċetti mediċi għal numru konsiderevoli ta’ mediċini psikjatriċi li jinġħataw b’xejn fuq l-Iskeda V lil min hu intitolat għal mediċini b’xejn sabiex jiżdied it-trattament f’waqtu.

Children’s Outpatients — Listi ta’ stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23083, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-listi ta’ stennija għall-kirurġija ta’ tfal pazjenti taċ-Children’s Outpatients? Jista’ jagħti wkoll rendikont tal-listi ta’ stennija għal appuntament fiċ-Children’s Outpatients?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ stennija għall-kirurġija ta’ tfal pazjenti hi ta’ 457. Nassigura lill-Onor. Interpellanta li każijiet urġenti jiġu trattati fl-iqsar żmien possibbli. Infurmat ukoll li l-appuntamenti għaċ-Children’s Outpatients ivarjaw skont il-konsulent u l-urġenza. Hemm konsulent illi ‘first new case appointment’ hu dan ix-xahar stess.

GU Clinics – Mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23089 u jgħid meta l-mediċini PEP u PREP ser jibdew jingħataw bla ħlas mill-GU Clinic?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-tqassim tal-mediċini PrEP u PEP jibda wara li jsir l-procurement neċessarju. Sadanittant, biex ma jintilifx ħin bla bżonn, bdew meetings mal-ECDC biex jiġi stabbilit programm effettiv.

Istituzzjonijiet edukattivi – Aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa mentali jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ, inkluż fl-iskejjel u l-universitajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Istituzzjonijiet edukattivi — numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex in-numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli għaż-żgħażagħ fl-istituzzjonijiet edukattivi jiżdied?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

EMT — Talbiet għall-mediċini għal trattament ta’ mard differenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lill-Exceptional Medicinal Treatment (EMT) Unit għall-mediċini li huma fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern biex jibdew jingħataw ukoll għal trattament ta’ mard differenti minn dak li mniżżel fil-formolarju f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

EMT — Kummissarju tas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman - Talbiet għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lill-Exceptional Medicinal Treatment (EMT) Unit għall-mediċini li mhumiex fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern jew għal trattament ta’ mard differenti minn dak imniżżel fil-formolarju li ġew mill-Kummissarju tas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

CT2329/2024 — Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT2329/2024 - Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products” u jgħid kemm hi stmata din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien kemm kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa u xi prezzijiet tefgħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hi pubblika fuq is-sit tal-etenders.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi bejn l-2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara bejn l-2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali - Diskrepanza fl-ispiża

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex kien hemm diskrepanza fl-ispiża tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara minn kumpanija partikolari, meta kien mistenni li jintefqu €264,000 u minflok intefqu madwar nofs miljun ewro?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali - Diskrepanza fl-ispiża

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex kien hemm diskrepanza fl-ispiża tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi minn kumpanija partikolari, meta kien mistenni li jintefqu €56,000 (kwotazzjoni) u minflok intefqu mal-miljun ewro, jiġifieri kważi 18-il darba aktar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara u Ħal Qormi — Ċentri tas-Saħħa - Diskrepanza fl-ispiża fuq xogħlijiet - Investigazzjoni interna

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-investigazzjoni interna li saret fuq id-diskrepanza fl-ispiża fuq xogħlijiet li saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara u ta’ Ħal Qormi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara u Ħal Qormi — Ċentri tas-Saħħa - Diskrepanza fl-ispiża fuq xogħlijiet - investigazzjoni interna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nuqqasijiet instabu mill-investigazzjoni interna li saret rigward id-diskrepanza ta’ miljuni fl-ispiża fuq xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni li saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara u ta’ Ħal Qormi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27143 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Isptar Mater Dei — Persuni rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema faxxa ta’ età kienu l-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ġew ammessi (admitted) fl-isptar Mater Dei fis-sena 2024 kien ta’ 104,886 pazjent. Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi xahar b’xahar u l-faxex ta’ età ta’ dawn il-pazjenti.