Legislature:
Category:
Reset
Active:

CEPOL – Taħriġ lill-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jindika minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; x'taħriġ qed jingħata taħt il-programmi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) lill-Pulizija ta' Malta jew lil persuni oħra taħt dan il-programm f'taħriġ li qed isir f'Malta u jgħid min hija l-persuna responsabbli għall-koordinament ta’ dan it-taħriġ lokalment; x'laqgħat saru b'konnessjoni mas-CEPOL barra minn Malta; fejn Malta ġiet irrapreżentata; min attenda għal dawn il-laqgħat barra mill-pajjiż u jindika f'liem dati; kemm damu u f'liem postijiet saru? Jista' jgħid ukoll x'kienet in-natura ta' dawn il-laqgħat u/jew programmi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mis-sena 2023 sal-llum kien hemm mija u disa’ u tletin kors ta’ taħriġ u li kien ko-ordinat mill-Ispettur li ilha nkarigata mit-taqsima nazzjonali tas-CEPOL mis-sena 2021, li tali lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tindika d-data ta’ meta sar it-taħriġ, in-numru ta’ parteċipanti u fejn sar, meta ma kienx ‘online’. Dwar ko-ordinament ta’ taħriġ li jsir lokalment, ikun dak imsejjaħ ‘Activity Manager’ li japplika meta joħorġu ‘grants’ tal-Aġenzija għal dan il-għan u mhux il-ko-ordinatur tas-CEPOL. F’Malta ġie ospitat avveniment dwar Interoperability of the EU Large Scale IT Systems - Current and Future Implementation bejn -il 11 ta’ Novembru u 15 ta’ Novembru 2024, fejn ibbenefikaw żewġ parteċipanti Maltin minflok wieħed, kif tradizzjonalment isir. Dettalji mitluba dwar il-laqgħat li saru minn Jannar 2023 barra dawn il-gżejjer, konnessi mas-CEPOL jinsabu fit-tabella li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u dawn prinċipalment saru ġewwa l-Ungerija, fejn hemm il-Kwartieri Ġenerali tal-Aġenzija.

Forzi Armati ta' Malta — Promozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21637, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-promozzjonijiet ta' fizzjali għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern? Jista' jipprovdi l-estratt tal-Gazzetta tal-Gvern fejn dawn ġew ippubblikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji li seħħew taħt Gvern preċedenti. Dan minbarra li tejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, li għal snin twal kienu minsija. Infurmat illi saret komunikazzjoni ma’ kull uffiċjal jew eks uffiċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li ressaq ilment ta’ inġustizzja. Infurmat ukoll li abbażi tad-deċiżjoni fil-komunikazzjoni skont ir-rakkomandazzjoni tal-bord konċernat, apparti promozzjonijiet skont il-każi rispettivi, bdew jinħadmu wkoll l-allokazzjonijiet finanzjarji. Infurmat għalhekk li l-proċess ta’ pagamenti li qed imexxi s-servizz pubbliku u li wasal biex jiġi konkluż. Infurmat ukoll li ladarba dan il-proċess jkun konkluż, il-promozzjonijiet tal-uffiċjali kif irrakomandat mill-bord jiġu ppubblikati skont il-proċedura.

Cannabis – Persuni mħarrka

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew imħarrka minħabba tipjip ta' Cannabis fil-pubbliku? Kemm persuni ġew imħarrka ghax kienu qed ipejpu quddiem it-tfal (barra jew fid-dar)? Kemm ġew arrestati persuni għax kellhom aktar minn erba’ pjanti d-dar għall-użu personali tagħhom u jekk dawn kellhomx tfal jabitaw ġo dik id-dar? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew arrestati għax kellhom iktar minn 50 gramma d-dar tagħhom għall-użu personali? Dawn kellhom tfal jabitaw ġo l-istess dar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kien hemm 39 każ fejn persuna ġiet imħarka minħabba tipjip ta’ kannabis fil-pubbliku, każ fejn persuna kienet imħarka minħabba titpjip ta’ kannabis fil-preżenza tat-tfal, kien hemm 30 każ fejn ġew arrestati persuni għax kellhom aktar minn erba’ pjanti ta’ kannabis id-dar għall-użu personali tagħhom u fi tliet każi minnhom kien hemm il-preżenza tat-tfal u kien hemm disa’ persuni li ġew arrestati għax kellhom iktar minn 50 gramma d-dar tagħhom għall-użu personali, fejn f’żewġ każi l-persuni kellhom minuri jgħixu magħhom.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: Name of Entity Name of Head Post Office of the Regulator, Granting of Citizenship for Exceptional Services Mr Carmel De Gabriele Regulator Jobsplus Ms Celia Falzon CEO National Employment Authority Mr Charles Cassar Chairperson

Kummissarju tal-Pulizija — Communication Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-Communication Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Communication allowance. Fis-snin 2021, 2022, u 2023 din kienet ta’ €1600.04 u fis-sena 2024 €1560.32. Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Communication Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-Communication Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Disturbance Allowance. Infurmat li Id-Disturbance Allowance mill-2020 'il quddiem huwa ta’ €861.56 fis-sena. Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Santa Venera — Inċident f’warehouse

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija dwar inċident li ġara f'warehouse nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024, fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. membru jirreferi għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 9467.

AFM — Promozzjonijiet ta’ fizzjali li ġew approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi f’numri, kemm-il promozzjoni ta’ fizzjali ġiet approvata permezz tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa jsewwi inġustizzji maħluqa minn Gvern preċedenti. Dan minbarra li kontinwament isaħħaħ id-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Korpi Dixxiplinati li għal ħafna snin kienu minsija. Infurmat li rankijiet fil-grad ta’ Uffiċjali li ġew approvati huma 12 il-Logutenent, 9 Kaptani u 8 Maġġuri.

AFM — Promozzjonijiet ta’ fizzjali - Ranking

Question

Filwaqt li ssir referenza għad-deċiżjonijiet tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta li ġew deċiżi fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi f’liema rank kienu l-promozzjonijiet ta’ fizzjali li ġew approvati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa jsewwi inġustizzji maħluqa minn Gvern preċedenti. Dan minbarra li kontinwament isaħħaħ id-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Korpi Dixxiplinati li għal ħafna snin kienu minsija. Infurmat li r-rankijiet ta’ uffiċjali huma fil-grad ta’ Logutenent, Kaptan u Maġġur.

AFM — Promozzjonijiet ta’ fizzjali

Question

Filwaqt li ssir referenza għad-deċiżjonijiet tal-aħħar bord tal-inġustizzji fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta li ġew deċiżi fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni kien hemm f’kull rank?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Dan minbarra li tejjeb il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta, li għal snin twal kienu minsija. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baħar ic-Ċagħaq — Triq il-Kosta - Ċitazzjonijiet għal sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija għal sewqan eċċessiv fi Triq il-Kosta, f’Baħar ic-Ċagħaq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mis-sistema elettronika, jirriżulta li n-numru ta’ taħrikiet li nħarġu għal sewqan eċċessiv din is-sena, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt li turi ż-żoni fejn dawn inħarġu. Tul il-KostaTul il-Kosta (NB1: Bahar ic-Caghaq - Pembroke lejn San Pawl) Tul il-Kosta (NB2: Ghallies - Pembroke lejn San Pawl) Tul il-Kosta (SB2: Maghtab - San Pawl lejn Pembroke) Tul il-Kosta (SB1: Salini - San Pawl lejn Pembroke) 2583,3912083,004799

Malta u Għawdex — Rata ta’ Kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ kriminalità ta’ pajjiżna dawn l-aħħar snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ rapporti ta’ reati kriminali li saru mal-pulizija mis sena-1998 sal-aħħar tas-sena 2023 kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Year Crimes per 1000 persons 1998 41 1999 41 2000 44 2001 40 2002 43 2003 45 2004 46 2005 46 2006 41 2007 37 2008 34 2009 29 2010 32 2011 34 2012 37 2013 41 2014 38 2015 39 2016 38 2017 37 2018 33 2019 31 2020 25 2021 30 2022 28 2023 30

Ħaddiema barranin — Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-2023 kien hemm 26,720 third country national li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna. Din l-informazzjoni ma tinkludix persuni oħra barranin li matul is-sena ma baqgħux jaħdmu jew telqu minn pajjiżna.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din is-sena l-Ministeru ttraspona d-Direttiva (UE) 2023/277 permezz tal-AL 155 tal-2024 li ġie ppubblikat fil-5 ta’ Lulju 2024. Il-ħidma dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi (UE) 2022/2555, 2022/2557, 2019/997 u 2023/977 tinsab fi stadju avvanzat.