Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — investiment infrastrutturali qawwi
Question
Billi l-Gvern ħa d-deċizjoni li matul is-sena d-dieħla jsir investiment infrastrutturali qawwi, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dan il-perijodu jsir investiment infrastrutturali qawwi fit-toroq u l-bankini ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, u dan għall-benefiċċju tar-residenti u t-turiżmu f'dan l-inħawi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif sejjer jkun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti Maltin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem l-istess case officer għal iktar minn sitt xhur (qabel l-1 ta' Ġunju 2008)?
F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti għal dan il-perijodu quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser fid-diskors tal-budget meta qal "żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp sostenibbli fuq livell lokali"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern fassal Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fuq livell nazzjonali. Kif intqal fil-kapitlu dwar il-lokalitajiet sostenibbli fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, l-iżvilupp sostenibbli fuq livell lokali għandu jgħin u jirfed dak fuq livell nazzjonali. Il-Gvern għażel li jniedi żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-lokalitajiet tagħna. Minn dawn il-proġetti lokali għandna nistabbilixxu kif tista’ tissaħħaħ ir-rabta bejn l-iżvilupp nazzjonali u lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-€4 miljun li se jibdew jieħdu l-kunsilli lokali f'żieda fl-appoġġ finanzjarju, kif se titħaddem is-sistema u kemm se jieħdu kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess sabiex jiġi stabbilit eżatt kif iż-żieda finanzjarja qawwija li l-Gvern ħabbar fl-aħħar baġit għall-kunsilli lokali tgħaddi għandhom.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3740, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il wieħed mill-protokolli bejn Malta u l-Italja kien hemm fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' flus li fil-fatt kien iddedikat għall-bini tat-toroq mill-valur ta' €75 miljun tal-Ħames Protokoll? Meta ħarġu tenders biex it-toroq li nbnew mill-fondi tal-protokoll Taljan fil-fatt setgħu jinbnew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward l-ewwel Neutrality Agreement bejn l-Italja u Malta taħt Artikolu I kien hemm Lm0.3 miljun ($0.7 miljun) fondi indikati għall-użu fil-bini tat-toroq f’Malta. Dan seħħ matul l-1982 u dawn il-fondi ntużaw għall-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mosta North Peripheral Road. Ma kienx hemm fondi ddedikati għall-bini tat-toroq fit-tieni, t-tielet u r-raba’ Protokoll.
Taħt il-Ħames Protokoll Taljan kienu allokati €30 miljun. It-
tenders
kienu sottomessi f’Jannar 2004 u kienu aġġjudikati f’Mejju 2004.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq il-proġett ta’ Marsaxlokk għandu jibda f’Jannar 2009.
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema qed jaħdem bi proċedura fejn jitlob ħlas ta' €2.33 għal permess ta' crane, filwaqt li għall-istess permess, jekk l-applikant ikun żviluppatur, ikun mitlub €46.58? Jista' jinvestiga ukoll jekk skond ir-regolamenti tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li diġà jitolbu lill-iżviluppatur li jħallas depositu fuq xi ħsara li tista' ssir fuq bankina, l-istess kunsill ta' Tas-Sliema qed jitlob garanzija għall-istess skop? Peress li l-kunsill lokali qed jitlob ħlas għall-ħitan li jkunu mibnija f'toroq bħala ilqugħ kif ikunu mitluba li jinbnew mill-istess Awtorità, jista' l-gvern iwaqqaf dan l-aġir? Jista' l-gvern jara jekk il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandux bye-lawgħal dawn il-proċeduri, u jekk għandu bye-law jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-bye-law?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li għandu jintalab mill-Kunsill Lokali għal permessi ta’ crane hu dak stabbilit fl-Avviż Legali 119 tal-2002 u l-ebda ħlas ieħor mhu permess fil-każ ta’ ħitan mibnija bħala lqugħ (boundary walls) m’għandu jintalab l-ebda ħlas.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ma jista’ jagħmel l-ebda
Bye-Laws
li jmorru kontra regolamenti jew leġislazzjoni nazzjonali. Għaldaqstant jekk sar ħlas mhux skond kif spejgat aktar ’il fuq, min ħallas għandu dritt għal rifużjoni mingħand il-Kunsill rispettiv.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat privat tal-Prim Ministru ma sar l-ebda xogħol ta’ refurbishment minn April 2008 sal-lum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda obbligu bil-liġi li Gwardjan Lokali jieħu ġurament tal-ħatra. L-uniku obbligu hu li Gwardjan Lokali jkollu l-liċenza li jopera bħala tali, liema liċenza tinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija wara li l-persuna tkun għamlet kors ta’ taħriġ minn istituzzjoni approvata kif ukoll wara li tissodisfa diversi rekwiżiti imsemmija fl-Att ta’ l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap 389).
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4463.
Permessi rifjutati mid-Development Control Commission Board
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini li kienu rakkmandati biex jiġu approvati mid-direttorat u li fil-fatt ġew rifjutati mid-Development Control Commission Board matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena (2008)? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx approvati minn dan il-bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm dsatax-il applikazzjoni li d-Direttorat irrakkomanda għall-approvazzjoni iżda kienu rifjutati mid-DCC. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi dawn il-lokalitajiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Interpellant Tonio Fenech għal Mistoqsija Numru 4243.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?