Jista' l-Prim Ministru jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u min flokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4070 u 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Jannar 2007 sa Awwissu 2008, kien hemm 140 uffiċjal pubbliku u 10 impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew trasferiti għal Għawdex kif jidher fid-dettal f’kull każ fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Sewage Treatment plant
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4281 u jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika spezzjoni li saret fis-Sewage Treatment Plant ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn kienet fl-24 ta’ Novembru 2008 biex tiġi investigata l-Mistoqsija Parlamentari 4281. F’din l-ispezzjoni ma nxtammux irwejjaħ punġenti ta’ dranaġġ, għalkemm irwejjaħ dgħajfa relatati mat-tisfija tad-dranaġġ inxtammu f’xi nħawi tas-sit.
Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - servizz tad-drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4041, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent milli tieħu deċiżjoniji fuq l-applikazzjoni relatata ma' dan il-każ li qed jara numru ta' familji mingħajr servizz permanenti tad-drenaġġ minkejja li ilhom 18-il sena li ħallsu r-road contribution? Għall-preċiżjoni qed nirreferi għall-parti t'isfel ta' Triq it-Telleritu f'Ħal Għaxaq.
B'referenza għat-tnedija tal-website 'visitmalta.com' jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Min għamel ix-xogħol fuq din il-
website
?
b) Kemm ħallset l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal dan ix-xogħol?
ċ) Jekk kenitx ħarġet offerta biex jiġi magħżul min ser jagħmel dan ix-xogħol?
d) Kemm ikun hemm hits fil-ġimgħa fuq dan il-portal?
e) Jekk tingħatax kummissjoni għal kull booking li jsir permezz ta' din il-website? Jekk fl-affermativ, lil min?
f) X'kontrolli hemm biex l-awtorità tassigura trasparenza assoluta fit-tħaddim ta' dan is-servizz?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4044 u 3329 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisbiħ fil-promenade ta' l-Għadira?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett ta’ tisbiħ fil-promenade ta’ l-Għadira għadu qed jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tas-Settur Pubbliku ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008? Jista’ jagħtini l-grad tagħhom u għal liema dipartiment tal-Gvern, kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji ġew trasferiti Għawdex? Jista’ jgħid jekk sarx xi manpower needs evaluations qabel ġew trasferiti Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn l-evalwazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar in-numru ta’ uffiċċjali pubbliċi w impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew ittrasferiti għal Għawdex minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008, risposta ser tingħata f’Mistoqsija Parlamentari numru 4070.
Dwar it-tieni parti ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, il-kriterji applikati biex saru tali trasferimenti kienu żewġ raġunijiet ewlenin:-
1. stħarriġ bir-reqqa ta’ l-esiġenzi tas-Servizz/Settur Pubbliku f’Għawdex li nieda l-
Capacity Building Forum
għall-Ministeru għal Għawdex, magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi, u
2. skond il-politika tal-Gvern illi
back office work
jibda jitwettaq Għawdex ħalli l-Għawdxin, kemm jista’ jkun, isibu xogħol Għawdex. Dan il-
back office work
kien jinkludi dawn il-proġetti, li ħolqu xogħol għall-ħaddiema Għawdxin kif ġej:-
Proġett
Numru ta’ Ħaddiema
Government Information Service
6
Energy Benefit Scheme
3
Health Head Office Salaries
5
Treasury Pensions
7
Treasury Salaries
12
Consumer Affairs Call Centre
3
Law Courts Administration Services
3
Data Entry and Validation
10
Inland Revenue Department Call Centre
13
TOTAL
62
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ isħma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'jista' jwassal biex ċerti applikazzjonijet li jkun ilhom xhur sħaħ quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp f'daqqa waħda tintalab konsultazzjoni ma' entitajiet oħra governattivi meta proċess bħal dan messu jsir fi ftit jiem minn meta ssir l-applikazjoni mhux xhur wara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment konsultazzjonijiet isiru fil-bidu tal-ipproċessar, iżda f'ċertu każi, waqt l-ipproċessar innifsu jew b’riżultat ta’ konsultazzjoni interna ma’ sezzjonijiet oħra fi ħdan l-Awtorità, jinħtieġ il-bżonn ta’ konsultazzjoni addizzjonali biex tgħin l-uffiċjal jasal għar-rakkomandazzjoni koretta. Okkażjoni oħra (mhux daqshekk komuni) fejn jistgħu jsiru konsultazzjonijiet tard huwa fejn il-Manager tas-sezzjoni jew saħansitra l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp jiddeċiedu li jinħtieġ konsultazzjoni, għalkemm ir-rapport tal-case officer ikun lest.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ħaddiema tal-IPSC li huma attached mal-kunsilli lokali? Kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema li qed jaħdmu ma' kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 136 ħaddiem ta’ l-IPSL ma’ Kunsilli Lokali. Dawn qegħdin imqassmin kif inhu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3816 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jinżabru siġar kbar (fit-triq arterjali) li jinsabu fi Triq it-8 ta' Diċembru Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s-siġar fi Triq 8 ta’ Diċembru, Bormla, ġew miżbura l-ġimgħa l-oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ħadem u x'inizjattivi ħa l-Better Regulation Unit matul din is-sena 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3445 tal-Onorevoli Carmelo Abela. L-Uffiċċju tar-Regolamentazzjoni Aħjar (BRU) twaqqaf fi ħdan il-Management Efficiency Unit (MEU) bil-għan li jġib ’il quddiem l-aġenda tar-regolamentazzjoni aħjar, u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi. Il-BRU hija relattivament unit ġdida. Għalhekk matul is-sena tal-2008 il-BRU iffukat prinċiparjament fuq żewġ aspetti.
a. Simplifikazzjoni – sa minn meta l-BRU ġiet imwaqqfa hija ffukat l-isforzi tagħha fuq l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-moniteraġġ tal-ewwel Pjan għas-Simplifikazzjoni għal Malta.
b. Capacity Building
– Il-BRU rat kif issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha billi issieħbet mal-kumpanija NI-CO mill-Irlanda ta’ Fuq fi proġett (
Twinning Light Project
) iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bil-għan li żżid l-għarfien tagħha u t-
toolkit
tar-regolamentazzjoni aħjar u dwar metodi ta’ kejl ta’ piżijiet amministrattivi fuq in-negozji u ċ-ċittadini.
Inizjattivi oħra li ttieħdu mill-BRU jinkludu dan li ġej:
c. Djalogu mas-settur tan-negozju;
d. parteċipazzjoni f’fora internazzjonali; u
e. ippjanar għall-futur tar-regolamentazzjoni aħjar f’Malta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti lista ta’ miżuri li ġew konklużi matul l-2008.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u Għawdex implimentat “Skema ta’ għajnuna għall-Intrapriżi Turistiċi, b’kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”. Din l-iskema ġiet implimentata mis-sena 2004 sa s-sena 2008. Il-proġett kellu buġet ta’ 2.5 miljun ewro li minnu 60% kienu fondi pubbliċi. Is-settur privat kellu jiffinanzja 40% tal-proġetti aċċettati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairperson u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3806 u 2696 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?