Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam edukattiv governattiv — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-qasam edukattiv governattiv u f'liema grad bejn Settembru u Diċembru 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati fil-qasam edukattiv governattiv bejn Settembru u Diċembru 2007 huwa hekk: Direttur Ġenerali 1 Regular Teacher 170 Supply Teacher 51 Supply Learning Support Assistant 21 Supply Kindergarten Assistant 15 Matul l-istess perjodu kien hemm wkoll l-impjieg ta’ sitt persuni irtirati mis-Servizz (4 Retired Kindergarten Assistant “on call” u 2 Retired Teachers), persuna waħda bħala “on call” Special Needs Emergency Helper, 26 Adult Educators li jagħtu s-servizz tagħhom fil-klassijiet ta’ filgħaxija.

Minsteru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtha matul l-2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-nefqa globali ta’ fuel/petrol hija ta’ € 519,565.18.

Marsa Racing Club — Dħul b'xejn minn persuni b'diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex persuni b’diżabilità li sas-sena li għaddiet kellhom il-facilità li jidħlu l-Marsa Racing Club biex isegwu t-tlielaq mingħajr ma jħallsu, issa ġew mitluba jħallsu l-miżata stabbilita għal kulħadd? X’kien il-kambjament li wassal għal din id-deċiżjoni? Jidhrilha li persuni b’diżabilità għandu jkollhom preferenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Malta Racing Club qatt ma kellu policy dwar miżati tad-dħul differenti jew preferenzjali. Il-Malta Racing Club ser ikun qed jikkunsidra din il-proposta fil-jiem li ġejjin.

Għawdex — tfal jistennew deċiżjoni tal-Istatementing Board

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4793, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Malta li qed jistennew id-deċiżjoni tal-istess bord? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlu l-applikazzjoni għas-servizz ta’ facilitator? Tista’ tgħid kemm hemm tfal li diġà għandhom dan is-servizz f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm hemm facilitators f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm-il darba iltaqa’ l-iStatementing Board f’Malta mill-2003 ‘l hawn? Tista’ tara li dan il-bord jiltaqa’ f’Għawdex aktar spiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Skola Primarja Bice Mizzi Vassallo — Liċenzji meħtieġa

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li fil-mistoqsija parlamentari 2980 kont qed nirreferi għal ċentri ta' taħriġ u edukazzjoni fl-IT, tista' l-Ministru tgħid liema ċentri għandhom liċenzji mill-ministeru biex joperaw f'Malta u f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2986

Skejjel statali — Nefqa f'dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se jiżdiedu għall-iskejjel statali l-kontijiet tad-dawl u ilma skond it-tariffi l-ġodda mħabbra mill-Gvern? Kemm sar provvediment għal din iż-żieda fil-vot tal-Utilities għas-sena 2009? Kemm kienet in-nefqa fl-iskejjel statali f'dawl u ilma tul is-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qed jinħadem pjan biex jitnaqqas il-konsum u tkun kontrollata n-nefqa. Meta dan jitlesta tiġi kkalkulata l-ispiża għall-2009. Dan il-pjan ma jinkludix l-iskola Sekondarja tas-Subien Verdala, Kulleġġ Sta Margerita, u l-anqas l-iskola Sekondarja ta’ Pembroke, Kulleġġ Sta Klara, billi dawn se jagħmlu użu minn solar systems. In-nefqa fl-iskejjel statali f’dawl u ilma tul is-sena 2008 kienet ta’ € 241,118.

Skejjel tal-Knisja — Arretrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi arretrati x'jitħallsu lill-iskejjel tal-knisja? Jekk iva, kemm hu l-ammont u meta se jitħallsu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-arretrati dovuti lill-iskejjel tal-Knisja jammontaw għal €5,065,828.09 sal-2007. Minħabba reconciliations tal-ammonti dovuti kontra pagamenti li jkunu saru, s-somma tal-arretrati għall-2008 għada qed jinħadem.

Malta Qualifications Coucil — Vot 5226 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuqiex se jintnefqu €268,000 ivvutati fis-sena 2009 għall-Malta Qualifications Council? Għaliex ġew ivvutati kważi 28% iżjed mis-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, b’effett mit-18 ta’ Awwissu 2008, assorba fih ukoll iċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni u l-Uffiċċju tal-Koordinatur għal Rikonoxximent Reċiproku, żewġ entitajiet li sal-lum ma kellhomx vot apparti. L-impjegati taż-żewg entitajiet ġew ukoll assorbiti fil-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.

International memberships — Vot 25

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 fuq international memberships żdied għal €104,000 meta mqabbel ma' dak tas-sena 2008 li kien ta' €58,000? X'organizzazzjonijiet ġodda qed jieħu sehem fihom pajjiżna f'dan il-qasam?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-allokazzjoni għall-2009 tirrifletti l-ħtiġijiet riveduti tal-2008 u kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni f’Subsidiary Bodies tal-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD).

Media Desk — Vot 5407 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuqiex se jintnefqu €23,000 fuq Media Desk fis-sena 2009? Min se jitħallas minn dan il-vot u għal liema servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-MEDIA Desk fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huwa l-uffiċċju li jieħu ħsieb l-promozzjoni u l-ammistrazzjoni tal-programm Ewropew MEDIA. Fis-sena 2009, €23,000 se jintużaw biex jitmexxa dan l-ufficcju u ssir promozzjoni ta’ dan il-programm mas-settur awdjoviżiv.

Students' Maintenance Grant — Vot 5364 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema studenti u f'liema istituzzjonijiet edukattivi, u kemm studenti f'kull qasam se jieħdu mill-ammont ta' €21,007,000 ivvotati għas-sena 2009 bħala Students' Maintenance Grant? Għaliex żdiedu b' €1,673,000 mis-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li għas-sena finanzjarja 2008, il-vot oriġinali għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti kien jammonta għal €19,334,000 li aktar tard kien supplimentat b’€378,966 għall-ammont totali ta’ €19,712,966. Għas-sena finanzjarja 2009, il-vot għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti hu ta’ €21,007,000. Mill-estimi wieħed jista’ jinnota li l-vot 55065027 li kien ikopri it-Technicians Apprentice Scheme (TAS) u l-vot 55065245 li kien ikopri l-Extended Skills Training Scheme (ESTS) ma għadhomx jidhru. Il-flus ta’ dawn iż-żewġ voti ġew amalgamati fil-vot għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti billi l-amministrazzjoni tal-fondi ta’ dawn iż-żewġ skemi ta’ apprendistat isir ukoll mill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti. Meta wieħed iqis dan l-element isib li l-vot reali li jidher taħt Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti żdied b’€522,148 liema ċifra tirrapreżenta żieda ta’ 3% fuq is-sena l-oħra u trid tagħmel tajjeb għaż-żieda fin-numru ta’ studenti li se jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment is-sena d-dieħla. L-istudenti li llum jirċievu għotja ta’ manteniment jinqasmu hekk: SENA AKKADEMIKA 2008-2009 Istituzzjoni Edukattiva Sena Studenti Sena Studeni Junior College 1 1423 2 1243 Higher Secondary School 1 566 2 360 MA Refalo (Gozo) 1 246 2 215 St. Aloysius College 1 217 2 217 De La Salle College 1 136 2 132 St. Martin’s College 1 43 2 40 University of Malta 5645 MCAST (Full Time) 3333 Apprentices 600

Devoluzzjoni ta' faċilitajiet/proprjetajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir id-devoluzzjoni ta' faċilitajiet/proprjetajiet sportivi lill-għaqdiet sportivi differenti li kienu ġew imwiegħda li dan kellu jsir sal-aħħar tas-sena? Liema huma l-faċilitajiet/proprjetajiet involuti u liema huma l-għaqdiet/organizzazzjonijiet li se jibbenefikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lista ta’ faċilitajiet li qiegħed isir l-proċess ta’ trasferiment qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li s’issa għad m’hemmx id-data eżatta ta’ meta ser issir id-devoluzzjoni.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtha matul l-2008 rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri matul is-sena 2008 hija ta’ € 214,645.24.

Fondi allokati g]ar-restawr u riabilitazzjoni tal-Ġgnatija

Question

Tista’ l-Ministru tagħti t-tagħrif fuq il-Mistoqsija Parlamentari 4567 u tgħid kemm fondi hemm allokati għalll-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni tal-Ġgantija mill-Voti tal-Ministeru tagħha mill- €3.1miljun taħt il-proġett tal-ERDF? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dan il-proġett din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proġett tal-European Regional Development Fund (ERDF) għat-Tempji tal –Ġgantija , li għandu total ta’€3.1 miljun, jinsab fil-fażi bikrija tiegħu u matul din is-sena 2009 mistennija jintefqu madwar €284,000. L-ewwel parti ta’ dan il-proġett tkopri servizzi ta’ Project Management, servizzi ta’ periti u disinni , kif ukoll xiri ta’ art.

Trasport — Vot 27 - Estimi 2009 Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif waqt li l-vot fuq t-trasport fis-sena 2008 kien €93,000, se jitla' għal €118,000 għas-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iż-żjieda fit-trasport hija dovuta primarjament għaż-żjieda ta’ l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. Meta ġew ippreżentati l-estimi Finanzjarji ta’ l-2008, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ma kellux Segretarju Parlamentari.

Professional Services — Vot 33 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq Professional Services għas-sena 2009 kiber b'iżjed minn erba' darbiet minn dak għas-sena 2008? Fl-2009 min se jitħallas minn dan il-vot, kemm se jitħallas u għal liema servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammont ivvutat għall-2009 huwa bbażat fuq l-ispiża attwali fl-2008 u l-ispejjeż ġodda fil-Ministeru jaf bihom (forseen expenditure). Barra minn dan, hemm iż-żieda ta’ Cost Centre ġdid għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport. L-allokazzjoni taħseb wkoll għaż-żieda fin-numru ta’ eżamijiet u r-rati li jitħallsu lill-eżaminaturi. Matul l-2009, minn dan il-vot se jitħallsu l-ispejjeż għal servizzi legali, mediċi, accountancy, awditjar u servizzi professjonali oħra skond il-ħtieġa. Ma jistax jingħad minn issa min se jitħallas minn din l-allokazzjoni.

Information services — Vot 29 - Estimi 2009 Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuqiex huwa mistenni li jintnefqu l-€136,000, Information Services għas-sena 2009 u għaliex żdiedu b'46% mis-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ispiża fuq l-Information Services għas-sena 2009 mistennija tkun fuq: reklamar, pubblikazzjonijiet, fieri u esebizzjonijiet. Iż-żieda fl-ammont fuq l-Information Services għas-sena 2009 hija primarjament dovuta għall-materjal ta’ informazzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport mit-taqsima taż-Żgħażagħ.

Office Services — Vot 26 - Estimi 2009 Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 fuq Office Services tela' għal €106,000 meta mqabbel ma' €70,000 tas-sena 2008? Fuqiex huma maħsuba li jintnefqu dawn il-flus?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ż-żieda fil-Vot fuq Office Services hija primarjament dovuta għaż-żieda tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari. Dawn il-flus jintefqu kif indikat f’paġna 2 tal-Financial Estimates 2009, ippublikat mill-Budget Office.