B'referenza għall-każ tal-familja li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinvestiga u japprova kundizzjonijiet ta' kera aħjar għall-fatt li l-persuna in kwestjoni ilha sitt snin separata u tħalliet lampa stampa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata mijiex legalment separata u għalhekk il-kera u l-irċevuti ma jistgħux jinqalbu fuq isimha biss. Barra minn hekk wieħed irid jigbed l-attenzjoni li din il-familja ila sebgħa snin ma tħallas kera fejn il-kirja b’lura issa tgħodd għal aktar minn Euro 5,350. Il-kirja dovuta trid titħallas. Barra minn hekk, meta l-Awtorita’ ġiet biex tikkalkulha is-sussidju fuq il-kera li hi mistħoqqa għal din il-familja, din il-familja naqset li tippreżenta id-dokumenti meħtiega. Għalhekk l-Awtorita’ m’hiex f’pożizzjoni li tagħti xi forma ta’ sussidju meta’ din l-informazzjoni hija nieqsa. Sta għall-individwu li jressaq id-dokumenti meħtiega.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Parking bay
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi ndirizzat il-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għax ilu jistenna risposta għall-ilment tiegħu mir-review panel tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità dwar estensjoni ta' parking bay?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni fuq il-persuna konċernata biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9230, 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment/i konċernat/i m'humiex isibu oġġezzjoni għall-fatt li minn xi sena 'l hawn qed jitrabbew tjur u annimali fi Triq il-Fosos il-Furjana, fil-qalba ta' binja tal-Gvern fejn joqogħdu madwar 70 familja?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret dwar ilmenti minn pazjenti jew qrabathom minħabba servizz ħażin mill-ftuħ tal-Isptar Mater Dei 'il hawn?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena? Jista’ jikklassifikahom f’full-time u f’part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9272 u jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9237 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4745, jista' l-Ministru jgħid jekk in-National Standards of out-of-home child care humiex ippubblikati u osservati għall-benefiċċju tat-tfal li qegħdin fid-Djar Residenzjali jew huma fostered? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-dokument ta' konsultazzjoni għall-istandards nazzjonali tal-kura residenzjali tat-tfal ġie mniedi fi Frar 2008. Sussegwentament, beda proċess ta' konsultazzjoni estensiv mal-partijiet kollha f'dan is-settur. Is-suġġeriment li rċevejna ġew inklużi f'dawn l-standards. Dan id-dokument għadda minn working group ieħor biex jinkludi l-foster care services. B'dan il-mod ġie mħejji dokument wieħed għall-'out-of-home-care' kolha.
Informat ukoll li meta dan id-dokument tlesta, saret verżjoni għat-tfal u ġiet stampata. Il-verżjoni għall-adulti qed tiġi stampata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8993 u jara li jsir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8994 u jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern għall-iskema l-Ispizerija tal-Għażla Tiegħek? Meta se titkompla? Liema huma dawk il-bliet u l-irħula li bħalissa fihom qed topera din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qed topera f`sebgħa u għoxrin lokalità kif imsemmi hawn taħt:
Imġarr
Għarghur
Mellieha
Rabat
Baħrija
Dingli
San Pawl il-Baħar
Buġibba
Qawra
Naxxar
Mosta
San Giljan
Paceville
Pembroke
Swieqi
St Andrews
Ta Giorni
Msida
Ta’ Xbiex
Mtarfa
Gżira
Attard
San Gwann
Pieta
Balzan
Lija
Fleur De Lys
Wara li tlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-proġett pilota, bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ ppjanar sabiex l-iskema tkompli tiġi estiża għal aktar lokalitajiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9000 u jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 9095, jista' l-Ministru jgħid għal liema skema qed jirreferi li tapplika għal dan il-każ u jekk din hijiex miftuħa jew le fil-preżent?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minħabba li fil-każ imsemmi diġa kien sar means testing tal-applikanta u ġie kkonfirmat li din tikkwalifika, l-Awtorita’ tista’ toffri għajnuna finanzjarja għax-xogħlijiet kif approvati mill-Perit tal-Awtorita’, waqt li l-applikanta stess, bl-għajnuna tal-familjari tagħha, tieħu ħsieb tqabbad kuntrattur jagħmel l-istess xogħlijiet approvati. Uffiċjali tal-Awtorita’ser jikkomunikaw mal-applikanta biex jispjegawlha x’għandha tagħmel.