Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet mill-Kunsill Lokali Qala fuq Triq it-28 ta' April 1688 ġewwa l-Qala, Għawdex? Jista’ jagħti timeframes ta' meta ħa jitlestew ix-xogħlijiet kollha fuq din it-triq u jgħid meta se terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li x-xogħolijiet fi Triq it-28 ta’ April 1688 bdew fil-25 ta’ Awwissu 2023. Intant infurmat li fir-rigward tal-iskadenzi, huwa previst illi dawn ix-xogħolijiet jiġu fi tmiemhom sal-ewwel kwart tas-sena 2024.
Qala — Tender for culvert and asphalt road works at Triq il-Kuncizzjoni, Qala, Gozo QLLC/04/2019
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienet ġiet awarded it-tender 'Tender for culvert and asphalt road works at Triq il-Kunċizzjoni, Qala, Gozo' QLLC/04/2019 mill-Kunsill Lokali Qala? Jista’ jgħid ukoll meta tlestew ix-xogħlijiet relatati ma’ din is-sejħa u kemm kienu jammontaw il-varjazzjonijiet fuq din is-sejħa u min approvhom? Jista’ jgħid ukoll jekk fadalx kontijiet pendenti fuq din it-tender u jekk iva meta u kif ħa jitħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li t-Tender relattiv (Ref QLLC/04/2019) ġie awarded għas-somma ta’ €223,914.36 (VAT eskluż).
Intant infurmat ukoll illi dawn ix-xogħlijiet intemmu fil-bidu tas-sena 2022 u jirrizulta li għad fadal xi kontijiet li jridu jiġu verifikati mill-Perit inkarigat mill-proġett.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12592, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm kunsultazzjoni mal-ħwienet li hemm fi Triq in-Naxxar, mil-Lombard Bank sal-Knisja u lanqas ma kien hemm konsultazzjoni mal-ħwienet fi Vjal ir-Riħan, quddiem l-iskola tal-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann illi l-laqgħat pubbliċi ikunu miftuħa għar-residenti, il-ħwienet, is-settur kummerċjali, għaqdiet, kif ukoll l-istakeholders kollha.
Tal-Pietà — Żona quddiem l-Isptar San Luqa - Ftehim dwar manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12481 u 12771, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Ministru għat-Turiżmu rispettivament, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm dwar manutenzjoni taż-żona quddiem l-Isptar San Luqa f'Tal-Pieta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pieta`li fi Pjazza San Luqa għad fadal xi xogħlijiet minuri li għad iridu jsiru. Barra minn hekk, infurmat li l-Kunsill għadu kif għażel l-offerta ta' min se jkun qed jieħu il-kafetterija u b'hekk din iż-żona, fil-jiem li -ġejjin, ser tkun qed tiġi amministrata aħjar.
Intant infurmat li preżentament, il-Kunsill Lokali qiegħed jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-Pjazza.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 20995 tal-Leġiżlatura XII.
(Korrezzjoni: Ara Dokument li tpoġġa f'Seduta 172, nhar l-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2023)
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12783 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-Konsulent fi Skala 8?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.
Marsaskala — Lista ta’ toroq li għandhom bżonn l-asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq li għandhom bżonn ta’ asfaltar u li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kien indika lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-segwenti lista ta’ toroq li għandhom bżonn ta’ asfaltar ġiet indikata lill-Ministeru kkonċernat:
Lista ta’ Toroq – Kunsill Lokali ta’ Marsaskala
Sena
Isem tat-Triq
L-ewwel Sena 2023
Triq La Sengle
Triq Frans Grech
Triq Salvu Buhagiar
Triq l-Iskal
Triq Vajrita
It-Tieni Sena 2024
Triq San Nikola
Triq Santa Marija
Triq il-Bajja
Triq is-Silla
Triq il-Qrempuċ
It-Tielet Sena 2025
Triq il-Granmastri
Triq il-Gross
Triq il-Qrempuċ
Informazzjoni pprovduta mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala u korretta sad-data ta: 9 ta’ Novembru 2023
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu organizzati korsijiet dwar it-trobbija tat-tfal mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala speċjalment meta f’din il-lokalità hemm madwar 5,000 familja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li t-tip ta’ kors li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, ma jaqax taħt wieħed mis-servizzi li jipprovdi il-Kunsill Lokali taħt l-Artikolu 33 tal-Kap. 363 tal-Ligijiet ta’ Malta (Att dwar il-Gvern Lokali).
Madankollu infurmat illi bħalissa għaddej kors minn persuna li offriet minn jeddha li tgħin lill-ġenituri biex irabbu it-tfal. Dwar dan infurmat illi l-Kunsill qiegħed joffri il-premises u sa issa qed jattendu madwar 6 familji.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ser jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali għar-residenti kollha f’Marsaskala għal din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-Laqgħa Ġenerali Annwali hija skedata li ssir nhar it-22 ta’ Novembru sabiex jiġi ppreżentat il-budget tal-Kunsill Lokali hekk kif rikjest mil-liġi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12485 u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u jindika ukoll kemm-il darba kienet miftuħa l-Fortizza ta’ Delimara u xi dħul kien hemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin saru dawn ix-xogħlijiet fil-Fortizza ta’ Delimara:
1. Tindif ta’ aktar minn nofs il-foss li jdawwar il-fortizza u wara tpoġġew blokok tal-konkrit bħala lqugħ u ostakolu sabiex ma jerġax jintrema materjal ieħor;
2. Installazzjoni ta’ servizzi tad-dawl u l-ilma u sleeves għal servizzi ta’ komunikazzjoni qabel ma ngħata t-tarmak fit-triq għad-dħul tal-fortizza minn l-entità kkonċernata;
3. Twaqqigħ u tneħħija ta’ diversi strutturi li kienu nbnew wara l-1964 meta l-fortizza ma baqgħetx f’idejn il-militar u b’hekk issa l-fortizza ħadet id-dehra ta’ kif kienet fil-bidu tas-snin 70;
4. Restawr ta’ żewġ kanuni;
5. Tindif ġenerali tal-Fortizza u aċċess għall-inħawi tal-madwar.
Intant, infurmat li s-segwenti tabella tindika d-dettalji dwar kemm il-darba kienet miftuha l-fortizza u dħul li sar minn dawn l-attivitajiet.
22nd April 2023
Tickets Sold
Revenue
722
€3,246.00
23rd April 2023
Tickets Sold
Revenue
1490
€6,508.00
16th October 2022
Tickets Sold
Revenue
366
Nil *
7th May 2022
Tickets Sold
Revenue
185
€799.00
9th April 2022
Tickets Sold
Revenue
238
€1,102.00
13th March 2022
Tickets Sold
Revenue
212
€939.00
* 16th October 2022 - Free Admissions due to Open Day Event.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Nefqa fuq reklmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari preċedenti 5963, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Kurvetti Paola?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11868, jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-perit tax-xogħlijiet, kemm tħallas u minn min tħallas?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann illi skond il-Minuti tal-laqgħa 67, tas-27 ta’ Frar 2023, il-Periti huma XYZ Ltd, u l-ammont imħallas huwa ta’ €50,000.
Dan l-ammont tħallas minn fondi tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann qed jirrifjuta li jpoġġi sleeping policeman jew miżuri oħra sabiex titnaqqas il-veloċità eċċessiva ta’ vetturi li qed jużaw Triq Salvu Busuttil, ġewwa San Ġwann, bħala shortcut minn Triq tal-Balal għal Triq R. Caruana Dingli? Fin-nuqqas ta’ dan, ir-residenti jistgħu jżommu lill-Kunsill Lokali responsabbli għal kull eventwalità ta’ diżgrazzja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li hemm sleeping-policeman fi Triq Salvu Busuttil, San Ġwann. Aktar minn 6 snin ilu ġew installati żewġ sleeping-policemen mill-entità kkonċernata, iżda ftit wara, fuq talba tar-residenti stess, tneħħa wieħed minnhom.
Dgħajjes tradizzjoni u artiġjanali – Skema ta’ għajnuna għall-preservazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali li qed tingħata għall-iskema ta’ għajnuna għall-preservazzjoni ta' dgħajjes tradizzjonali u artiġjanali? Jista’ jagħti breakdown ta' kif se tkun qed titqassam din is-somma mad-diversi speċi ta' dgħajjes tradizzjonali li se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm-il dgħajsa u ta' liema tip diġà bbenefikaw minn din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hekk kif imniżżel fil-linji gwida tal-iskema għall-Preservazzjoni tad-Dgħajjes Tradizzjonali, ġew allokati €80,000 fejn kull applikant jista’ jibbenefika sa massimu ta’ Eur 5,000 jekk jitqis bħala eliġibbli. Infurmat ukoll li bħalissa l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu evalwati mill-bord ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kompetenzi għandu l-UNESCO Valletta manager li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk kienx editur tal-ġurnal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll? Qiegħed jieħu paga u/jew allowances u jekk iva, kemm? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’għamel f’dan l-irwol mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kompetenzi akkademiċi tal-Valletta Site Manager jinkludu M.A. fl-istorja bi speċjalizzazzjoni dwar l-Ordni ta’ San Ġwann, apparti minn diversi papers akkademiċi dwar l-istorja u l-kultura Maltija.
Infurmat ukoll li huwa kien serva għal seba’ snin bħala editur ta’ it-TORĊA kif ukoll opinjonista ta’ The Times of Malta.
Intant infurmat li l-Valletta Site Manager mhux qed jirċievi l-ebda pagament addizzjonali. Dan ix-xogħol żdied mal-bqija tad-dmirijiet tiegħu bħala Direttur, li għalih jitħallas bħal kull direttur ieħor fis-servizz pubbliku.
Infurmat li kemm ilu f’dan l-irwol, is-site manager ġabar madwaru numru ta’ esperti li flimkien sawru l-management plan għall-Belt Valletta.
Finalment infurmat ukoll li filwaqt li kellu kuntatt ma’ Site Managers oħra barra minn Malta, hu mexxa numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ persuni tekniċi u stakeholders waqt it-tiswir tal-pjan, ħadem fuq repożitorju ta’ dokumentazzjoni viżwali tal-Belt Valletta, assista fil-kompilazzjoni tal-State of Conservation Report fi Frar li għadda u kkompila l-Periodic Report f’Lulju li għadda.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898.