Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tinforza li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jigifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jiddawwar b'ħajt hekk kif stipulat f'regolamenti li daħlu fis-seħħ numru ta' xhur ilu?
Kunsilli Lokali — Bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jinħatar il-bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders fil-kunsilli lokali? Xi jkun l-parir tad-dipartiment tal-kunsilli f'dan ir-rigward? Issir xi monitoring biex dawn l-bordijiet jimxu skond kif huma stipulati?
Awtorità Għall-Ippjanar u l-Ambjent — One stop shops
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3960, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-applikanti qegħdin jintalbu jagħmlu l-konsultazzjoni huma qabel ma' japplikaw meta bħala one stop shop din il-konsultazzjoni suppost issir mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dokument Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007), speċifikament f'Appendiċi 3, l-applikanti u l-periti għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom lista ta' rekwiżiti li jridu jippreparaw qabel ma jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni. Ħafna minn dawn id-dettalji huma marbutin ma' kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati u mhux mill-MEPA. Il-kontenut tad-dokument u t-tielet appendiċi tfasslu flimkien mad-dipartimenti konċernati qabel mad-dokument ġie approvat u ppublikat. Filfatt, din il-proċedura saret għal żewġ raġunijiet primarji:
1. Sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-ammont ta' applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-MEPA avolja ma jilqgħux il-kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati (per eżempju, applikazzjoni għal struttura agrikola meta l-applikant lanqas huwa reġistrat bħala bidwi);
2. Sabiex jitnaqqas id-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet agrikoli.
Ħafna mid-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet qiegħed fil-fażi inizzjali ta' konsultazzjoni u bdil ta' pjanti, u ħafna drabi dan il-bdil fil-pjanti oriġinali jsir sabiex jilqa' il-kriteriji tad-dipartimenti konċernati (li jistgħu anke jwasslu għal bdil sostanzjali, inkluż fil-
layout
tal-proposta sabiex jilqgħu l-i
standards
tad-dipartimenti rispettivi). Għalhekk, huwa importanti li l-applikanti u l-periti jkunu jafu x'inhuma dawn il-kriterji kemm jista' jkun kmieni sabiex jinkorporawhom fil-proposta tagħhom. Din tgħin sabiex jitnaqqas il-bżonn ta' bdil repetut tal-pjanti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-SeaMalta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4296 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk rigward ir-riformi fl-Armata, dawk li għandhom jingħataw awment fl-iskala tax-xogħol tagħhom skond ir-riforma li ħabbar hu stess, huwiex il-każ kif qed jingħad verbalment sal-lum, speċjalment fil-first regiment biss, li min ma setax jagħmel physical exercise, inkella minħabba raġunijiet ta' saħħa, min ma ħax sehem fil-parati, jew min kellu xi charges minuri, mhux se jibbenefika minn dawn l-iskali?
Persuna fis-Servizz Pubbliku f'laqgħat fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx jaf li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienet qed tkun waqt il-ħin tax-xogħol tagħha f’laqgħat fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kif ġie żvelat fl-e-mail li s-Segratarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u li giet ippubblikata fil-mezzi tax-xandir? Jekk le, jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi dixxiplinarji kontriha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-impjegati tas-segretarjati privati tal-Ministri huma mistennija jaħdmu ħinijiet twal u flessibbli u ma jaqawx taħt ir-regolamenti ta’ sigħat kif jaħdem is-servizz pubbliku.
Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet finanzjarji u/jew rimedji li qed jibbenefikaw minnhom n-negozji ż-żgħar (partikolarment ħwienet tax-xorb u stabbilimenti ta' l-ikel)? Liema huma dawk l-għajnuniet u/jew rimedji li jingħataw minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea?
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3819 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3738, nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru jistax jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tordna li jinbena mill-ġdid taraġ li jieħu post dak it-taraġ li skond din l-Awtorità kien mibni bla permess. Dan peress li t-taraġ li l-Awtorità ordnat li jwaqqgħu kien inbena madwar tliet snin ilu minflok it-taraġ li jidher f'ritratt li qed jintbagħat separatament, liema taraġ kien inbena madwar 45 sena ilu biex jieħu post passaġġ u taraġ li kien tneħħa meta kienet inbniet boat house fl-istess spazju fejn kien hemm il-passaġġ oriġinali u li ġie distrutt meta kienet inbniet il-boat house fl-istess spazju. Mingħajr dak it-taraġ illum hemm periklu għaliex kif jidher fir-ritratt kulmin irid jgħaddi minn dawk l-inħawi issa jrid jgħaddi minn fuq is-slipways li huma perikolużi u xi drabi minn ġo l-ilma baħar.
Peress li d-deċiżjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent kif konfermata fil-mistoqsija parlamentari 3738 qed toħloq inġustizzja ma' dawk li jużaw dawn l-inħawi filwaqt li wkoll toħloq periklu fiżiku li kien jiġi evitat bl-użu tat-taraġ, jista' għalhekk mill-ġdid il-Prim Ministru jara jistax jordna lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent terġa' tinvestiga l-każ u toħroġ ordni li jinbena t-taraġ f'post li jneħħi l-periklu u li jekk jista' jkun dan il-post ikun fejn kien it-taraġ li jidher fir-ritratt li qed jidher separatament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4636 u jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4531, 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Fond bħalissa m’huwiex attiv. Fil-mument, l-Awtorità qed twettaq il-ħidma tagħha permezz ta’ Fondi oħra u permezz ta’ sorsi oħra ta’ introjtu, inkluż is-subvention mill-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldat li qegħdin mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol dawn l-aħħar sitt xhur? Fuq liema bażi ngħataw dawn iċ-charges?
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4523, 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent — Skema ta CPPS
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS għand l-Awtorità tal-Ippjannar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad? Għall-istess inħawi kemm hu l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent għal dak li hu titjib lokali?