Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – numru ta’ infermiera u tobba
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa rikjest li jkun hemm tal-anqas infermiera u tobba f’kull shift ta’ xogħol fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei biex jaħdem b’mod normali? Jista’ jgħid kemm-il shift jeżisti u kemm-il infermier u tabib huwa mniżżel fih?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Golexin Implant 3.6 mg għadhiex out of stock? Jista’ jgħid kemm ilha out of stock u jekk kienx hawn pazjenti li kellhom jingħataw mediċina alternattiva fin-nuqqas tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodott bħalissa huwa disponibbli fil-POYC.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa li huma fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jdum in-nuqqas ta' urine dipsticks fiċ-Ċentri tas-Saħħa, liema nuqqas qed iżomm lit-tobba milli jagħmlu dijanjosi bażika ta' mard li jista' jiġi identifikat minn dan it-test fuq l-awrina, speċjalment fuq tfal u nisa tqal?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentri tas-Saħħa kollha huma mgħammra b’urine dipsticks tat-tip ‘5-marker’. Dawn jintużaw regolarment u ma hemmx nuqqas tagħhom.
Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u Raħal Ġdid – servizz tal-X-ray
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonsidra li s-servizz tal-X-Ray offrut miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u Raħal Ġdid jiġi estiż għall-ħinijiet kollha 24/7 kif ukoll fil-Ħdud u l-festi pubbliċi, sabiex il-pazjenti li jżuru ċ-ċentri bi ksur u wġigħ wara s-7 p.m. ma jkollhomx għalfejn jintbagħtu fiċ-Ċentru tal-Mosta sabiex isirilhom l-X-ray u jerġgħu jiġu invistati u jitwalilhom il-ħin ta' stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddej il-proċess sabiex jiżdidu s-sigħat fis-servizz tar-radjografija f’numru ta’ Ċentri tas-Saħħa.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Child Developement Assessment Unit — Statementing Report għal servizz ta’ Learning Support Assistant
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet fejn il-ġenitur/i qed jistennew rapport minn Educational Psychologists tal-Gvern li huwa meħtieġ sabiex uliedhom ikunu jistgħu jirċievu l-istatementing report li jiddetermina jekk l-ulied ikollhomx bżonn Learning Support Assistant, u dan qabel ma wliedhom ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola? Għal kull sena (Year 1, eċċ.) kemm huma dawk it-tfal li qegħdin jistennew dan ir-rapport? X'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm daqstant tfal jistennew dan ir-rapport u x'qed isir biex dan id-dewmien jinqata’? Billi jidher li n-numru ta’ ġenitur/i li qed jirrikorru għand il-privat biex jiksbu dan ir-rapport qed jiżdied, u dan biex ma jintilifx ħin prezzjuż għal uliedhom, jista’ jassigura li dawn il-ġenitur/i jingħataw lura l-ispejjeż li jkunu ħallsu għal dan ir-rapport fil-privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-applikazzjonijiet li waslu għand is-CDAU (Child developement and Assessment Unit) sal-aħħar ta' Ġunju 2022, fejn ġie ddeterminat li tifel jew tifla kellhom bżonn assessment pskikoloġiku sabiex ikunu jistaw jibdew l-iskola, kollha sarilhom dan l-assessment,
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħsieb li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara jingħalaq matul il-jiem li ġejjin? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dan iċ-ċentru ma jkomplix jopera? X'inhi r-raġuni għal dan l-għeluq, jekk l-għeluq hux wieħed temporanju u meta hemm ħsieb li dan iċ-ċentru jerġa’ jiftaħ? Jista' jikkonferma li dawk li s-soltu kienu jinqdew minn dan iċ-ċentru, issa se jkollhom jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Mosta, il-Gżira u l-Floriana? X’inhi r raġuni li għaliha mhux se jkun hemm ċentru temporanju minn fejn jinqdew in-nies li normalment kienu jinqdew miċ-Ċentru ta' Birkirkara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara għalaq għal perjodu temporanju fit-8 ta’ Lulju 2022 biex jibda l-programm ta’ xogħol ta' refurbishment ġenerali u mmodernizzar. Huwa ppjanat liċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu fl-ewwel kwart tal-2023.
Pazjenti li jissejħu walk-in, jiġifieri pazjenti li jkollhom bżonn lit-tabib dak il-ħin. issa qed jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Mosta, il-Gżira u l-Floriana. Il-pazjenti li jkollhom appuntament, jew għandhom bżonn ta’ appuntament mal-professjonisti mediċi jistgħu jagħmlu l-appuntament fejn ikunu jixtiequ huma, inkluż fil-Klinici fil-Komunità.
Is-Servizz tat-Teħid tad-Demm, li jaqdi madwar 50 pazjent kuljum għadu jsir miċ-Ċentru Ċiviku ta’ B’Kara.. Iċ-Ċentru tal-Podiatrija li qiegħed ukoll fiċ-Ċentru ta’ Birkirkara qed jibqa’ joffri s-servizzi tal-podjatrija normali .
Sptar Mater Dei: Ċentru tal-Onkoloġ-ija – Uffiċjali tas-sigurtà
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il uffiċjal tas-sigurtà jaħdem fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei u f’kull berġa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ gwardjani tas-sigurtà li jaħdmu fl-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei matul il-ġurnata mit-Tnejn sas-Sibt huwa ta' sitta. Ħdud u Festi pubbliċi jaħdmu ħames gwardjani matul il-jum.
Il-Primary HealthCare għandha uffiċjal tas-sigurtà wiehed f’kull Klinika tal-Komunità.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li ċ-ċentri tas-saħħa li preżentement jiftħu bil-preżenza ta' tabib mit-Tnejn sas-Sibt, jibdew jiftħu kuljum u b'ħinijiet itwal bi preżenza ta' tabib?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kuntrarju għal dak li kien jiġri taħt amministrazzjonijiet preċedenti, numru ta' Ċentri tas-Saħħa qed jibqgħu miftuħin il-Ħdud u l-Festi b’servizz ta’ infermiera.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara hux se jingħalaq għal xi ġimgħat/xhur? Jekk dan iseħħ, fejn ser jkun qed jingħata s-servizz ta' dan iċ-ċentru lir-residenti?
Fid-dawl tal-inċident li sar dan l-aħħar fil-mina ta' Triq Reġjonali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li dawn it-tip ta' vetturi tal-kostruzzjoni jkun imperattiv għalihom bil-liġi, li jkollhom l-arja kondizzjonata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ konsulenti li hemm fl-Isptar Mater Dei u x’tip ta’ xogħol qed iwettqu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant illi n-numru ta’ konsulenti li hemm fl-Isptar Mater Dei u t-tip ta’ xogħol li qed iwettqu huwa kif jidher fit-tabella annessa hawn taht.
Dipartiment
Numru ta Konsulenti
A& E
16
ITU & Anaesthesia
40
Cardiac Services
14
Medicine
41
Neurosciences
9
Obs & Gynae
10
Ophthalmology
9
Orthopaedics
13
Paediatrics
21
Surgery
36
Hyperbaric Unit
2
Infection control
1
Medical Imaging
21
Pathology
19
SAMOC
8
Dermatology
6
CMO/Cardiothorasic Surgery
1
Medical Director / Surgery
1
Medical Administrator
1
Clinical Performance Unit
1
Administrative and Team Management
1
Risk Management
1
272
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm social workers fl-Isptar Mater Dei u x’tip ta’ xogħol qed iwettqu dawn il-professjonisti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illli fl-Isptar Mater Dei hemm tim li jikkonsisti f’Service Area Leader, assistenta tagħha u disa’ social workers oħra li kollha jagħmlu dan it-tip ta' xogħol. Is-servizz huwa provdut kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-qraba tagħhom bil-għan li jiġu pprovduti s-servizzi kollha meħtieġa biex jgħinu jiffaċilitaw il-proċess biex il-persuni rikoverati jiġu integrati lura fis-soċjetà u fl-ambjent tagħhom.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu infermiera ġodda minn pajjiżi terzi mill-bidu tas-sena sakemm titwieġeb il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma? Jista' jgħid jekk, biex jaħdmu hawn Malta, jsirx top up course, kemm idum, min jofrih, jekk isirx ħlas u jekk iva, kemm? Jista' jgħid x'qed isir biex jiġu infermiera minn barra għax rapporti wrew li dawn qed jitilqu u mhux jiġu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nurses gradwati mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST kollha jkunu offruti impjieg mas-servizz tas-saħħa tal-Gvern irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Fil-fatt din is-sena diġà gew ingaġġati 99 nurse mal-Gvern.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ċertu spiżeriji li kienu jaqdu l-klijenti tagħhom taħt l-iskema tal-POYC bil-pilloli tal-Warfarina ma setgħux ikomplu jagħmlu dan wara l-31 ta’ Awwissu li għadda għax l-istock li kellhom kien validu sal-31 ta` Awwissu 2022 u ma ġewx fornuti bi stock ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tliet dożi tal-pilloli tal-Warfarina dejjem baqgħu fornuti, minkejja illi l-użu tagħhom issa qed jonqos bl-introduzzjoni tal-medicina ġdida Rivaroxaban. Kien hemm jumejn fl-aħħar ta' Awwissu meta doża waħda kellha tiġi rtirata minħabba l-validità. Din id-doża b’data ta' skadenza ġdida issa ġiet fornuta fl-ispizerji kollha.
Environmental Health Practitioners — ftehim kollettiv
Question
B’referenza għall-aħħar ftehim kollettiv li ġie ffirmat reċentement, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni u fuq liema bażi legali li parti mill-Environmental Health Practitioners li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ġew promossi għal Skala 6, waqt li parti oħra mill-Environmental Health Practitioners baqgħu fl-istess skala li kienu fiha qabel l-2013, jiġifieri Skala 7 u dan meta fl-2013 dawn kollha kienu fl-istess grad, bl-istess titlu, kif ukoll kienu jagħmlu l-istess tip ta’ xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim qed jiġi implimentat kif miftiehem mal-union li tirrappreżenta din il-kategorija ta’ impjegati u wara li ġie stabbilit li kellhom livell differenti ta’ responsibbiltajiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta s-Sertraline u Xanax se jiddaħħlu fil-Formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn , liema mediċini jintużaw ta’ kuljum minn ħafna pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu pjan miftiehem mal-professjonisti speċjalisti fil-psikjatrija biex il-Mediċini li jintużaw fis-saħħa mentali jiddaħħlu fuq il-formularju fis-snin li ġejjin skont il-prijorità klinika deċiża mill-istess speċjalisti.
Filwaqt li nagħmel referenza għall-Kapitolu 599 - l-Att dwar il-Kremazzjoni, liema Att il-Ministru tas-Saħħa mill-2019 sal-lum għadu ma daħħalx fis-seħħ, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb, u jekk iva meta, li effettivament jibda jiġi provdut s-servizz ta' kremazzjoni f'pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm Elettorali tal-Gvern jinkludi l-proposta li jinfetaħ Krematorju f’pajjiżna.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.