Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2782 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern trasferiti għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.
Leg 11 PQ #4070 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.

Mosta — Triq ta' Mlit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3152, 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Leg 11 PQ #4296 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4377 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus mill-Protocol Taljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċeviet mill-aħħar protocol finanzjarju li kellha mal-Italja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3186.
Leg 11 PQ #4463 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4162 u jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa f'Malta ma kienx hemm applikazzjonijiet għal permess għal faċilità għal reċiklaġġ ta’ ħġieġ. Ta’ min jinnota illi fl-istess żmien kien hemm 11-il applikazzjoni fosthom l-MRF ta’ Sant’Antnin, sit għal ħażna temporanja fil-Marsa u 3 Civic Amenity Sites (li diġà ħarġu) għal impjanti għal kollezzjoni/ħażna għal ħġieġ qabel dawn jiġu esportati lejn pajjiżi oħra fejn dawn jiġu reċiklati peress illi hawn Malta ma jsirx il-proċess ta’ reċiklaġġ ta’ ħġieġ. 3 applikazzjonijiet (fosthom 2 Civic Amenity Sites) jinstasbu fi stat avvanzat tal-proċess u huwa ppjanat li dawn joħorġu fiż-żmien qarib. Wieħed mill-faċilitajiet b’permess pendenti għandu wkoll permess temporanju skond l-Avviż Legali Numru 106 tal-2007.
Leg 11 PQ #4482 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forza Armata ta' Malta — ingaġġ ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm ingaġġ ieħor ta' membri fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ottubru li għadda d-Direttur tal-Eżamijiet ħareġ żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sejħa minnhom kienet għal Uffiċjali Kadetti filwaqt li l-oħra kienet għal suldati regolari. Bħalissa qed isir il-proċess tal-għazla għaż-żewġ sejħiet. Huwa maħsub li l-kandidati magħżula jiġu ngaġġati fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #4485 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Car parks pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti f'San Pawl il-Baħar li fihom il-Awtorità għall-Ippjanar u Ambjent identifikat li jinbnew car parks pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ‘s-siti identifikata ghal carparks pubblici fiz-zona ta' San Pawl/ Bugibba/Qawra huma erba' u jinsabu fi Triq Parades, Triq il-Port Ruman, Triq il-Mosta u Triq il-Wileg kif jidrhu fuq il-mapep 37 u 38 tal-Pjan Lokali ghall-Majjistral tal-2006. L-izvilupp tal- carparks fuq dawn is-siti huwa regolat bil-policy NWSP 1 fl-istess Pjan Lokali.
Leg 11 PQ #3942 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — proġetti approvati mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġett li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu li fil-fatt għandhom il-permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp diġà approvati? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti u fiex wasal il-proċess tat-tenders tagħhom? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ attrazzjoni pubblika fil-Qawra, li jinkludi ġnien u akkwarju pubbliku, mistenni jibda fit-tieni kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess ħareġ. Għaddejjin konsultazzjonijiet ma’ l-entitajiet konċernati sabiex jiġi ffinalizzat it- tender . 2. Il-proġett ta’ Fond Għadir f’tas-Sliema, żvilupp ta’ aċċessibbilità u faċilitajiet relatati madwar il-kosta, mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ttieħdet mill- MEPA u l-permess se joħroġ fi ftit żmien. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #3944 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Applikazzjonijiet pendenti għall-permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li mistennija jsiru mill-Awtorità tat-Turiżmu u li s'issa għandhom applikazzjoni pendenti għall-permessi quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proġetti pendenti quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-proġett ta’ tisbieħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. Żewġ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għadhom pendenti imma qegħdin fi stadju avvanzat ta’ proċessar. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 2. L-ewwel fażi tal-proġett ta’ l-iżvilupp u titjib tal-bajja fil-Qawra ser jinbeda fit-tielet kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender huwa fi stadju avvanzat. 3. Il-proġett ta’ Pembroke – ġnien u cycle and walking trail – mistenni jibda fir-raba’ kwart ta’ l-2009. L-Awtorità qegħda tistenna li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jitla’ quddiem il-Bord tal- MEPA. Il-proċess tat- tender ta’ l-ewwel fażi tal-proġett huwa fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #3990 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħitan ta siti mhux mibnija

Question

Jista' l-Prim Minsitru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' siti mhux mibnija li fihom il-ħaddiema tal-Ministeru fil-fatt bnew il-ħitan (boundary walls) biex dawn is-siti ma jibqgħux miftuħa għal atti vandali? Fejn jinsabu dawn is-siti? Kemm siti oħra huma mistennija li jiġu magħluqa fiż-żmien li ġej, u fejn jinstabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħitan madwar is-siti li huma miftuħa u li jikwalifikaw taħt l-Inzjattiva dwar Siti Vakanti ma jiġux normalment mibnija mill-ħaddiema tal-Gvern. Jista’ jagħti l-każ li dawn il-ħitan jew jinbnew mis-sid tal-art stess fuq inizzjattiva personali u dan sabiex jaderixxi ruħu mal-Avviż li jkun ħareġ fil-konfront tiegħu jew inkella fin-nuqqas li jsir hekk, il-każ jiġi mgħoddi lill-Kunsill Lokali sabiex il-ħajt jibnih il-Kunsill skond ftehim li jsir mal-MEPA. Dawn is-siti jinstabu f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex fosthom San Pawl il-Baħar, Żabbar, Attard, Ta' XBiex, Marsaskala, Birkirkara, Tarxien, Gżira, Ħamrun, Birżebbuġa, Swieqi, Għaxaq, Żejtun, San Ġiljan u Marsaxlokk. S'issa din l-Inzjattiva sarfet dawn ir-riżulatati li ġejjin: Avvizi maħruġa minn Ottubru 2008 – 32; Każi li bħalissa qed ikunu investigati u azzjoni ser tittieħed dalwaqt – 197; Każi rrapportati mill-Kunsilli skond l-Inizjattiva – 461; Siti li ġew mdawwra b'ħitan fuq inizzjattiva personali tas-sidien mingħajr il-ħtieġa t'Avviż - 883.
Leg 11 PQ #4035 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baġit ta' kull kunsill

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4142 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3960 u jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorità għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3960.
Leg 11 PQ #4144 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Government Property Division — direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttur ġenerali tal-Government Property Division intgħażilx wara sejħa għal min hu interessat? Jekk fin-negattiv, fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li aktar kmieni din is-sena d-Direttur Ġenerali tal-Government Property Division kien informa lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu li bi ħsiebu jirtira mis-Servizz Pubbliku għal raġunijiet personali. B’hekk inħasset il-ħtieġa li jiġi appuntat persuna mill-aktar fis biex jilħaq isir il- handing over adegwat u biex ma jkunx hemm vakanza f’din il-pożizzjoni importanti u sensittiva. Għal dan il-għan saret konsiderazzjoni ta’ għadd ta’ uffiċjali li setgħu jkunu idonji għal din il-kariga. L-uffiċjal li ntagħżel ġie appuntat bħala designate u wara li d-Direttur Ġenerali rtira, hu ħa l-kariga minnfloku. Sadanittant għadha kemm ħarġet is-sejħa għall-mili ta’ din il-pożizzjoni mill-ġdid, u dan fuq bażi aktar permanenti.
Leg 11 PQ #4224 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tilwim industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3971 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4278 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4343 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maħfra fuq ċittazjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali

Question

Fil-ħarġa tal-Malta Today ta’ nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2008, sorsi governattivi ġew kwotati li qalu li l-Bord tal-Petizzjonijiet ħafer 57% tal-penali kollha maħruġa mill-gwardjani lokali mill-2006 għax kienu żbaljati. Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mid-9,560 petizzjoni li allegatament ġew milqugħa mill-bord: (1) Kienu dwar taħrikiet maħruġa mill-Pulizija? (2) Kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport? (3) Kemm minn mit-taħrikiet tal-gwardjan kienu taħrikiet validi u maħruġin korrettament iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom? (4) Kemm minnhom kienu dwar taħrikiet għal sewqan bi speed eċċessiv ippruvat iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom? (5) X’inhu l-perċentwali tal-petizzjonijiet milqugħa komparat man-numru totali ta’ taħrikiet maħruġa mill-gwardjani bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4346 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taħriġ ta' l-Armata — Spara fuq proprjetà ta' terzi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3592, jista' l-Prim l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet indikati ġewx konklużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4346, irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet imsemmija għadhom ma ġewx konklużi.
Leg 11 PQ #4395 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking Space

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1044, jista' l-Prim Minisitru jara li sas-sajf li ġej jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent ta' trab u nuqqas ta' sigurtà għal min juża' l-istess parking space? Skond ir-risposta mogħtija jidher li diġà kien hemm proposti f'dan ir-rigward u għalhekk qed nerġa' nagħmel din it-talba għall-azzjoni li tant hi meħtieġa.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art imsemmija mhix kollha proprjetà tal-Gvern. Qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati sabiex jiġi stabbilit kif din l-art għandha tintuża għall-aħjar skopijiet pubbliċi.
Leg 11 PQ #4397 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat-Dwejra — Manutenzjoni ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.