Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – sistema ta’ workflow management

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li tinxtara sistema ta’ “workflow management” fejn ix-xogħol amministrattiv se jiġi wkoll kompjuterizzat, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-għodda nxtratx? Jekk iva, meta u xi nxtara u kif u fejn qed tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar wieħed mill-oġġettivi li hemm fl-għan numru erba’, infurmat illi s-sistema ta’ workflow management bdiet titħaddem f’ċerti sezzjonijiet tal-Korp. Intant, ammont sewwa ta’ xogħol amministrattiv diġa qed isir permezz ta’ din is-sistema, li jinkludi doveri ta’ pjannar u tqassim tax-xogħol ta’ kuljum tal–uffiċċjali (detail of duties), xogħol relatat mal-uffiċċju tar-Riżorsi Umani, xogħol li jsir fit-taqsima tal-garaxx tal-pulizija, u oħrajn. Is-sistema ser tkun estiża għal aktar taqsimiet tal-Korp biex tiffaċilita aktar proċessi, fil-perjodu ta’ din l-istrateġjija. Qed isir użu estensiv ta' sistemi kompjuterizzati li qed jagħti inter-operabilita bejn id-dipartimenti, u inaqqas b’mod konsiderevoli ix-xogħol manwali u antikwat ta’ żamma ta’ data. Iddaħħlet ukoll sistema awtomatika ta’ għall-ħruġ ta’ Traffic Offence Tickets, li tippermetti kontabilta’ aħjar u tnaqqas lok ta’ żball uman. Fuq l-istess linja qiegħda tiġi proċessata sistema awtomatika ta’ kif jiġu kkumpilati is-seduti tad-distrett biex b’hekk dejjem jitnaqqas l-intervent uman fl-iproċċessar ta’ data. Sistemi oħra bħal- dawk tal-bodycams, joffru awtomazzjoni assoluta, mingħajr bżonn ta’ intervent manwali. Sistemi ta’ dan it-tip joffru mhux biss kontabilita’ aħjar u aċċess aħjar għal-awditjar, iżda joħolqu lok fejn id-data miġbura u it-trends li joħorġu minnha jkunu jistgħu jiġu analizzati aħjar b’lok għal-azzjonijiet proattivi, liema azzjonijiet iwasslu għall-servizz iżjed effettiv u effiċċjenti.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – human resources management system

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li tinxtara sistema kompjuterizzata ta' “human resources” biex l-aċċess ta’ data personali ta’ kull membru fil-Malta Police Force jkun iktar faċli minflok is-sistema manwali, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema nxtratx? Jekk iva, jista’ jgħid meta, xi nxtara u kif qed jintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Fl-aħħar xhur sar proċess qawwi ta’ diġitalizzazzjoni tad-data mmaniġjati mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani, fil-preżent, dan id-Dipartiment għaddej b’eżerċizzju kkoordinat mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern sabiex din id-diġitalizzazzjoni tkompli titwessa. Dan kollu qed iwassal għal iżjed effiċjenza bi proċessi li kienu jitħaddmu manwalment issa qed jiġu awtomatizzati. Apparti dan, il-Korp tal-Pulizija jinsab f’diskussjonijiet sabiex dan il-proċess ikompli jitwessa.

Persuni li mietu kawża ta’ omiċidju f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li mietu kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, mis-sena 2013 sal-15 ta’ Novembru 2022 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Omiċidji f' Għawdex Sena Każijiet Vittmi 2013 1 1 2014 0 0 2015 1 1 2016 0 0 2017 0 0 2018 1 1 2019 0 0 2020 0 0 2021 0 0 2022 2 2 Total 5 5

Mewt ta’ tifel — investigazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2690, jista' l-Ministru jikkonferma jekk u kemm saru rapporti mal-entitajiet u l-aġenziji tal-Gvern qabel il-mewt imsemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2690.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jinżammu laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru minn dawn il-laqgħat pubbliċi u jekk iva, meta, fejn u ma’ min kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Rigward l-għan numru 1, l-istrateġija isemmi laqgħat ma' Public Interest Bodies. Proprju id-dikjarazzjoni tal-missjoni tal-Korp, tagħmel enfasi kbira fuq is-sħubija mal-komunitajiet u allura anke imsieħba strateġiċi. Laqgħat ma’ entitajiet isiru b’mod regolari b’uħud anke bi frekwenza ta’ kull xahar, l-aktar mal-kunsilli lokali speċjalment fit-tħaddim tal-proġett tal-Community Policing li f’dal-mument ikopri 75% tal-pajjiż u huwa ppjanat li dan il-kunċett jiġi estiż mal-pajjiż kollu sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – feedback dwar is-servizz tal-pulizija

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jisma’ u jieħu feedback mill-pubbliku dwar is-servizz tal-pulizija, jista’ l-Ministru jgħid kif ħa feedback mingħand il-pubbliku u jekk implimentax xi forma ta’ pjattaforma fejn il-pubbliku jista’ jibgħat dan il-feedback?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru wieħed tal-istrateġija, il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jiġbor rendikont mingħand il-pubbliku ta’ kif dan qed jiġi kontinwament moqdi. Dan isir b’diversi modi. Fosthom billi jagħmel użu kontinwu tal-pjattaformi diġitali kollha sabiex jikseb dan ir-rendikont. Permezz tal-media soċjali, fosthom bis-saħħa tal-Facebook Page tiegħu, il-Korp jistà jsegwi l-kummenti u reazzjonijiet tal-pubbliku fuq il-materjal li jiġi pubblikat. Ukoll, isir użu mis-servizz tal-messenger, li ġie estiż u jkopri erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Hawn wieħed jistà jieħu dak ir-rispons instantanju rikjest. Il-korp juża ukoll il-website tiegħu, fejn wieħed jista’ jħalli kumment, messaġġ jew ilment. Dawn il-messaġġi jiġu proċessati kuljum mid-dipartiment tal-Komunikazzjoni. Il-pubbliku għandu ukoll il-faċiltà li jissottometti id-domandi, apprezzament jew ilmenti tiegħu anke permezz tal-imejl ġeneriku pulizija@gov.mt fejn ukoll jiġu proċessati kontinwament mill-istess dipartiment. Sal-aħħar ta’ din is-sena, ser tkun qiegħda tiġi implimentata sistema fejn wara li l-pubbliku jiġi moqdi mill-Korp tal-Pulizija, jkun jistà permezz ta’ QR code, iħalli rispons tiegħu fuq stħarriġ qasir, bl-għan li s-servizz tal-Korp lejn il-komunità ikompli jitjieb. Apparti dan, minn żmien għal żmien il-Korp tal-Pulizija jikkummissjona stħarriġ pubbliku sabiex jifhem aħjar il-perċezzjoni tal-poplu dwar l-operat tiegħu, bil-għan li s-servizz offrut ikun dak mistenni mill-poplu Malti u Għawdxi.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – Quality Service Charter Document

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jibda proċess biex isir Quality Service Charter Document bil-għan li s-servizz tal-pulizija jkun iktar immirat biex jaqdi ċ-ċittadin, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument tlestiex? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Medja tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru 1 tal-istrateġija, waħda mill-inizzjattivi b’referenza għall-mistoqsija ta’ l-Interpellant tgħid hekk “Seek a Quality Award for the Service Provided”. Il-Korp tal-Pulizija ilu għal dawn l-aħħar xhur f’diskussjonijiet mal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, fejn ġie identifikat proċess ta’ servizz partikolari u sensittiv, offrut mill-Korp, u speċifikament dak tal-Gender Based Domestic Violence Unit (GBDV), li ġie mwaqqaf f’Settembru 2020 u qed jagħti servizz speċjalizzat u professjonali lil dawk il-vittmi vulnerabbli u l-familji tagħhom. Min-naħa tal-Korp ġie sottomess l-interess formali biex jinbeda dan il-proċess tal-Quality Award. Il-proċess tal-Quality Service Charter huwa parti minn dan il-proċess li jibda jitfassal meta l-proġett ikun fi stadju aktar avvanzat. Minbarra dan il-proġett, il-Korp huwa kommess li jibqa' jtejjeb f’kull livell, is-servizzi kollha offruti kif mistenni mill-komunitajiet kollha li nservu, kif diġà ntqal fir-risposta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3963.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – performance targets

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li jibdew isiru “performance targets” fuq kull sezzjoni tal-pulizija u li l-għan ta’ dawn it-targets huwa li l-pulizija jkunu iktar responsabbli u “accountable”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-“performance targets” sarux fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija? Jista’ jgħid dawn kif jinħadmu? Hemm xi dokument li jispjega dan? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Kif jindika t-titlu, l-istrateġija tat-trasformazzjoni, hi intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmien li twassal sas-sena 2025. Kif ġie indikat fi tweġibiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Fejn jirrigwarda l-għan strateġiku 2, speċifikalment li jiġu żviluppati key perfomance indicators (KPIs) għad-dipartimenti varji tal-Korp, il-proċess qiegħed fil-fażi li jiġi konkluż u dan b’assistenza mir-Renju Unit.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – rapporti u statistiċi dwar il-performance tal-pulizija

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jibda jippubblika numru ta’ rapporti u statistika dwar il-performance tal-pulizija f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ir-rapporti ġewx ippubblikati fuq il-website tal-pulizija Maltija? Jekk iva, f’liema sena ġew ippubblikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Kif jindika t-titlu tal-istrateġija tat-trasformazzjoni, din intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmien li twassal sas-sena 2025. Kif irapportat fi tweġibiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Rigward l-għan strateġiku 2, speċifikalment li jiġi żviluppati key perfomance indicators (KPIs) għad-dipartimenti varji tal-Korp u li dawn jiġu ppublikati, kif intqal iktar kmieni, dan il-proċess għadu fil-fażi li jiġi konkluż. Madanakollu l-Korp tal-Pulizija xorta jfittex li jagħmel aċċessibli għall-pubbliku ix-xogħol kollu li jsir. F’dan ir-rigward fuq bażi regolari, il-Korp jippubblika diġitalment, dawk ir-riżultati li jkunu nkisbu mid-dipartimenti varji u ċioè l-arresti, persuni imressqa il-qorti, kif ukoll ir-rondi li jsiru.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – miżuri ta’ quality control

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jimplimenta miżuri ta’ “quality control” madwar il-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-proċeduri u miżuri ta’ quality control ġewx implimentati fis-sezzjonijiet kollha tal-Korp? Jekk iva, kif qed jiġu implimentati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru tnejn tal-istrateġija, il-Korp tal-Pulizija ħa ħsieb jirrimudella l-Internal Affairs department tiegħu għal-wieħed ta’ Professional Standards. Dan id-dipartiment flimkien mad-dipartiment tal-Internal Audit huwa inkarigat li jara li jinżamm l-ogħla livell ta’ kwalita fil-Korp kollu. Minn barra dawn tnedew numru sostanzjali ta’ Policies u Standard Operating Procedures li joħolqu livell ta’ operat, li sfortunatament ma kienux jeżistu qabel. Dawn il-Policies u l- SOPs, jirregolaw diversi oqsma fl-operat tal-korp, minn dak operattiv, bħal- Policies fuq l-Użu tal-Forza u dawk li jikkontrollaw il-mod kif jintużaw l-armi u l-apparat ieħor tal-korp; u dawk amministrattivi, bħal Policies dwar il-Procurement. F’Novembru tas-sena 2020, wara tmintax (18) il-sena mill-aħħar verżjoni tiegħu, ġie mniedi Kodiċi tal-Etika aġġornat li jkopri dawk il-valuri u objettivi mistennija minn kull uffiċjal tal-Korp tal-pulizija. Kif diġa intqal tnediet ukoll Policy ta’ Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni minn Membri tal-Korp, u għal-ewwel darba ħolqot il-Kariga ta’ Uffiċjal tal-Integrita’, responsabbli mill-Integrita tal-Membri tal-Korp u li għandu is-seta’ jieħu rapporti kunfidenzjali u anonimi. Din il-proċedura waslet saħansitra għal-emendi fil-Liġi u cioe’ il-Kap 164, l-Att Dwar il-Pulizija, li daħlu fis-seħħ b’Avviż Legali 292 tat-2020. Kif indikat fi-tweġiba ohra, il-Korp nieda Policy (POL-DRG) li tirregola l-iscreening tal-uffiċjali tal-Pulizija għal-użu tad-droga, kif ukoll għal-stat ta’ sokor, waqt il-ħin tax-xogħol. Dawn kollha, kienu miżuri, ferm effettivi, maħruġa b’viżjoni waħda, li tittejjeb il-kwalità tas-servizz lejn iċ-ċittadin, għall-waħda iktar professjonali milli qatt kienet. Fl-istess ħin kull uffiċjal li jħaddan grad ta’ supervisor għandu l-obbligu li jara li l-policies u l-SOPs tal-Korp jiġu segwiti, fuq livell ta’ organizzazzjoni u permezz tal-Professional Standards, il-Korp kontinwament jara li dawn jiġu tassew prattikati. Mill-banda l-oħra, l-Internal Audit Office jagħti sehmu sabiex jelenka żoni fejn tkun tista’ tittejjeb il-kwalità tas-servizz jew tal-proċessi addottati u sussegwentement jassisti wkoll fl-iżvilupp ta’ dawn il-proċeduri.

AFM — Maritime Squadron – P71

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx għaliex il-P71 tal-AFM Maritime Squadron li ġiet ordnata snin ilu ma ġiex maħsub għaliha shore supply tal-elettriku? Kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti f’diesel billi l-P71 spiċċat qed tieħu supply tal-elettriku minn generator fuq l-art? Meta ser jibda x-xogħol biex isir shore supply? Jekk jaf b’dan kollu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti ta’ kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi x xogħol ta’ shore supply ilu li beda minn Awwissu tas-sena 2019, bir-raba’ sejħa ġiet ippubblikata f’Lulju tas-sena 2022. Il-kuntrattur rebbieħ ġie notifikat u bħalissa s-sejħa qiegħda fl-istadju tal-appell. L-Iskwadra Marittima bħalissa qiegħda tuża wieħed mill-ġeneraturi tagħha sabiex tipprovdi l-elettriku lill-vapur u għadu kmieni wisq sabiex toħroġ stima preċiża fid-dawl li din waslet f'Malta fl-aħħar jiem.

Salvataġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-salvataġġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sat-Tnejn 5 ta' Settembru kien għadu ma seħħx, meta l-ewwel sejħa għall-għajnuna saret is-Sibt 3 ta' Settembru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara n-notifika tal-każ ir-Rescue Coordination Centre Malta (RCC MT) iddevjat l-assi kollha disponibbli għas-salvataġġ u kkoordinat s-salvataġġ 70 mil nawtiku ta’ Kreta, il-bastiment merkantili ġie ddevjat lejn l-eqreb post ta’ sigurtà jiġifieri Kreta, skont il-Konvenzjonijiet applikabbli. Waqt li kien fi triqtu lejn il-kosta ta' Kreta, RCC MT irċeviet informazzjoni għall-assistenza medika mingħand il-kaptan tal-vapur, RCC Malta talbet immedjatament lill-awtoritajiet Elleniċi għall-evakwazzjoni immedjata ta’ tifla abbord il-bastiment merkantili li kien fil-viċinanzi ta’ Kreta, il-Greċja. RCC MT kienet f'komunikazzjoni kostanti ma' RCCs oħra biex timmonitorja din l-operazzjoni. Minħabba d-distanza ta' aktar minn 450 mil nawtiku, li kieku l-vapur ma kienx devjat immedjatament minn RCC MT lejn l-eqreb post ta' sikurezza, in-numru ta' vittmi kien probabbilment ikun ogħla.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1733.

Imwiet ta’ persuni kawża ta’ omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bejn is-sena 2012 u d-9 ta’ Novembru 2022 kien hemm erbgħa u sittin każ ta’ omiċidju fejn kien hemm sebgħin vittma, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Każ irreġistrat fis-sena 2019 kien ta’ persuna rrapurtata nieqsa fis-sena 2008, li fis-sena 2019 irriżulta li kienet vittma ta’ omiċidju. Sena Każi ta’ omiċidji Vittmi 2012 10 12 2013 6 7 2014 6 6 2015 4 4 2016 5 5 2017 9 9 2018 6 7 2019 4 5 2020 6 7 2021 2 2 2022 6 6 Total 64 70

San Ġiljan – bylaw – persuni mwaqqfa u mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imwaqqfa u mħarrka persuni li kisru l-bylaw f’San Ġiljan li ma tħallix persuni jixorbu minn kontenituri tal-ħġieġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward toroq f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġewx konklużi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet.

Xemxija — Mistra Village – kumpless turistiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħdu jew ħadu l-pulizija għall-periklu u l-inkonvenjent li qed joħloq lir-residenti s-sit abbandunat taż-żona ta’ fejn qabel kien hemm il-kumpless turistiku tal-Mistra Village fix-Xemxija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jipprovdi aktar informazzjoni dwar liema tip ta’ inkonvenjent qed jirreferi.

Għawdex — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw ġewwa Għawdex, raħal b’raħal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ taħrikiet matul is-sena 2022 mill-uffiċjali tal-Lesa u Pulizija, għall-każi li jiġu deċiżi mit-Tribunali Lokali, raħal b’raħal, għas-sena 2022 sa Ottubru, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: 2022 2022 Total Offence Locality Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct RABAT 566 684 457 516 536 344 426 550 553 885 5,517 ZEBBUG 89 125 85 142 167 198 401 417 316 136 2,076 GHAJNSIELEM 145 104 129 127 149 143 85 135 143 156 1,316 XEWKIJA 134 102 77 94 79 30 32 73 34 105 760 XAGHRA 37 57 30 26 51 50 54 47 42 26 420 MUNXAR- 34 70 33 42 43 68 106 99 89 51 635 NADUR- 42 38 20 30 66 35 30 41 39 47 388 QALA 52 49 28 15 33 51 43 77 43 28 419 GHARB- 24 38 10 16 13 15 22 36 24 35 233 SANNAT 26 25 25 23 34 13 25 12 7 15 205 FONTANA 12 12 4 6 11 9 9 16 12 21 112 KERCEM 8 9 3 10 4 8 13 5 12 72 GHASRI 6 3 2 7 11 18 20 8 2 10 87 SAN LAWRENZ 6 3 1 4 5 1 4 8 5 7 44 Grand Total 1,181 1,319 904 1,048 1,208 979 1,265 1,532 1,314 1,534 12,284

Pulizija – rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali lill-Pulizija matul is-sena 2021? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet il-perpretrator instab ħati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.