Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 172 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 170 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 123 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 452 student.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x'kienu s-subscriptions tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) li skont ir-Rapport Annwali tal-2023 kienu jammontaw għall-€127,267?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont imsemmi jikkonsisti fis-segwenti;
· €33,099.37 għal subscriptions u affiljazzjonijiet varji, f’diversi organizzazzjonijiet u fora internazzjonali relatati mal-qasam tal-edukazzjoni.
· €1,732.15 memberships
· €92,435.51 f’servizzi u liċenzji varji relatati mal-operat tal-Awtorità
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) biex issir membru tal-European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) u l-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-talba għas-sħubija fl-EQAR tinsab fi stadju ta’ appell.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm approva fondi l-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għal impjegati ġodda matul is-sena 2025 u meta approva tali fondi? Jista’ jgħid ukoll f'liema gradi u dipartimenti tal-istess awtorità se jkunu qegħdin jaħdmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tibdil fin-numru ta’ impjegati mal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) huwa sottomess għall-approvazzjoni skont il-proċeduri stabiliti. Infurmat ukoll li stante li n-nefqa fis-salarji hija stmata u kkomunikata annwalment fil-Business and Financial plans tal- Awtorità, in-nefqa fis-salarji hija prerogattiva tal-Ministeru pertinenti kif ukoll tal-Ministeru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24864 u 25541 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ll-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord jew il-kumitat li qed jieħu ħsieb biex jittieħdu d-deċiżjonijiet relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-proġett qed isiru b’mod regolari fil-Ministeru stess mal-istakeholders konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bord ġie mwaqqaf u min huma l-membri ta’ kull bord li jaqgħu taħt l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika bord li jaqa taħt l-Awtorità msemmija hu l-board tad-Diretturi u li l-informazzjoni mitluba ġiet mwieġba permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19337.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma u kemm hemm għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Integrita fl-Isport Malti tinsab għaddejja bi proċess kontinwu sabiex tassigura li l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjoniet sportivi Maltin ikunu rreġistrati mal-Awtorità.
Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika — Ġinnasti li jitrenjaw ma’ SportMalta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ġinnasti kollha li jittrenjaw ma' SportMalta m’għandhomx id-dritt li jipparteċipaw fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika f'pajjiżna li ser isir bejn l-14 u s-16 ta' Marzu 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-ġinnasti kollha li jittrenjaw ma' SportMalta se jitħallew jipparteċipaw fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika.
Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika — Ġinnasti affiljati ma’ klabbs privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex wieħed ikun jista’ jipparteċipa fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika, iridx ikun bilfors affiljat ma' klabb privat tal-ġinnastika? Jekk fl-affermattiv, allura SportMalta ma titqiesx bħala entità serja li wkoll tista’ twassal l-atleti li jittrenjaw magħha għal din il-kompetizzjoni? Jekk hu l-każ li dawn l-atleti ġinnasti ma jistgħux jipparteċipaw għal dan il-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika, dawn l-atleti qed jittrenjaw ma' SportMalta għalxejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru ma jistax jindaħal f’dik li hija amministrazzjoni interna, fl-assoċjazzjoni jew federazzjoni sportiva. Kif diġa ġie ddikjarat fil-Parlament, indħil politiku jwassal għal sospensjoni tal-assoċjazzjoni.
Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika — Parteċipazzjoni tal-ġinnasti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex atleti Olimpiċi m'għandhomx bżonn ikunu affiljati ma' klabb privat biex jipparteċipaw fl-Olimpijadi, imma f'Malta biex ġinnasta jipparteċipa fil-Kampjonat Nazzjonali jrid ikun affiljat ma' klabb privat? Jista’ jgħid ukoll jekk ġinnasta Malti jkun membru parteċipi ta' SportMalta li mhux klabb privat, teskludih li jipparteċipa fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Ġinnastika huwa organizzat mill-Malta Gymnastics Federation, entita’ awtonoma u indipendenti minn kwalunkwe operat tal-Gvern, kemm bħala Ministeru kif ukoll SportMalta.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tender relatat mal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ġie estiż fl-ewwel ftit jiem ta' Jannar meta t-tender kellu jagħlaq fis-7 ta' Jannar, qabel ma skadiet id-deadline tat-tfiegħ tat-tenders u għaliex ġie estiż b'xahar? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda l-konfini tal-uffiċini u għaliex limitat biss għal distanza speċifika ta' 1 km mill-Iskola Maria Assumpta, Ħamrun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kinitx ħarġet sejħa għal CEO tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) f'Diċembru 2024 u jekk le, fuq liema kriterji ntgħażel is-CEO kurrenti? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV bil-kisbiet akkademiċi ta' dan is-CEO?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ser toħroġ sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO.
Jista’ l-Ministru jgħid liema interviews għal Head of School (inkluż Ċentri ta’ Riżorsi) saru mill-perjodu ta’ Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, jelenka minn kienu dawk magħżula, f’liema jum ġew appuntati, minn min kien kompost il-bord tal-interviews u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport kompost għal kull kandidat li resaq għal kull interview (anke jekk ma ntgħażilx)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Settembru tal-2023 s’issa kien hemm total ta’ 5 sejħiet għal Head of School. Għal fini ta’ sigurta u privatezza, informazzjoni addizzjonali mhux ser tiġi ppublikata.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Jannar attendejt għall-laqgħa nformali tal-EYCS. F’Mejju mistenni li nattendi għall-laqgħa oħra tal-EYCS.