Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fir-Rabat, Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2823 u jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti r-Rabat (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ħal Luqa – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2940 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Is-Siġġiewi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2941 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti is-Siġġiewi, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3317.

Artifatt Storiku

Question

B'referenza għad-diskors tal-Ministru Refalo waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta 36, nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, jista' l-Ministru jgħid kif akkwista l-artifatt storiku li għandu fil-ġnien privat tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mal-istqarrija li ppubblikajt fit-18 ta’ Frar ta’ din is-sena.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – investigazzjoni kriminali dwar artifatt storiku

Question

Kif talabni nagħmel il-Ministru nnifsu fil-ħin tal-Mistoqsijiet Supplimentari tas-seduta tat-Tnejn 24 ta' Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux soġġett għal investigazzjoni kriminali, kif ġie rappurtat f'Mejju li għadda, u jekk irritornax l-artifatt storiku li kellu jsebbaħ il-ġardina tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi kif diġà ddikjarat kull informazzjoni, assistenza u kooperazzjoni ingħatat lill-entitatijiet responsabbli. Rigward kwalunkwe investigazzjoni ta' kwalunkwe xejra fuq is-suġġett ma għandi l-ebda informazzjoni x’nirrapporta.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 377, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru ta’ ħaddiema fis-Settur Agrikolu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 142 u 1112, jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) jeżistix elenku/lista/reġistru tal-ħaddiema involuti fis-Settur Agrikolu skont is-sengħa u tip ta’ ingaġġ (full/part-time u/jew każwali); u (b) jekk din l-informazzjoni hijiex miġbura anke minn entitajiet oħrajn, fosthom il-Jobsplus? Jekk il-Gvern m’għandux l-informazzjoni hawn fuq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern u/jew entitajiet u dipartimenti tiegħu jistgħu: (a) jitkellmu fuq l-impatt ta’ ċerti issues, bħal tnaqqis ta’ bejgħ, fuq il-ħaddiema u l-familjari tagħhom; (b) jikkalkolaw kemm se jiġu jiswew miżuri għal għajnuna bħala kumpens ta’ nuqqas ta’ dħul għall-ħaddiema fis-settur; u (ċ) jipproġettaw miżuri biex ħaddiema fis-settur li jispiċċaw bla xogħol isibu xogħol alternattiv u s-sengħa u l-ħiliet tagħhom ma jintilfux?

Response (REFALO, ANTON)

Skont l-aħħar figuri miġburin mill-Uffiċċju tal-Istatiska, jidher illi 93.7% tal-azjendi agrikoli jitħaddmu minn bdiewa weħidhom. Dan jindika li ftit huma dawk li jħaddmu nies fl-intrapriża tagħhom. Għadaqstant,l-informazzjoni li għandu dan il-Ministeru dwar min jaħdem l-art agrikola tista’ tintuża għall-iskopijiet sabiex: · Jiġi studjat l-impatt fuq numru ta’ kwistjonijiet relatati mas-settur; · Jsiru kalkolazzjonijiet fuq kemm ser jiġu jiswew miżuri għall-kumpens skont il-ħtieġa li tinħoloq f’dan is-settur; kif ukoll · Jiġu proġettati miżuri varji sabiex dejjem itejbu u jsaħħu dan is-settur filwaqt li jibbenefikaw il-partijiet interessati kollha fi ħdan is-settur. Infurmat ukoll illi informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala part-time u full-time tinżamm mill-Jobsplus.

Reġistru ta’ ħaddiema fis-Settur Agrikolu – advisory cost limit biex jinġabar it-tagħrif

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 142, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788.

Riforma fil-Pitkalija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 820, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti t-titjib fir-riforma tal-Pitkalija maqsuma sena b’sena mill-2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż in-nefqiet relatati sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Sena Tip ta’ Nefqa Ammont € 2020 Tagħmir (equipment) / 2020 IT / 2020 Titjib tal-Faċilitajiet (upgrading of facilities) / 2021 Tagħmir 286,224 2021 IT 6,735 2021 Titjib tal-Faċilitajiet 191,206 2022 Tagħmir 64,719 2022 IT 30,644 2022 Titjib tal-Faċilitajiet 229,082

Reklamar tal-prodott lokali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 819, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-budget għat-tieni nofs ta’ din is-sena f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reklamar tal-prodott lokali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bastimenti tas-sajd irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bastimenti tas-sajd irreġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bastimenti tas-sajd f’Malta u f’Għawdex li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, sal-lum huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Kategorija tal-Bastimenti Numru ta’ Bastimenti rregistrati f’Malta Numru ta’ Bastimenti rregistrati f’Għawdex Total fil-Kategorija MFA 329 64 393 MFB 334 85 419 MFC 1596 330 1926 Total ta’ Bastimenti tas-Sajd 2259 479 2738

Ċimiterju tal-Annimali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2479, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena tal-leġiżlatura huwa previst li jitlesta u jibda jopera ċ-Ċimiterju tal-Annimali? Peress li mill-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572 kien ippjanat li dan jitlesta sal-aħħar tas-sena 2022, jista’ jgħid jekk hemmx xi dewmien f’dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jispjega r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2938 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ħal Qormi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2939 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fil-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma ġew impjegati l-ebda Advisors.

Skema tal-Carbon Farming — pagamenti

Question

B’referenza għal parti mid-diskors tal-Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għall-pagamenti taħt Skema tal-Carbon Farming, jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imnedija din l-iskema, xi kriterji ntużaw u kif ġew imqassma dawn il-pagamenti minn meta tnediet l-iskema sad-data tar-risposta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Carbon Farming, ġie mniedi proġett pilota tal-agroforestrija li se jservi sabiex jiġu mkabbra siġar flimkien ma’ attività agrikola fl-għelieqi, proġett li huwa maqsum fuq numru ta’ fażijiet. Dawk kollha magħżula sabiex jipparteċipaw taħt dan il-proġett pilota ġew mibgħuta ittra sabiex min hu interessat jibgħat l-applikazzjoni tiegħu bil-posta, jew bl-imejl, jew inkella sottomessi direttament fl-uffiċini tal-Agri Connect. Il-benefiċjarji eliġibbli għandhom limitu ta’ massimu ta’ 400 siġra marbutin għajnuna finanzjarja ta’ manutenzjoni għal perjodu ta’ erba’ snin sa massimu ta’ €1,000 għal kull ettaru fis-sena. Għal din il-fażi ġew allokati 4,000 siġra li qed jitqassmu lill-benefiċjarji fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

Skema għal sussidju fuq majjal u tiġieġ għall-qatla

Question

B’referenza għal parti mid-diskors tal-Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għall-pagamenti taħt skema mnedija f’Mejju 2021 li tagħti sussidju fuq majjal u tiġieġ għall-qatla, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw u kif ġew imqassma dawn il-pagamenti minn Mejju 2021 sad-data tar-risposta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-Iskema indikata minnu, li hija l-Iskema Nazzjonali għall-Benesseri tal-Majjal, sad-data tar-risposta twettqu pagamenti li jammontaw għal total ta’ €438,125.00. Id-dettalji kollha relatati ma’ din l-iskema, inkluż il-kriterji ta’ eliġibbiltà u informazzjoni dwar il-ħlasijiet li jsiru taħtha huma ppubblikati fil-linji gwida dettjati tal-Iskema.

Bord tas-Sajd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2711 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord tas-Sajd u jagħti d-dettalji relattivi għal kull membru li ġie maħtur?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tas-sajd huwa kompost minn dawn il-membri: Mr Jesmark Scicluna Mr Jean Paul Cesare Ms Maria Bugeja Mr Gilbert Balzan Mr Joseph Carabott D'Amato Mr Ernest Galea Mr Alex Camilleri Mr Giuseppe Demicoli Mr Paul Piscopo Mr Alexander Morino Mr Antoine Abela Mr Timothy Mangion Mr Darrin Stevens Col. James Grech