FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni mhux pekunjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew ezerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, kien hemm sebgħa u tletin (37) Nutar Pubbliku li ingħata piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja.
L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi — pieni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja biss?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, kien hemm erba’ (4) Nutara Pubbliċi li ingħataw piena pekunjarja flimkien ma’ piena ta’ natura oħra.
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni ta’ aktar minn €1,500
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li taqbeż l-€1,500?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċizjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda Nutar Pubbliku li ingħata piena pekunjarja li teċċedi l-valur ta’ elf u ħames mitt ewro (€1,500).
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
Victoria Għawdex – bini ta’ skola primarja — tender
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li t-tender li ħarġet permezz ta’ Accelerated Opening biex isiru xogħlijiet ta’ skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hu ppjanat li tinbena l-iskola l-ġdida primarja fil-Victoria Għawdex u li kellha tagħlaq fit-30 ta' April 2019, mid-data tas-26 ta' April 2019 ma għadiex tidher fuq il-website tal-Electronic Tendering (www.etenders.gov.mt)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li l-bidders u l-prezzijiet tal-bidders għat-tender CT2002/2019 - 'Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and Triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo'. li għalqet fit-2 ta’ April 2019, damu aktar minn jumejn ma ġew ippubblikati fil-website www.etenders.gov.mt? Jista’ jgħid kemm kien hemm iktar tenders li għalqu fit-2 ta' April 2019 u ma ġewx ippubblikati fuq il-website f'dik l-istess ġurnata? Jista’ jagħti l-isem tal-bidders u l-prezzijiet rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuħ tas-sejħa għall-offerti CT 2002/2019, dam jumejn minħabba raġunijiet tekniċi.
Il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti jitwettaq b'mod sekwenzjali. Barra minn hekk, l-ammont ta' ħin meħtieġ biex tinfetaħ sejħa għall-offerti huwa relatat man-numru ta' offerti rċevuti, kif ukoll mad-daqs tagħhom.
Fit-02/04/2019, 21 sejħiet għall-offerti kienu skedati li jinfetħu. Għalhekk, kien normali li s-sistema kienet teħtieġ zmien ta' pproċessar raġonevoli sabiex jinfetħu l-offerti kollha.
L-ebda sejħa oħra għal offerti ma kienet affettwata.
L-ismijiet tal-
bidders
u l-prezzijiet rispettivi kienu:
Road Construction Co. Ltd. €2465,722.33
Gatt Tarmac Ltd. €213,5507.05
Jista’ l-Ministru jindika kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu s-sena l-oħra? Kemm baqa’ arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx (a) mill-Inland Revenue (b) mid-Dwana; u (ċ) mit-Teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
a) L-Inland Revenue għadha ma ppubblikatx il-“
CfR 2018 Arrears of Revenue Report
”, peress li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar;
b) Id-Dwana ġabret is-somma ta’ €6,240,040 matul is-sena 2018. Arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx sal-aħħar ta’ Jannar 2019 jammontaw għas-somma ta’ €8,693,353;
c) It-Teżor ma kellux arretrati x’jinġabru.
Swedish Income Tax – Whitelist – impact assessments
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8073, jista’ l-Ministru jwieġeb jekk sarux impact assessments qabel jew wara li l-Iżvezja neħħiet kompletament lill-Malta mill-Whitelist għall-finijiet fiskali mill-1 ta’ Jannar 2019 ‘il hawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern segwa mill-qrib l-azzjoni Zvediża u l-impatt tagħha u qiegħed jaħdem sabiex jindirizza l-problema.
Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8163 mill-Ministru tal-Ġustizzja fejn stqarr li flejjes konfiskati jiġu depożitati fil-fond konsolidat, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġà qiegħed jgħin lil diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta’ flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta’ flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet Kap. 473)
minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalitajiet li minnhom inġabret l-imsemmija eko-kontribuzzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli tingħata l-informazzjoni fil-forma mitluba skont il-lokalità, peress li ħlasijiet tal-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni jiġu reġistrati skont in-numru tar-reġistrazzjoni tal-Eko-Kontribuzzjoni tal-operaturi, li l-indirizzi privati jew tan-negozji tagħhom ikunu differenti minn tal-proprjetajiet mikrija.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692, 2097 u 4664 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693, 2098 u 4665 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8312 u 8855 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8890.
Peress li din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8224 u jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedure' u x'tip ta’ Negotiated Procedure kienu u dan sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija aċċessibli online fuq is-sit –
https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/2_en_act_part1_v7-adopted_text.pdf
Kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għall-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mal-liġi applikabbli tal-Unjoni Ewropea, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FIAU ma tistax tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Ministru, għaliex din l-informazzjoni li qed tintalab għandha x’taqsam mal-operat tal-FIAU, u għalhekk titqies bħala informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali li at-termini tal-Att Kontra l-Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma tistax tiġi zvelata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9284 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:
a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;
b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u
ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':
a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u
b) nisa fuq advisory board?
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta diġà tħabbret fid-Diskors tal-Baġit 2019 paġna 17.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-prezzijiet tal-bidders għat-tender MGOZ/MPU T 5/2019 li għalqet fis-27 ta’ Frar 2019, mhumiex jidhru fuq il-website www.etenders.gov.mt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dakinhar li suppost infetħu l-offerti, kien hemm problema teknika fuq il-portal www.etenders.gov.mt li ma ppermettitx li jinfetħu l-offerti.
Wara intervent li sar bl-għajnuna ta' s-System Developers barranin, il-problema teknika ġiet riżolta w l-offerti setgħu jiġu miftuħa. Dan sar il-Tejn, 4 ta' Marzu 2019 u kif l-offerti nfetħu, il-valur tagħhom ġie jidher fuq is-sit.