Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4035 u jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4580 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi għal dawn l-aħħar tlett snin:
a) id-dħul ta’ kull Kunsill;
b) l-ispejjeż rikorrenti ta’ kull Kunsill; u
c) il-bilanċ li jirriżulta.
Dawn il-figuri huma meħudin mill-
audited financial statements
ta’ kull Kunsill ħlief għal dawk tal-Kunsill Lokali tal-Pietà li għadhom mhux approvati mill-Kunsill.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4259 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni Għawdxin fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru, 2008 huwa kif jidher hawn taħt:
2003
2004
2005
2006
2007
2008
(Jannar - Ottubru
Dipartimenti tal-Gvern
40
45
66
73
61
42
Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji
3
9
13
10
14
7
Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi
0
1
4
8
2
4
Total
43
55
83
91
77
53
Il-gradi li kellhom dawn il-persuni qabel irtiraw jinstabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4258 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Settur Pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru tas-sena 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella:
2003
Diċembru
2004
Diċembru
2005
Diċembru
2006
Diċembru
2007
Diċembru
2008
Diċembru
Dipartimenti tal-Gvern
3227
3119
3075
2994
2962
3055
Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji
305
400
355
315
300
292
Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi
250
244
234
240
235
249
Total
3782
3763
3664
3549
3497
3596
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Billi fis-sena 2007 il-Prim Ministru kien ħabbar li se jqassam ħames bozoz b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin, jista' jgħid meta ser titwettaq din il-wegħda?
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali — Nies eliġibbli li jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm l-elezzjoniet għall-kunsilli lokali din is-sena? X’inhi l-popolazzjoni ta’ kull lokal u kemm hu n-numru ta’ nies li huma eligibbli li jivvutaw f’kull lokal? Meta sar dan ir-round ta’ elezzjonijiet tlett snin ilu x’kienet il-poplazzjoni ta’ kull lokal? Kemm kien in-numru ta’ nies li kienu eligibbli li jivvutaw f’kull lokal?
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-private secretariat (li jinkludu private jew personal assistants, communications coordinators u segretarji/assistenti) tas-segretarji parlamentari li jaħdmu fl-OPM jiġifieri dak tat-turiżmu u dak tad-djalogu pubbliku u nformazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Mario Demarco huwa kompost hekk:
Jesmond Schembri
Head of Secretariat
Genevieve Abela
Private Secretary
Reuben Sciberras
Communications Co-Ordinator
Lourdes Micallef
Secretariat Officer
Paul Spiteri
Secretariat Officer
Josephine Guillaumier
Member of Secretariat Pool
Anthony Demicoli
Member of Secretariat Pool
Michael Azzopardi
Secretariat Messenger
Gauci Doris
Secretariat Messenger
Emanuel Attard
Driver/Security Officer
Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Chris Said huwa kompost hekk:
Manuel Tabone
Head of Secretariat
Mark Mizzi
Private Secretary
Claire Micallef Pule
Communications Co-Ordinator
Alexia Maria Sultana
Secretariat Officer
Amanda Jones
Secretariat Officer
Mario Borg
Member of Secretariat Pool
Marlene Muscat
Member of Secretariat Pool
Tiziana Castillo
Member of Secretariat Pool
Doris Pace
Secretariat Messenger
Anthony Theuma
Driver/Security Officer
Andrew Muscat
Driver/Security Officer
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4116 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4116.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CD li tinkludi r-rapporti annwali ta' ħidma tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007 jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni Librerija tal-Internet għas-Servizz Pubbliku http://intra.gov.mt, li għandu aċċess għaliha kull min huwa ikkonnetjat man-network tal-Gvern (il-Magnet).
M’hix il-prassi li dawn il-pubblikazzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex meħtieġ il-permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent għall-bini mill-ġdid u/jew għall-kisi bil-konkrit u/jew għal twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jinħtieġ permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tipi ta' interventi imsemmijin fil-mistoqsija. Permessi għal dawn it-tipi ta' interventi jinħarġu biss jekk ikun żgurat li mhux se tirriżulta ħsara ambjentali jew impatti oħrajn fuq il-pajsaġġ u fuq l-ambjent ta' madwar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4418 u jara li s-siġar għoljin fil-Pjazza E.S. Tonna, Furjana jitwaħħlu banda oħra u minflokhom jitwaħħlu siġar iżgħar biex Sala Robert Sammut li għandha faċċata ta' valur arkitettoniku importanti ma tibqax mgħottija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kunsill lokali Floriana ġa esplora l-possibbilità sabiex dawn is-siġar jitneħħew iżda parir tekniku irriżulta li dawn is-siġar m’għandhomx jintmissu.
Jista' l-Prim Minisru jinfurmani dwar l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid: Minn mindu ġie tterminat l-impjieg tiegħu sal-lum, xi flus qed jirċievi mingħand il-Gvern sena sena bħala pensjoni tas-servizz u jispjega kif se tiġi kkomputata din il-pensjoni? Jista' jgħid x'paga jirċievi jew kien jirċievi full gunner bejn il-15 ta' Marzu 2003 sal-lum sena, sena? Jista' jgħid kemm hi l-pensjoni sħiħa ta' full gunner llum?
Environment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċess għaddej rigward is-servizz tal-internet offrut lill-kunsill lokali, liema servizz hemm ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-MITTS sas-sena 2009? Jista' jgħid ukoll kemm qegħdin iħallsu kull kunsill lokali għal dan is-servizz kull sena? X'se tkun il-policy u kif se jitmexxa dan il-proċess meta f'istant ngħidu li l-kunsilli lokali huma awtonomi u fl-istess ħin huma lkoll marbutin b'servizz li ġie impost fuqhom, waqt li f'pajjiż demokratiku kull kunsill lokali għandu jkollu l-għażla li jsib service provider tal-fiduċja tiegħu. Dan qed ngħidu wara l-leakage ta' dawk l-eluf ta' emails li kienu spjunati, u li kull kunsill lokali għandu jara li jqabbad servizz li mhux monopolju ta' xi ħadd imma li jirrifletti vera għażla ħielsa u libera.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-karigi ta' żewġ uffiċjali, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, fl-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid x'inhuma l-gradi ta' dawn iż-żewġ uffiċjali? Jista' jgħid fejn kienu jaħdmu qabel ma bdew jaħdmu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tagħhom? Jista' jikkonferma li dawn iż-żewġ uffiċjali fl-10 ta' Novembru kienu f'laqgħa ma' uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġ uffiċjali kenux bil-leave mill-post tax-xogħol tagħhom waqt il-laqgħa fil-kwartieri tal-PN?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-gradi ta’ dawn iż-żewġ uffiċjali huma Co-ordinator (Customer Care) u Secretariat Officer fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru. Ix-xogħol tagħhom huwa primarjament li jagħtu servizz ta’ customer care. Rigward il-bqija tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4670.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex kunsilli lokali japplikaw għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-programmi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom l-istess proċedura. Sabiex jiġi faċilitat lill-Kunsillli Lokali x-xogħol li jiġu identifikati l-programmi u ifformolata l-proposta, il-Kunsilli ġew infurmati li jistgħu jagħmlu użu mill-funding unit fi ħdan il-MEUSAC li huwa disponibbli biex jassisti b’kull mod, inkluż li jidentifika programmi skond il-ħtiġijiet tal-Kunsill, kif ukoll jassisti fis-sottomissjoni ta’ proposta ta’ proġetti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-programmi Ewropej li minnhom il-kunsilli lokali jistgħu jiksbu fondi? Jista' jgħid minn meta l-MEUSAC waqqfet taqsima dwar il-finanzjament biex jgħinu kunsilli lokali japplikaw għal fondi? Liema kunsilli lokali applikaw? Għal liema fondi? F'liema stadju waslet kull applikazzjoni? Jista' jgħid kemm hemm impjegati li xogħolhom hu dak li jgħinu l-kunsilli lokali biex japplikaw għall-fondi fi ħdan il-MEUSAC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Programmi Ewropej li minnhom il-Kunsilli Lokali jistgħu jiksbu fondi huma; fost l-oħrajn:
·
Lifelong learning programme
·
Culture Programme
·
Media Programme
·
Youth Programme
·
Europe for Citizens
·
Territorial Cooperation Programmes
·
ERDF
·
ESF
·
ENPI
·
Life +
·
Leader
·
Framework Programme 7
·
URBACT (taħt l-ERDF)
Il-MEUSAC reġà ġie imwaqqf mill-ġdid f’Lulju 2008. Wara li assuma l-funzjonijiet tal-Forum Malta fl-Ewropa, f’Awwissu inbeda l-proċess ta’ ingaġġar ta’nies.
F’dan ix-xahar u nofs li ilha topera t-taqsima dwar finanzjament tal-MEUSAC, bdiet tingħata assistenza lil dawn il-Kunsilli Lokali bl-iskop illi dawn jaslu biex jisso
ttomettu applikazzjoni. Sal-lum, għamlu użu
minn dan is-servizz, il-Kunsilli Lokali ta’ dawn il-lokalitajiet:
Għasri
Kirkop
San Ġiljan
Mqabba
Msida
Mosta
Barra minn hekk, fil-ġimgħat li ġejjin il MEUSAC qed iħejji laqgħat individwali mal-Kunsilli Lokali msemmija hawn taħt sabiex jiġu identifikati opportunitajiet ta’ fondi għall-proġetti tagħhom, kif ukoll biex tiġi offruta għajnuna biex jissottomettu applikazzjoni.
Sliema
Gżira
San Pawl il-Baħar
Ta’ min isemmi wkoll li l-MEUSAC assista lid-Dipartimen
t għall-Gvern Lokali biex jissottometti applikazzjoni taħt Priority Axis 4 tal-Fond Soċjali Ewropew għal-taħriġ ta’ Segretarji Eżekuttivi u kunsilliera.
Saret ukoll applikazzjoni oħra taħt il-programm Europe for Citizens – Thematic Network for Twinned To
wns biex tiġi organizzata konferenza għall-Kunsilli Lokali u lokalitajiet barra minn Malta li huma abbinati magħhom. Involuti f’din l-inizjattiva huma l-Kunsilli Lokali ta’ Kirkop, San Pawl il-Baħar, Żurrieq, San Ġiljan, Hamrun, Swieqi, Sliema, Birgu, Pembroke, Ta’Xbiex, Floriana, Tarxien, Isla, Żejtun, Marsa, Żebbuġ (Għawdex), Xagħra, Għajnsielem, Sannat, Xewkija, San Lawrenz, Nadur u l-Qala
.
Il-fondi li applikaw għalihom il-Kunsilli Lokalil huma: il-Europe for Citizens, Youth Programme u l-ERDF.
Bħali
ssa hemm żewġ persuni mpjegati f’ħidma biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali biex jidentifikaw programmi ta’ interess għalihom u biex jgħinuhom fil-proċess tal-applikazzjoni. Bħalissa għaddej ukoll il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ tlett uffiċjali oħra f’din it-taqsima. Dan il-proċess wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu.
Għall-iskop ta’għajnuna finanzjarja diretta mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsilli Lokali, din is-sena il-Gvern ivvota s-somma ta €303,000 li ser tagħmel tajjeb għal parti mill-ko-finanzjament li tappartjeni lill-Kunsilli Lokali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?